Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0796

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Novembru 2006 dwar l-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2010

    ĠU L 324, 23.11.2006, p. 7–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 196–196 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/796/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    196


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-13 ta’ Novembru 2006

    dwar l-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2010

    (2006/796/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2005 sa 2019 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 il-paragrafu 3 u 4, tagħha,

    Wara li kkunsidra r-rapport tal-Panel ta’ l-Għażla ta’ April 2006 ppreżentat lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 2 il-paragrafu 2 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE,

    Filwaqt li jikkunsidra li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE huma sodisfatti għal kollox,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2006,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Essen u Pécs huma magħżula bħala “Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2010” skond l-Artikolu 2 il-paragrafu 1 tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 649/2005/KE.

    Artikolu 2

    Istanbul hija magħżula bħala “Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2010” skond l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE.

    Artikolu 3

    Il-bliet kollha magħżula għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' l-Artikoli 1 u 5 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE.

    Magħmul fi Brussel, 13 ta’ Novembru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. HUOVINEN


    (1)  ĠU L 166, 1.7.1999, p. 1, kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 649/2005/KE (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 20).


    Top