This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0042
2006/42/EC: Council Decision of 24 January 2006 authorising Latvia to extend the application of a measure derogating from Article 21 of the Sixth Council Directive 77/388/EEC on the harmonisation of the laws of the Member States relating to turnover taxes
Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 24 ta' Jannar 2006 li tawtorizza lil-Latvja biex testendi l-applikazzjoni ta’ miżura li tidderoga minn Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat (It-test Latvjan biss huwa awtentiku)
Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 24 ta' Jannar 2006 li tawtorizza lil-Latvja biex testendi l-applikazzjoni ta’ miżura li tidderoga minn Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat (It-test Latvjan biss huwa awtentiku)
ĠU L 25, 28.1.2006, p. 31–31
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 94–94
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 31977L0388 | deroga parzjali | artikolu 21.1 | 31/12/2009 |
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
94 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' l-24 ta' Jannar 2006
li tawtorizza lil-Latvja biex testendi l-applikazzjoni ta’ miżura li tidderoga minn Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat
(It-test Latvjan biss huwa awtentiku)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea,
Wara li kkunsidra s-sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxa fuq il-fatturat - Sistema Komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' valutazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza kwalunkwe Stat Membru li jintroduċi miżuri speċjali għal deroga minn dik id-Direttiva sabiex jissimplifika l-proċedura tal-ħlas ta' taxxa jew iwaqqaf milli jseħħu ċerti tipi ta' evażjoni tat-taxxa. |
(2) |
B’ittra reġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fis-16 ta’ Marzu 2005, il-Latvja talbet awtorizzazzjoni biex testendi l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ deroga dwar tranżazzjonijiet fl-injam. |
(3) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri l-oħra b’ittra li ġġib id-data ta’ l-10 ta’ Mejju 2005 bit-talba magħmula mil-Latvja. B’ittra li ġġib id-data tal-31 ta’ Mejju 2005, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Latvja li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat meħtieġa biex tivvaluta t-talba. |
(4) |
Is-suq ta’ l-injam fil-Latvja huwa dominat minn kumpanniji lokali żgħar u fornituri individwali. In-natura tas-suq u tan-negozji involuti ħolqu frodi fiskali li l-awtoritajiet tat-tassazzjoni sabuha diffiċli biex jikkontrollaw. Sabiex jiġi miġġieled dan l-abbuż, ġiet inkluża disposizzjoni speċjali dwar il-VAT fil-liġi tal-Latvja, li tistipula li l-persuna responsabbli li tħallas it-taxxa, taħt ċerti ċirkostanzi, hija dik il-persuna li għaliha l-provvista ta’ prodotti u servizzi taxxabbli qiegħda sseħħ. |
(5) |
L-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 77/388/KEE fil-verżjoni stipulata fl-Artikolu 28(g) ta’ l-imsemmija Direttiva, tistipula li taħt is-sistema interna, il-persuna taxxabbli li tforni l-prodotti u s-servizzi hija dik li normalment responsabbli li tħallas it-taxxa. Madankollu, l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, u b’mod partikolari l-Kapitolu 7, punt 1(b) ta’ l-Anness VIII tiegħu, jawtorizza lil-Latvja li għal perjodu limitat tkompli tapplika l-proċedura tagħha li timponi l-VAT fuq tranżazzjonijiet fl-injam. |
(6) |
Il-Kummissjoni tifhem li dan l-arranġament ippermetta li l-Latvja effettivament tnaqqas ir-riskju ta’ l-evażjoni tal-VAT u tissimplifika l-proċedura biex titħallas it-taxxa fis-suq ta’ l-injam. |
(7) |
Id-deroga m' għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi Komunitarji proprji ġejjin mill-ġbir tal-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu waħdieni
B’deroga mill-Artikolu 21(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE, fil-verżjoni stipulata fl-Artikolu 28(g) tiegħu, il-Latvja qiegħda tiġi awtorizzata tkompli tikkunsidra min jirċievi l-prodotti jew servizzi bħala l-persuna responsabbli li tħallas il-VAT fil-każ ta’ tranżazzjonijiet fl-injam mill-1 ta' Mejju 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2009.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Magħmul fi Brussell, nhar il-24 ta' Jannar 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PRÖLL
(1) ĠU L 145 tat-13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 19).