Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0912

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/723/KE u 2005/873/KE fir-rigward tar-rijallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-programmi ta' ċerti Stati Membri għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u għall-verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi għall-2006 (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5937)

    ĠU L 346, 9.12.2006, p. 59–66 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 790–797 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/912/oj

    5.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    790


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta' Diċembru 2006

    li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/723/KE u 2005/873/KE fir-rigward tar-rijallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-programmi ta' ċerti Stati Membri għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u għall-verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi għall-2006

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5937)

    (2006/912/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(5) u (6) u l-Artikoli 29 u 32 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprovdi għall-possibilità ta' parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi ta' l-Istati Membri li għandhom bħala għan il-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u għall-verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/723/KE ta' l-14 ta' Ottubru 2005 dwar il-programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi, li jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-2006 (2) tistipola r-rata proposta u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/873/KE tat-30 ta' Novembru 2005 li tapprova programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi, ippreżentati mill-Istati Membri għas-sena 2006 (3) tistabbilixxi l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.

    (4)

    Il-Kummissjoni analizzat ir-rapporti mgħoddija mill-Istati Membri dwar in-nefqa ta' dawn il-programmi. Ir-riżultati ta' dik l-analiżi juru li xi wħud mill-Istati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa għall-2006 filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.

    (5)

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal xi wħud minn dawn il-programmi għandha għalhekk tiġi aġġustata. Huwa xieraq illi fondi mill-programmi ta' l-Istati Membri li mhumiex qed jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom jerġgħu jiġu allokati lil dawk il-pajjiżi li qed jaqbżuha. L-allokazzjoni mill-ġdid trid tissejjes fuq l-aktar informazzjoni riċenti dwar in-nefqa reali ta' l-Istati Membri kkonċernati.

    (6)

    Id-Deċiżjonijiet 2005/723/KE u 2005/873/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

    (7)

    Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I sa V tad-Deċiżjoni 2005/723/KE huma emendati bi qbil ma' l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2005/873/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1(2)(d), “EUR 105 000” tinbidel b' “EUR 0”;

    (2)

    Fl-Artikolu 1(2)(f), “EUR 600 000” tinbidel b' “EUR 0”;

    (3)

    Fl-Artikolu 3(2)(a), “EUR 65 000” tinbidel b' “EUR 135 000”;

    (4)

    Fl-Artikolu 3(2)(b), “EUR 5 000 000” tinbidel b' “EUR 7 000 000”;

    (5)

    Fl-Artikolu 3(2)(e), “EUR 240 000” tinbidel b' “EUR 370 000”;

    (6)

    Fl-Artikolu 4(2)(c), “EUR 50 000” tinbidel b' “EUR 90 000”;

    (7)

    Fl-Artikolu 4(2)(e), “EUR 100 000” tinbidel b' “EUR 400 000”;

    (8)

    Fl-Artikolu 5(2)(f), “EUR 1 000 000” tinbidel b' “EUR 1 130 000”;

    (9)

    Fl-Artikolu 6(2)(a), “EUR 2 200 000” tinbidel b' “EUR 4 200 000”;

    (10)

    Fl-Artikolu 7(1)(a), “EUR 650 000” tinbidel b' “EUR 550 000”;

    (11)

    Fl-Artikolu 7(1)(c), “EUR 900 000” tinbidel b' “EUR 300 000”;

    (12)

    Fl-Artikolu 7(1)(k), “EUR 488 000” tinbidel b' “EUR 38 000”;

    (13)

    Fl-Artikolu 8(2)(b), “EUR 600 000” tinbidel b' “EUR 1 200 000”;

    (14)

    Fl-Artikolu 9(2)(a), “EUR 160 000” tinbidel b' “EUR 260 000”;

    (15)

    Fl-Artikolu 11(2)(h), “EUR 25 760 000” tinbidel b' “EUR 26 065 000”;

    (16)

    Fl-Artikolu 11(2)(q), “EUR 5 515 000” tinbidel b' “EUR 5 550 000”;

    (17)

    Fl-Artikolu 11(2)(t), “EUR 2 205 000” tinbidel b' “EUR 2 665 000”;

    (18)

    Fl-Artikolu 12(2)(h), “EUR 300 000” tinbidel b' “EUR 100 000”;

    (19)

    Fl-Artikolu 12(2)(p), “EUR 685 000” tinbidel b' “EUR 335 000”;

    (20)

    Fl-Artikolu 13(2)(g), “EUR 12 790 000” tinbidel b' “EUR 4 790 000”;

    (21)

    Fl-Artikolu 13(2)(k), “EUR 5 215 000” tinbidel b' “EUR 2 815 000”;

    (22)

    Fl-Artikolu 13(2)(p), “EUR 685 000” tinbidel b' “EUR 500 000”;

    (23)

    Fl-Artikolu 13(2)(r), “EUR 865 000” tinbidel b' “EUR 75 000”;

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, 8 ta' Diċembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

    (2)  ĠU 272, 18.10.2005, p. 18. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/645/KE (ĠU L 263, 23.9.2006, p. 14).

