Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0228

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/228/ĠAI tad- 9 ta' Marzu 2006 li tistabbilixxi d-data ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

ĠU L 81, 18.3.2006, p. 45–45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 342–342 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2013; Imħassar b' 32007D0533 Ara 32013D0157

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/228/oj

29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

342


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/228/ĠAI

tad-9 ta' Marzu 2006

ta' li tistabbilixxi d-data ta' applikazzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/211/ĠAI ta’ l-24 ta' Frar 2005 dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI tispeċifika li d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 ta' dik id-Deċiżjoni għandhom japplikaw minn data stipulata mill-Kunsill, hekk kif il-prekondizzjonijiet meħtieġa jkunu ġew sodisfatti, u li l-Kunsill jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi dati differenti għall-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet differenti. Dawk il-prekondizzjonijiet ġew sodisfatti fir-rigward ta' l-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni 2005211/ĠAI, l-Artikolu 100 Punt (3)(f) ġdid.

(2)

Fir-rigward ta’ l-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (2), li jaqa’ fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (3) li għandu jinqara flimkien ma' l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/860/KE (4) u 2004/849/KE (5) tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-iffirmar f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti disposizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni 2005/2111/ĠAI tal-Kunsill, l-Artikolu 100 Punt (3)(f) ġdid, għandu japplika mill-31 ta’ Ottubru 2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, nhar id-9 ta' Marzu 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PRÖLL


(1)  ĠU L 68, 15.3.2005, p. 44.

(2)  Dok. tal-Kunsill 13054/04 aċċessibbli fuq http://register.consilium.eu.int

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(4)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.

(5)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.


Top