Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1952

1952/2005/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 tat- 23 ta’ Novembru2005 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 1696/71, (KEE) Nru 1037/72, (KEE) Nru 879/73 u (KEE) Nru 1981/82

ĠU L 314, 30.11.2005, p. 1–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 367–373 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1952/oj

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

367


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1952/2005

tat-23 ta’ Novembru2005

rigward l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 1696/71, (KEE) Nru 1037/72, (KEE) Nru 879/73 u (KEE) Nru 1981/82

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 36 u t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops (3) ġie emendat sostanzjalment diversi drabi, b'mod partikolari bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (4). F'ġieħ iċ-ċarezza, ir-Regolament (KEE) Nru 1696/71 għandu jiġi rrevokat u ssostitwit.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1037/72 tat-18 ta' Mejju 1972 li jistabbilixi regoli ġenerali dwar l-għoti u l-iffinanzjar ta' l-għajnuna lill-produtturi tal-ħops (5), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1981/82 tad-19 ta' Lulju 1982 li jħejji l-lista tar-reġjuni tal-Komunità, li fihom għajnuna għall-produzzjoni tal-ħops tingħata biss lill-gruppi ta' produtturi li għandhom l-għarfien (6), u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 879/73 tas-26 ta' Marzu 1973 dwar l-għoti u r-rimbors ta' għajnuna mogħtija mill-Istati Membru biex jagħrfu gruppi ta' produtturi fis-settur tal-ħops (7), li m'għadhomx fl-użu wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom jiġu rrevokati wkoll. Madankollu, peress li s-Slovenja m'għandhiex il-ħsieb li tapplika l-iskema ta' pagament uniku sa l-1 ta' Jannar 2007, għandha ssir dispożizzjoni għall-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 u r-Regolamenti (KEE) Nri 1037/72 u 1981/82 biex ikomplu japplikaw fis-Slovenja għall-ħsad ta' l-2006.

(3)

Likwidi tal-ħops u tal-ħxejjex u estratti tal-ħops huma prodotti li huma ġeneralment skambjabbli. Biex l-objettivi ta' l-Artikolu 33 tat-Trattat ikunu jistgħu jintlaħqu u biex jiġi żgurat li l-politika agrikola komuni ikollha effett sħiħ fis-settur tal-ħops, il-miżuri dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi u r-regoli ta' kummeċjalizzazzjoni adottati għall-ħops għandhom jiġu estiżi għal likwidi tal-ħops u tal-ħxejjex u estratti tal-ħops.

(4)

Biex jiżgura livell ta' għajxien ġust għal produtturi, ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxi skemi ta' għajnuna għal diversi setturi, inkluż il-ħops.

(5)

Għandha tiġi segwita politika ta' kwalità madwar il-Komunità permezz ta' l-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni flimkien ma' regoli li, bħala regola ġenerali, jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti li ma nħariġx ċertifikat għalihom, jew, fil-każ ta' prodotti importati, dawk li ma jikkonformawx mal-karatteristiċi minimi ta' kwalità ekwivalenti.

(6)

Biex jiġu stabbilizzati s-swieq u jiġu żgurati prezzijiet raġonevoli għal fornimenti lil konsumaturi, għandhom jiġu mħeġġa ċ-ċentralizzazzjoni u l-adattament konġunt mill-produtturi tal-prodotti tagħhom għall-ħtiġiet tas-suq.

(7)

Għal dak il-għan ir-raggruppament ta' produtturi f'korpi li jitolbu lill-membri tagħhom jikkonformaw ma' ċerti regoli komuni għandu jkabbar il-kisba ta' l-objettivi ta' l-Artikolu 33 tat-Trattat.

