Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0574

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Awwissu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/734/KE fir-rigward ta' miżuri addizzjonali għall-mitigazzjoni tar-riskju kontra l-firxa ta' l-influwenza tat-tjur (innotifika taħt dokument numru C(2006) 3702) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 228, 22.8.2006, p. 24–26 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 1106–1108 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/02/2017; Impliċitament imħassar minn 32017D0263

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/574/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    1106


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta' Awwissu 2006

    li temenda d-Deċiżjoni 2005/734/KE fir-rigward ta' miżuri addizzjonali għall-mitigazzjoni tar-riskju kontra l-firxa ta' l-influwenza tat-tjur

    (innotifika taħt dokument numru C(2006) 3702)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/574/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi, applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Sabiex jitnaqqas ir-riskju l-influwenza b'patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-influwenza fl-irziezet tat-tjur u premessi oħra fejn jinżammu t-tjur magħluqa, mit-tjur selvaġġi, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/734/KE tad-19 ta' Ottubru 2005 li tistipula miżuri ta' bijosigurtà għat-tnaqqis tar-riskju ta' trażmissjoni ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-influwenza minn għasafar li jgħixu fl-ambjent naturali għal tjur ta' l-irziezet u għasafar oħra mrobbija mill-bniedem u li tipprevedi sistema ta' ditezzjoni minn kmieni f'żoni ta' riskju (2) partikolari ġiet adottata.

    (2)

    Skond dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw postijiet individwali għaż-żamma tat-tjur jew għasafar oħra miktuba li, skond id-data epidemoloġika u ornitoloġika, għandhom tkun ikkunsidrati partikolarment taħt riskju għall-firxa tas-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-influwenza minn għasafar li jgħixu fl-ambjent naturali.

    (3)

    Fid-dawl ta' l-iżviluppi kurrenti epidemoloġiċi u ornitoloġiċi fir-rigward ta' dik il-marda, għandha ssir dispożizzjoni biex tirrevedi riskji simili fuq bażi regolari bil-għan li jiġu aġġustati ż-żoni identifikati li għandhom riskju partikolari għall-firxa tal-marda u l-miżuri meħuda f'dawk iż-żoni.

    (4)

    F'żoni simili l-użu ta' għasafar tat-taħrik ġie projbit, ħlief għall-użu tagħhom fi programmi ta' stħarriġ ta' l-Istati Membri għall-influwenza fit-tjur u għasafar salvaġġi kif provdut fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 200g/732/KE tas-17 ta' Ottubru 2005 li tapprova l-programmi għal implimentazzjoni ta' l-istħarriġ ta' l-Istati Membri għall-influwenza fit-tjur u għasafar salvaġġi matul l-2005 u li tistabbilixxi r-regoli ta' rappurtaġġ u eliġibilità għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-infiq ta' l-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi (3).

    (5)

    Meta wieħed jieħu kont ta' l-esperjenzi reċenti u ibbażati fuq riżultat favorevoli ta' assessjar tar-riskju każ b'każ, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-possibbiltà li tati aktar derogi mill-projbizzjoni ta' l-użu ta' għasafar tat-taħrik sakemm jittieħdu l-miżuri adatti ta' bijosigurtà.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2005/734/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2005/734/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 2a huwa mibdul b'dan li ġej:

    “Artikolu 2a

    Miżuri addizzjonali għall-trażżin tar-riskju

    1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet li ġejjin jiġu projbiti fiż-żoni tat-territorju tagħhom li huma identifikaw bħala li qiegħed partikolarment f'riskju għall-influwenza ta' l-influwenza tat-tjur, skond l-Artikolu 1(1):

    (a)

    iż-żamma tat-tjur fil-miftuħ, mingħajr dewmien;

    (b)

    l-użu ta' tankijiet ta' l-ilma li qegħdin fil-miftuħ għat-tjur;

    (ċ)

    il-provvediment ta' l-ilma lit-tjur mill-ilma tal-wiċċ fil-ġibjuni li għandhom aċċess għalih l-għasafar selvaġġi,

    (d)

    l-użu ta' l-għasafar tal-grupp AnseriformesCharadriiformes bħala għasafar tat-taħrik (‘decoy birds’) waqt il-kaċċa.

    2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tlaqqigħ tat-tjur u għasafar oħra fis-swieq, wirjiet, esebizzjonijiet u avvenimenti kulturali, inkluż tiġrijiet minn post għal ieħor, huwa projbit.”