    (3)  ĠU L 322, 9.12.2005, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/645/KE.


    ANNESS

    L-Annessi I sa V tad- Deċiżjoni 2005/723/KE jinbidlu b'dan li ġej:

    ANNESS I

    Lista ta' programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali (Artikolu 1(1))

    Ir-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

    Marda

    Stat Membru

    Rata

    Ammont massimu

    (EUR)

    Il-marda ta' Aujeszkys

    Il-Belġju

    50 %

    260 000

    Spanja

    50 %

    100 000

    Il-Bluetongue

    Spanja

    50 %

    4 200 000

    Franza

    50 %

    150 000

    L-Italja

    50 %

    1 000 000

    Il-Portugall

    50 %

    1 250 000

    Il-bruċellosi bovina

    Il-Greċja

    50 %

    300 000

    Spanja

    50 %

    6 000 000

    L-Irlanda

    50 %

    1 750 000

    L-Italja

    50 %

    2 600 000

    Ċipru

    50 %

    300 000

    Il-Polonja

    50 %

    260 000

    Il-Portugall

    50 %

    1 800 000

    Ir-Renju Unit (1)

    50 %

    1 900 000

    It-tuberkulożi bovina

    L-Estonja

    50 %

    135 000

    Spanja

    50 %

    7 000 000

    L-Italja

    50 %

    1 800 000

    Il-Polonja

    50 %

    800 000

    Il-Portugall

    50 %

    370 000

    Id-Deni klassiku tal-majjali

    Ir-Repubblika Ċeka

    50 %

    35 000

    Il-Ġermanja

    50 %

    1 200 000

    Franza

    50 %

    400 000

    Il-Lussemburgu

    50 %

    15 000

    Is-Slovenja

    50 %

    25 000

    Ir-Repubblika Slovakka

    50 %

    400 000

    Il-Lewkożi enżootika bovina

    L-Estonja

    50 %

    5 000

    L-Italja

    50 %

    90 000

    Il-Litwanja

    50 %

    100 000

    Il-Latvja

    50 %

    200 000

    Il-Portugall

    50 %

    400 000

    Il-bruċellosi ovina u kaprina (B melitensis)

    Il-Greċja

    50 %

    600 000

    Spanja

    50 %

    6 500 000

    Franza

    50 %

    150 000

    L-Italja

    50 %

    3 200 000

    Ċipru

    50 %

    310 000

    Il-Portugall

    50 %

    1 130 000

    Poseidom (2)

    Franza (3)

    50 %

    100 000

    Ir-Rabbja

    L-Awstrija

    50 %

    180 000

    Ir-Repubblika Ċeka

    50 %

    390 000

    Il-Ġermanja

    50 %

    750 000

    L-Estonja

    50 %

    990 000

    Franza

    50 %

    0

    Il-Finlandja

    50 %

    100 000

    Il-Litwanja

    50 %

    0

    Il-Latvja

    50 %

    650 000

    Il-Polonja

    50 %

    3 750 000

    Is-Slovenja

    50 %

    300 000

    Ir-Repubblika Slovakka

    50 %

    400 000

    Id-deni Afrikan tal-majjali/Deni klassiku tal-majjali

    L-Italja

    50 %

    50 000

    Total

    54 395 000

    ANNESS II

    Lista ta' programmi ta' verifikili fil-mira tagħhom hemm il-prevenzjoni taż-żoonożi (Artikolu 2(1))

    Ir-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

    Żoonożi

    Stat Membru

    Rata

    Ammont massimu

    (EUR)

    Salmonella

    L-Awstrija

    50 %

    72 000

    Il-Belġju

    50 %

    550 000

    Ċipru

    50 %

    69 000

    Id-Danimarka

    50 %

    155 000

    Il-Ġermanja

    50 %

    300 000

    Franza

    50 %

    315 000

    L-Irlanda

    50 %

    75 000

    L-Italja

    50 %

    675 000

    Il-Latvja

    50 %

    73 000

    L-Olanda

    50 %

    759 000

    Il-Portugall

    50 %

    38 000

    Ir-Repubblika Slovakka

    50 %

    232 000

    Total

    3 313 000

    ANNESS III

    Lista ta' programmi għall-monitoraġġ ta' TSEs

    Ir-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

    Marda

    Stat Membru

    Testijiet rapidi tar-rata & testijiet diskriminatorji li saru

    Ammont massimu

    (EUR)