(8)

Biex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni bejn il-produtturi u biex tiġi żgurata l-unità u l-effettività ta' kwalunkwe azzjoni meħuda, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet, għall-Komunità sħiħa, li magħhom għandhom jikkonformaw il-gruppi ta' produtturi sabiex jiġu rikonoxxuti mill-Istati Membri. Sabiex tintlaħaq ċentralizzazzjoni effettiva ta' provvista, huwa meħtieġ b'mod partikolari li l-gruppi jkunu ta' qies ekonomikament vijabbli u li l-produzzjoni sħiħa tal-produtturi tiġi kummerċjalizzata jew direttament mill-grupp jew mill-grupp ta' produtturi, skond ir-regoli komuni.

(9)

Il-miżuri previsti għandhom jippermettu li tiġi prevista skema ta' importazzjoni, ibbażata biss fuq l-applikazzjoni tat-tariffa doganali komuni.

(10)

Dawn il-miżuri għandhom jagħmluha possibbli li jiġu revokati r-restrizzjonijiet kwantitattivi kollha fil-fruntieri esterni tal-Komunità. Madankollu, din il-proċedura tista', f'każijiet eċċezzjonali, tinstab li mhix adegwata. F’tali każijiet, sabiex is-suq Komunitarju ma jitħalliex mingħajr difiża kontra tfixkil li jista’ jkun hemm, il-Komunità għandu jkollha s-setgħa tieħu l-miżuri kollha meħtieġa mingħajr dewmien. Dawn il-miżuri għandhom ikunu skond l-obbligi internazzjonali tal-Komunità.

(11)

Il-funzjonament xieraq tas-suq intern ikun qed jiġi kompromess bl-għoti ta' għajnuna nazzjonali. Bħala riżultat, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw l-għajnuna statali għandhom japplikaw għall-prodotti koperti b'din l-organizzazzjoni ta' suq komuni.

(12)

L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 żvelat il-ħtieġa għal strumenti li jippermettu li tittieħed azzjoni preventiva fejn jirriżulta riskju ta' eċċessi strutturali jew tfixkil tas-suq.

(13)

Tenħtieġ informazzjoni adegwata dwar is-sitwazzjoni attwali tas-suq fil-Komunità u l-prospetti għall-iżvilupp tiegħu. Għalhekk għandu jsir provvediment għar-reġistrazzjoni tal-kuntratti kollha għall-provvista tal-ħops prodott fil-Komunità.

(14)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8).

(15)

It-transizzjoni mir-Regolament (KEE) Nru 1696/71 għal dan ir-Regolament tista' toħloq diffikultajiet li mhumiex previsti f'dan ir-Regolament. Sabiex tittratta tali diffikultajiet, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tadotta miżuri transitorji,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

1.   Organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops, inkluż regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni, il-gruppi ta' produtturi u l-kummerċ ma' pajjiżi terzi, huwa b'dan stabbilit, u jkopri l-prodotti li ġejjin:

Kodiċi NK

Deskrizzjoni tal-prodotti

1210

Koni tal-ħops, frisk jew niexef, mitħun jew le, trab jew f'forma ta' gerbub; lupulina

2.   Ir-regoli ta' dan ir-Regolament dwar il-kummerċjalizzazzjoni u bejgħ ma’ pajjiżi terzi għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti li ġejjin:

Kodiċi NK

Deskrizzjoni tal-prodotti

1302 13 00

Linef veġetali u estratti tal-ħops

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

“ħops” tfisser fjorituri ġewwinija mnixxfa, magħrufa ukoll bħala koni, tal-ħop (femminili) li tixxeblek (Humulus lupulus); dawn il-fjorituri ġewwinija, li huma sofor fil-ħadrani u ta’ forma ovali, għandhom zokk ta’ fjura u l-itwal daqs ġeneralment ivarja bejn 2 sa 5 cm;

(b)

“trab tal-ħops” tfisser il-prodott miksub mit-tħin tal-ħops, li jkun fih l-elementi naturali kollha tagħhom;

(ċ)

“trab tal-ħops b’kontenut ogħla ta’ lupulina” tfisser il-prodott miksub mit-tħin tal-ħops wara t-tneħħija mekkanika ta' parti mill-weraq, iz-zkuk, il-brakti u r-rakidi;

(d)

“estratt tal-ħops” tfisser il-prodotti kkonċentrati miksuba permezz ta’ l-azzjoni ta’ solventi fuq il-ħops jew fuq it-trab tal-ħops;

(e)

“prodotti mħallta tal-ħops” tfisser taħlita ta' tnejn jew aktar mill-prodotti msemmijin fil-punti (a) sa (d).