    (2)

    L-Artikoli 2b u 2c li ġejjin huma mdaħħla:

    “Article 2b

    Derogi

    1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2a(1), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-attivitajiet li ġejjin:

    (a)

    iż-żamma ta' tjur fil-miftuħ, sakemm it-tjur jingħataw l-ikel u l-ilma ġewwa jew f'post mgħotti li jiskoraġġixxi li jinżlu għasafar selvaġġi u b'hekk jiġi evitat il-kuntatt ta' għasafar slavaġ ma' l-ikel u l-ilma intenzjonat għat-tjur;

    (b)

    l-użu ta' ġibjuni għall-ilma fil-miftuħ jekk ikunu meħtieġa għal raġunijiet tas-saħħa ta' l-annimali għal ċertu tjur u li huma ccekkjati sewwa għal kontra l-għasafar ta' l-ilma;

    (ċ)

    il-provvediment ta' l-ilma minn ilma tal-wiċċ li għandhom aċċess għalih l-għasafar ta' l-ilma slavaġ li jiżgura inattivazzjoni żgura tal-virus ta' l-influwenza tat-tjur possibbli.

    (d)

    l-użu ta' għasafar tat-taħrik waqt il-kaċċa:

    (i)

    mill-dawk li għandhom għasafar tat-taħrik reġistrati ma' l-awtorità kompetenti, taħt superviżjoni stretta mill-awtorità kompetenti għall-attrazzjoni ta' l-għasafar slavaġ intenzjonati għall-kampjuni skond il-programii ta' l-Istati Membri għas-servejs ta' l-influwenza tat-tjur fit-tjur u l-għasafar slavaġ kif previst fid-Deċiżjoni 2005/732/KE; jew

    (ii)

    skond il-miżuri xierqa ta' bijosigurtà, li jinkludu:

    identifikazzjoni ta' l-għasafar tat-taħrik individwali b'sistema ta' daqq;

    implimentazzjoni ta' sistema ta' sorveljanza speċifika għall-għasafar tat-taħrik;

    l-irrekordjar u r-rappurtar ta' l-istatus tas-saħħa ta' l-għasafar tat-taħrik u testjar fil-laboratorji għall-influwenza tat-tjur fil-każ ta' mwiet għasafar simili u fit-tmiem ta' l-istaġun tal-kaċċa;

    separazzjoni stretta bejn l-għasafar tat-taħrik u tjur domestiċi u ċrieki oħra ta' għasafar maqbuda;

    tindif u disinfettar tal-mezzi tat-trasport u tagħmir użat għat-trasport ta' l-għasafar tat-taħrik u għal vjaġġi fiż-żoni fejn jitqiegħdu l-għasafar tat-taħrik;

    restrizzjonijiet u kontroll tal-movimenti ta' l-għasafar tat-taħrik, b'mod partikolari għall-prevenzjoni ta' kuntatti differenti ta' ilmijiet miftuħa;

    l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-'linjigwidi ta' prattiċi tajba ta' bijosigurtà' li jagħtu dettalji ta' miżuri li ġew previsti fl-ewwel għas-sitt inċiż;

    l-implimentazzjoni tas-sistema ta' rappurtar fuq id-data miksuba mill-miżuri msemmija fl-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż.

    2.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2a(2), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ġbir tat-tjur u għasafar oħra maqbuda.

    Artikolu 2c

    Kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni u għall-insegwiment tagħha

    1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet skond l-Artikolu 2b jingħataw biss wara riżultati pożittivi għal valutazzjoni tar-riskju u sakkem il-miżuri tas-sigurtà ikunu fis-seħħ biex tiġi evitat l-firxa possibbli ta' l-influwenza tat-tjur.

    2.   Qabel ma tingħata awtorizzazzjoni għall-użu ta' għasafar tat-taħrik skond l-Artikolu 2b(1)(d)(ii), l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti assessjar tar-riskju lill-Kummissjoni akkompanjat b'informazzjoni dwar il-miżuri ta' bijosigurtà li għandhom jidħlu fis-seħħ biex jiżguraw implimentazzjoni tajba ta' dak l-Artikolu.

    3.   L-Istati Membri li jagħtu d-derogi skond l-Artikolu 2(b)(1)(d)(ii) għandhom jissottomettu rapport ta' kull xahar lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta' bijosigurtà adottati.”

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' Awwissu 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

    (2)  ĠU L 274, 20.10.2005, p. 105. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2006/405/KE (ĠU L 158, 10.6.2006, p. 14).

    (3)  ĠU L 274, 20.10.2005, p. 95.


    Top