Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0521

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Lulju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/692/KE, 2005/733/KE u 2006/7/KE fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3302) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 205, 27.7.2006, p. 26–27 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 1004–1005 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/521/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1004


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Lulju 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2005/692/KE, 2005/733/KE u 2006/7/KE fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3302)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2006/521/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)

Wara t-tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur, ikkawżata minn razza tal-vajrus H5N1 b'patoġeniċità għolja, fix-Xlokk ta' l-Ażja f'Diċembru 2003, il-Kummissjoni adottat bosta miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur. Dawn il-miżuri inkludew, b'mod partikolari, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/692/KE tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'bosta pajjiżi terzi (3), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/733/KE dwar ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' suspett ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fit-Turkija u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/705/KE (4) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/7/KE tad-9 ta' Jannar 2006 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' rix minn ċerti pajjiżi terzi (5).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/759/KE tas-27 ta' Ottubru 2005 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' ħarsien li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja f'ċerti pajjiżi u l-moviment minn pajiżi terzi ta' għasafar li jakkumpanjaw is-sidien tagħhom (6) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/760/KE tas-27 ta' Ottubru 2005 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' ħarsien li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja f'ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjonijiet ta' għasafar tal-gaġġa (7) jistipulaw ċerti miżuri ta' ħarsien rigward l-importazzjonijiet ta' rix mhux ipproċessat, għasafar għajr tjur ta' l-irziezet u għasafar li jakkumpanjaw is-sidien tagħhom minn pajjiżi terzi.

(3)

Għall-iskop ta' ċarezza u trasparenza, id-dispożizzjonijiet relatati ma' dawn l-importazzjonijiet fid-Deċiżjoni 2005/692/KE għandhom jitħassru. Barra minn hekk huwa xieraq li titħassar kwalunkwe referenza għall-importazzjonijiet prodotti qabel l-1 ta' Jannar 2004, minħabba li dawn il-prodotti kienu f'ħażna mkessħa għal aktar minn sentejn u l-biċċa l-kbira ta' l-istokk issa x'aktarx li intuża kollu. Perjodu ta' tranżizzjoni se jingħata sabiex jagħti żmien lill-operaturi tan-negozju jeħilsu minn kwalunkwe stokk li possibilment fadlilhom.

(4)

Id-Deċiżjoni 2005/692/KE tapplika sat-30 ta' Settembru 2006. Minkejja dan, minħabba li tifqigħat ta' nisel Ażjatiku tal-vajrus ta' l-influwenza tat-tjur għadhom iseħħu fl-Ażja tax-Xlokk u ċ-Ċina, huwa xieraq li tiġġedded l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Diċembru 2007.

(5)

Id-Deċiżjoni 2005/733/KE tapplika sal-31 ta' Lulju 2006. Minkejja dan, tifqigħat ta' nisel Ażjatiku tal-vajrus ta' l-influwenza tat-tjur għadhom iseħħu f'dan ir-reġjun. Għalhekk huwa xieraq li tiġġedded l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Diċembru 2006.

(6)

F'isem iċ-ċarezza dwar il-leġiżlazzjoni Komunitarja, it-titolu tad-Deċiżjoni 2006/7/KE għandu jiġi emendat bi ftit sabiex jispeċifika li japplika għall-pajjiżi terzi kollha.

(7)

Minn meta seħħet l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/7/KE, il-Kummissjoni kienet qiegħda tirrevedi l-miżuri permanenti eżistenti tal-Komunità fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' rix, b'mod partikolari id-dispożizzjonijiet relevanti fir-rigward ta' rekwiżiti ta' importazzjoni għal rix mhux ittrattat stipulat fil-Kapitolu VII ta' l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jistipula regoli tas-saħħa fir-rigward ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali li mhumiex maħsuba għal konsum mill-bniedem (8). Minkejja dan, din il-proċedura legali ma tlestietx.

(8)

Id-Deċiżjoni 2006/7/KE tapplika sal-31 ta' Lulju 2006. Minkejja dan, każijiet ġodda ta' influwenza tat-tjur kienu kkonfermati bosta drabi f'numru ta' pajjiżi terzi f'bosta kontinenti dan l-aħħar, kemm fil-qtajja' tat-tjur ta' l-irziezet kif ukoll f'għasafar selvaġġi. Għalhekk il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dawn id-Deċiżjonijiet għandu jiġġedded sal-31 ta' Diċembru 2006.

(9)

Id-Deċiżjonijiet 2005/692/KEE, 2005/733/KEE u 2006/7/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/692/KE hija emendata kif ġej:

(1)

F'Artikolu 1, jitħassru l-paragrafi 2 u 3.

(2)

Jitħassar l-Artikolu 4.

(3)

Fl-Artikolu 7, id-data “30 September 2006” tinbidel għal “31 ta' Diċembru 2007”.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 2005/733/KE, id-data “31 ta' Lulju 2006” tinbidel bi “31 December 2006”.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2006/7/KE hija emendata kif ġej:

(1)

It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/7/KE tad-9 ta' Jannar 2006 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien li għandhom x'jaqsmu ma' l-importazzjoni ta' rix minn pajjiżi terzi”

(2)

Fl-Artikolu 4, id-data “31 ta' Lulju 2006” tinbidel għal “31 ta' Diċembru 2006”.

Artikolu 4

L-Istati Membri se jieħdu minnufih il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika minn 27/VII/2006.

L-Artikolu 1(1) għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2006.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-25 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1); verżjoni kkoreġġuta (ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 263, 8.10.2005, p. 20.

(4)  ĠU L 274, 20.10.2005, p. 102. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/321/KE (ĠU L 188, 3.5.2006, p. 18).

(5)  ĠU L 5, 10.1.2006, p. 17. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/183/KE (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 30).

(6)  ĠU L 285, 28.10.2005, p. 52. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/405/KE (ĠU L 158, 10.6.2006, p. 14).

(7)  ĠU L 285, 28.10.2005. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/405/KE.

(8)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25).


Top