Artikolu 3

Ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-miżuri previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

KAPITOLU II

KUMMERĊALIZZAZZJONI

Artikolu 4

1.   Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, maħsuda jew imħejjija fil-Komunità, għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta' ċertifikazzjoni.

2.   Iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu biss għal prodotti li għandhom il-karatteristiċi kwalitattivi minimi adatti għal stadju speċifiku ta' kummerċjalizzazzjoni. Fil-każ ta' trab tal-ħops, trab tal-ħops b'kontenut ogħla ta' lupulina, estratt tal-ħops u prodotti mħallta tal-ħops, iċ-ċertifikat jista' jinħareġ biss jekk il-kontenut ta' aċidu alfa f'dawn il-prodotti ma jkunx aktar baxx minn dak tal-ħops li minnhom ikunu tħejjew.

3.   Iċ-ċertifikati għandhom jindikaw minn ta' l-inqas:

(a)

il-post(ijiet) ta' produzzjoni tal-ħops;

(b)

is-sena (snin) ta' ħsad;

(ċ)

il-varjetà jew varjetajiet.

Artikolu 5

1.   Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu kummerċjalizzati jew esportati biss jekk ikun inħareġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 4.

Fil-każ tal-prodotti importati msemmija fl-Artikolu 1, l-attestazzjoni prevista fl-Artikolu 9(2) għandha titqies ekwivalenti għaċ-ċertifikat.

2.   Miżuri li jiddergoaw mill-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2):

(a)

sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet kummerċjali ta’ ċerti pajjiżi terzi; jew

(b)

għal prodotti intiżi għal użi speċjali.

Il-miżuri previsti fl-ewwel subparagrafu għandhom:

(a)

ma jippreġudikawx il-kummerċjalizzazzjoni normali ta' prodotti li għalihom ikun inħareġ iċ-ċertifikat;

(b)

ikunu akkumpanjati minn garanziji maħsuba biex jevitaw kwalunkwe konfużjoni ma' dawk il-prodotti.

KAPITOLU III

GRUPPI TAL-PRODUTTURI

Artikolu 6

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “grupp tal-produtturi” ifisser grupp li jikkonsisti esklużivament jew, fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tippermetti, primarjament minn produtturi tal-ħops rikonoxxuti minn Stat Membru skond l-Artikolu 7 u ffurmati fuq l-inizjattiva tal-produtturi, b'mod partikolari bl-iskop li jintlaħaq wieħed minn dawn l-objettivi jew iżjed:

(a)

biex il-provvista tiġi kkonċentrata u s-suq stabilizzat bil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti kollha tal-membri jew, jekk meħtieġ, bix-xiri tal-ħops bi prezz ogħla skond l-Artikolu 7(4)(a);

(b)

biex tali produzzjoni tiġi adatta b'mod konġunt mal-ħtiġiet tas-suq u biex il-prodott jittejjeb, b'mod partikolari billi jkun hemm konverżjoni għal varjetajiet oħra, jiġu organizzati mill-ġdid ġonna tal-ħops, titwettaq promozzjoni, u ssir riċerka fil-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-potezzjoni integrata;

(ċ)

biex jiġu promossi r-razzjonalizzazzjoni u l-mekkanizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta' kultivazzjoni u ħsad sabiex il-produzzjoni tirrendi aktar u l-ambjent jiġi protett aħjar.

(d)

biex jiġu deċiżi liema varjetajiet ta' ħops jistgħu jitkabbru mill-membri tiegħu u biex jiġu adottati regoli komuni dwar il-produzzjoni.