    TSEs

    Il-Belġju

    100 %

    3 375 000

    Ir-Repubblika Ċeka

    100 %

    1 640 000

    Id-Danimarka

    100 %

    2 380 000

    Il-Ġermanja

    100 %

    15 155 000

    L-Estonja

    100 %

    285 000

    Il-Greċja

    100 %

    1 625 000

    Spanja

    100 %

    9 945 000

    Franza

    100 %

    26 065 000

    L-Irlanda

    100 %

    6 695 000

    L-Italja

    100 %

    9 045 000

    Ċipru

    100 %

    565 000

    Il-Latvja

    100 %

    355 000

    Il-Litwanja

    100 %

    770 000

    Il-Lussemburgu

    100 %

    140 000

    L-Ungerija

    100 %

    1 415 000

    Malta

    100 %

    35 000

    L-Olanda

    100 %

    5 550 000

    L-Awstrija

    100 %

    2 230 000

    Il-Polonja

    100 %

    3 800 000

    Il-Portugall

    100 %

    2 665 000

    Is-Slovenja

    100 %

    410 000

    Is-Slovakkja

    100 %

    845 000

    Il-Finlandja

    100 %

    1 020 000

    L-Iżvezja

    100 %

    1 440 000

    Ir-Renju Unit

    100 %

    7 700 000

    Total

    105 150 000

    ANNESS IV

    Lista ta' programmi għall-monitoraġġ ta' BSE (l-Artikolu 4(1))

    Ir-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

    Marda

    Stat Membru

    Rata

    Ammont massimu

    (EUR)

    BSE

    Il-Belġju

    50 % qtil

    150 000

    Ir-Repubblika Ċeka

    50 % qtil

    750 000

    Id-Danimarka

    50 % qtil

    100 000

    Il-Ġermanja

    50 % qtil

    875 000

    L-Estonja

    50 % qtil

    15 000

    Il-Greċja

    50 % qtil

    15 000

    Spanja

    50 % qtil

    1 000 000

    Franza

    50 % qtil

    100 000

    L-Irlanda

    50 % qtil

    2 800 000

    L-Italja

    50 % qtil

    200 000

    Ċipru

    50 % qtil

    15 000

    Il-Lussemburgu

    50 % qtil

    100 000

    L-Olanda

    50 % qtil

    60 000

    L-Awstrija

    50 % qtil

    15 000

    Il-Polonja

    50 % qtil

    985 000

    Il-Portugall

    50 % qtil

    335 000

    Is-Slovenja

    50 % qtil

    25 000

    Is-Slovakkja

    50 % qtil

    65 000

    Il-Finlandja

    50 % qtil

    25 000

    Ir-Renju Unit

    50 % qtil

    530 000

    Total

    8 160 000

    ANNESS V

    Lista ta' programmi għall-eradikazzjoni ta' l-iscrapie (l-Artikolu 5(1))

    Ir-Rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

    Marda

    Stat Membru

    Rata

    Ammont massimu

    (EUR)

    Scrapie

    Il-Belġju

    50 % qtil; 100 % genotyping

    100 000

    Ir-Repubblika Ċeka

    50 % qtil; 100 % genotyping

    105 000

    Id-Danimarka

    50 % qtil; 100 % genotyping

    5 000

    Il-Ġermanja

    50 % qtil; 100 % genotyping

    1 105 000

    L-Estonja

    50 % qtil; 100 % genotyping

    6 000

    Il-Greċja

    50 % qtil; 100 % genotyping

    1 060 000

    Spanja

    50 % qtil; 100 % genotyping

    4 790 000

    Franza

    50 % qtil; 100 % genotyping

    4 690 000

    L-Irlanda

    50 % qtil; 100 % genotyping

    705 000

    L-Italja

    50 % qtil; 100 % genotyping

    530 000

    Ċipru

    50 % qtil; 100 % genotyping

    2 815 000

    Il-Latvja

    50 % qtil; 100 % genotyping

    10 000

    Il-Litwanja

    50 % qtil; 100 % genotyping

    5 000

    Il-Lussemburgu

    50 % qtil; 100 % genotyping

    35 000

    L-Ungerija

    50 % qtil; 100 % genotyping

    50 000

    L-Olanda

    50 % qtil; 100 % genotyping

    500 000

    L-Awstrija

    50 % qtil; 100 % genotyping

    15 000

    Il-Portugall

    50 % qtil; 100 % genotyping

    75 000

    Is-Slovenja

    50 % qtil; 100 % genotyping

    160 000

    Is-Slovakkja

    50 % qtil; 100 % genotyping

    250 000

    Il-Finlandja

    50 % qtil; 100 % genotyping

    6 000

    L-Iżvezja

    50 % qtil; 100 % genotyping

    6 000

    Ir-Renju Unit

    50 % qtil; 100 % genotyping

    5 740 000

    Total

    22 763 000


    (1)  Ir-Renju Unit fir-rigward biss ta' l-Irlanda ta' Fuq.

    (2)  Il-marda ta' l-ilma fil-qalb, il-babesijożi u l-anaplasmożi trażmessi minn insetti li jservu ta' vetturi ta' tixrid fid-dipartimenti Franċiżi ta' barra.

    (3)  Franza fir-rigward tal-Guadaloupe, Martinique u Réunion biss.


    Top