Artikolu 7

1.   L-awtorità kompetenti li tirrikonoxxi l-gruppi tal-produtturi għandha tkun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-grupp tal-produtturi għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-gruppi tal-produtturi li jitolbu r-rikonoxximent u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

(a)

huma għandhom personalità legali jew kapaċità legali biżżejjed li jkunu soġġetti, taħt leġislazzjoni nazzjonali, għal drittijiet u obbligi;

(b)

huma japplikaw regoli komuni għall-produzzjoni u għat-tqegħid fis-suq (l-ewwel stadju ta' kummerċjalizzazzjoni);

(ċ)

l-istatuti tagħhom jinkludu obbligu għal produtturi li huma membri ta' gruppi biex:

(i)

jikkonformaw mar-regoli komuni dwar il-produzzjoni u d-deċiżjonijiet dwar il-varjetajiet li għandhom jitkabbru;

(ii)

jikkummerċjalizzaw il-prodotti kollha tagħhom permezz tal-grupp;

(d)

jagħtu prova ta’ attività ekonomikament vijabbli;

(e)

jeskludu fil-kamp ta’ l-attività tagħhom kwalunkwe diskriminazzjoni bejn il-produtturi Komunitarji jew il-gruppi fir-rigward, partikolarment, tan-nazzjonalità tagħhom jew tal-post fejn ikunu stabbiliti;

(f)

jiggarantixxu lill-produtturi kollha li jimpenjaw ruħhom biex jikkonformaw ma' l-istatuti, mingħajr diskriminazzjoni, id-dritt li jappartjenu għal grupp;

(g)

l-istatuti tagħhom jinkludu dispożizzjonijiet immirati biex jiżguraw li l-membri ta' grupp li jixtiequ jirtiraw is-sħubija tagħhom jistgħu jagħmlu dan wara li jkunu ilhom membri għal mill-anqas tliet snin u dment li jinfurmaw lill-grupp bl-intenzjoni tagħhom għallinqas sena qabel jitilqu, mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali jew ir-regolamenti ddisinjati biex jipproteġu, f'każijiet speċifiċi, il-grupp jew il-kredituri tiegħu kontra l-konsegwenzi finanzjarji li jistgħu jirriżultaw mit-tluq ta' membru, jew biex jevitaw membru milli jitlaq matul is-sena finanzjarja;

(h)

l-istatuti tagħhom jinkludu l-obbligu li jżommu kontijiet separati għall-attivitajiet li fir-rigward tagħhom huma jkunu ġew rikonoxxuti;

(i)

huma ma jkollhomx pożizzjoni dominanti fil-Komunità.

3.   L-obbligu previst fil-paragrafu 2(ċ) m'għandux japplika għal prodotti koperti minn kuntratti ta' bejgħ konklużi minn produtturi qabel ma ngħaqdu mal-grupp tal-produtturi, dment li ta' l-aħħar ikun ġie infurmat u jkun approva tali kuntratti.

4.   Minkejja l-paragrafu 2(ċ)(ii), fejn il-grupp tal-produtturi hekk jawtorizza u taħt il-kondizzjonijiet li jistabbilixxi, membri ta' grupp ta' produtturi jistgħu:

(a)

jissostitwixxu l-obbligu li jkollhom il-produzzjoni kollha tagħhom ikkummerċjalizzata mill-grupp ta' produtturi previst fil-paragrafu 2(ċ)(ii) b'kummerċjalizzazzjoni skond ir-regoli komuni inkorporati fl-istatuti, sabiex jiġi żgurat li l-grupp ta' produtturi jkollu d-dritt iwettaq monitoraġġ tal-prezzijiet ta' bejgħ, li huwa għandu japprova, u fin-nuqqas li jagħmel dan il-grupp ikun meħtieġ jixtri l-ħops ikkonċernat bi prezz ogħla;

(b)

jikkummerċjalizzaw, permezz ta' l-uffiċċji ta' grupp ieħor ta' produtturi magħżul mill-grupp tagħhom stess, prodotti li minħabba l-karatteristiċi tagħhom mhumiex neċessarjament koperti mill-attivitajiet kummerċjali ta' dawn ta' l-aħħar.

KAPITOLU IV

KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 8

Ħlief fejn previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, ir-rati ta' dazji ta' importazzjoni fit-tariffa doganali komuni għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

Artikolu 9

1.   Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li ġejjin minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu impurtati biss jekk l-istandards ta' kwalità tagħhom huma ta' l-inqas ekwivalenti għal dawk adottati għal prodotti simili maħsudin fil-Komunità jew magħmula minn tali prodotti.

2.   Il-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom jiġu kkunsidrati li huma ta' l-istandard imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk huma akkumpanjati minn attestazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ l-oriġini u rikonoxxuti bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 4.

Fil-każ ta' trab tal-ħops, trab tal-ħops b'kontenut għola ta' lupulina, estratt tal-ħops u prodotti mħallta tal-ħops, iċ-ċertifikat jista' jinħareġ biss jekk il-kontenut ta' aċidu alfa f'dawn il-prodotti mhux aktar baxx minn dak tal-ħops li minnhom ikunu tħejjew.

L-ekwivalenza ta’ dawn l-attestazzjonijiet għandha tiġi vverifikata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 10

1.   Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenkaltura Magħquda u r-reġoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifikazzjoni tariffarja ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1. In-nomenklatura tariffarja li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi inkorporata fit-tariffa doganali komuni.

2.   Ħlief fejn previst mod ieħor f’dan ir-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet adottati taħtu, dan li ġej għandu jiġi pprojbit f’kummerċ ma’ pajjiżi terzi:

(a)

l-intaxxar ta’ kwalunkwe spiża li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali;

(b)

l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni jew miżura kwantitattiva li għandha effett ekwivalenti.

Artikolu 11

1.   Jekk, minħabba importazzjoni jew esportazzjoni, is-suq Komunitarju fi prodott wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 1 jiġi affettwat minn, jew mhedded b'disturbi serji li jistgħu jipperikolaw il-kisbiet ta' l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-Trattat, miżuri xierqa jistgħu jiġu applikati fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ sakemm tali disturb jew theddid ta' disturb ikun waqaf.

2.   Jekk tirriżulta sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi fuq il-miżuri neċessarji. L-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b'tali miżuri, u għandhom ikunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien tliet ijiem minn meta tirċievi t-talba.

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien tliet ijiem ta’ xogħol mill-jum li fih ikunu ġew ikkomunikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ immedjatament. Huwa jista', filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżuri in kwistjoni fi żmien xahar wara d-data li fiha jkunu ġew riferuti lill-Kunsill.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu applikati waqt li jitqiesu ta' l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 12

Minbarra kif previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1 (1) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 13

F'każijiet fejn hemm periklu li jinħolqu eċċessi jew disturb fl-istruttura ta' provvista tas-suq, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jieħu miżuri xierqa biex jevita żbilanċ tas-suq. Tali miżuri jistgħu, per eżempju, jieħdu l-forma ta' azzjoni li taffettwa:

(a)

il-potenzjal tal-produzzjoni;

(b)

il-volum tal-provvista;

(ċ)

il-kondizzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni.

Artikolu 14

1.   Kwalunkwe kuntratt għall-provvista ta' ħops imkabbar fil-Komunità konkluż bejn produttur jew assoċjazzjoni ta’ produtturi u xerrej għandu jiġi rreġistrat mill-korpi nominati għal dak il-għan minn kull Stat Membru produttur ikkonċernat.

2.   Kuntratti relatati mal-provvista ta’ kwantitajiet speċifiċi bi prezzijiet miftehma għal perijodu li jkun ikopri ħsad wieħed jew aktar u li jiġi konkluż qabel l-1 ta’ Awissu tas-sena ta’ l-ewwel ħsad ikkonċernat għandhom ikunu magħrufa bħala “kuntratti konklużi bil-quddiem”. Dawn għandhom jiġu rreġistrati separatament.

3.   Id-data li fuqha hija bbażata r-reġistrazzjoni tista’ tintuża biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin it-tagħrif meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 16

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat ta' Amministrazzjoni għall-Ħops (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deciżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 17

Ir-regoli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), b’mod partikolari fir-rigward ta':

il-karatteristiċi minimi ta' kwalità msemmija fl-Artikolu 4(2),

it-tqegħid fis-suq fit-tifsira ta' l-Artikolu 7(2)(b),

id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(2)(g),

ir-reġistrazzjoni ta' kuntratti għal forniment ta' ħops kif imsemmi fl-Artikolu 14,

ir-regoli biex tintbagħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 18

1.   Ir-Regolament (KEE) Nru 1696/71 huwa b'dan revokat b'effett mill-1 ta' Jannar 2006.

Madankollu, fil-każ tas-Slovenja, l-Artikolu 7 għandu jkompli japplika sa u inkluż il-ħsad ta' l-2006.

Referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness.

2.   Ir-Regolamenti (KEE) Nri 1037/72, 879/73 u 1981/82 huma b'dan revokati b'effett mill-1 ta' Jannar 2006.

Madankollu, fil-każ tas-Slovenja, ir-Regolamenti (KEE) Nri 1037/72 u 1981/82 għandhom ikomplu japplikaw sa u inkluż il-ħsad ta' l-2006.

Artikolu 19

1.   Gruppi ta' produtturi rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1696/71 għandhom jitqiesu li huma rikonoxxuti taħt dan ir-Regolament.

2.   Miżuri transitorji biex jiffaċilitaw it-transizzjoni mir-Regolament (KEE) Nru 1696/71 għal dan ir-Regolament jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BECKETT


(1)  Għadha mhix ippubblikata mill-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Għadha mhix ippubblikata mill-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 175, 4.8.1971, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2320/2003 (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 18).

(4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

(5)  ĠU L 118, 20.5.1972, p. 19. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1604/91 (ĠU L 149, 14.6.1991, p. 13).

(6)  ĠU L 215, 23.7.1982, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni 2003.

(7)  ĠU L 86, 31.3.1973, p. 26. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2254/77 (ĠU L 261, 14.10.1977, p. 3).

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS

Tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament (KEE) Nru 1696/71

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1

Artikolu 1(3)

Artikolu 2

Artikolu 1(4)

Artikolu 3

Artikolu 2(1), (2) u (3)

Artikolu 4

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(5)

Artikolu 17

Artikolu 3

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 5(1) u (2)

Artikolu 9

Artikolu 5(3)

Artikolu 17

Artikolu 6

Artikolu 7(1)(a), (b), (ċ) u (d)

Artikolu 6

Artikolu 7(1)(e)

Artikolu 7(1a) u (2)

Artikolu 7(3)(a)

Artikolu 7(2)(b)

Artikolu 7(3)(b), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2)(ċ)

Artikolu 7(3)(b), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(3)(b), it-tielet subparagrafu

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(3)(ċ) sa (f)

Artikolu 7(2)(d) sa (g)

Artikolu 7(3)(g)

Artikolu 7(2)(a)

Artikolu 7(3) (h) u (i)

Artikolu 7(2)(h) u (i)

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(5)

Artikolu 17

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 8

Artikolu 15

Artikolu 10

Artikolu 15a(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(1)

Artikolu 15a(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15a(2), (3) u (4)

Artikolu 11(2), (3) u (4)

Artikolu 16

Artikolu 12

Artikolu 16a

Artikolu 13

Artikolu 17

Artikolu 18, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 15

Artikolu 18, l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza,

Artikolu 17

Artikolu 18, it-tieni subparagrafu

Artikolu 20

Artikolu 16

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 18

Artikolu 19(1)

Artikolu 23, l-ewwel paragrafu,

Artikolu 19(2)

Artikolu 23, it-tieni paragrafu

Artikolu 24

Artikolu 20


Top