EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1881

1881/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2005 tas- 17 ta' Novembru 2005 jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 rigward il-Fond Komunitarju tat-Tabakk

ĠU L 301, 18.11.2005, p. 3–5 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 254–256 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1881/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

254


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1881/2005

tas-17 ta' Novembru 2005

jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 rigward il-Fond Komunitarju tat-Tabakk

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-rattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonisdrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat (1), u b'mod partikolari Artikolu 14a tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Fond Komunitarju tat-Tabakk jiffinanzja miżuri speċifiċi biex jgħin lil min ikabbar it-tabakk jaqleb għal uċuħ jew attivitajiet finanzjarji oħra, kif provdut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92.

(2)

L-approprjazzjonijiet tal-Fond Komunitarju tat-Tabakk derivati mit-tnaqqis applikat fil-primjum fuq it-tabakk mhux ipproċessat mhux ipproċessat għall-ħsad tal-2005 huma disponibbli biex jiffinanzjaw miżuri ta' konverżjoni fl-2006.

(3)

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2182/2002 (2) jiddefinixxi l-benefiċjarji ta' miżuri individwali biex jaqilbu l-prodott tagħhom bħala dawk li jkabbru t-tabakk li l-kwota tagħhom tressqet lura irrevokabbilment taħt il-programm ta' xiri lura kif provdut fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92.

(4)

Il-programm tax-xiri lura ta' kwoti tneħħa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1679/2005 tas-6 ta' Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat (3) mit-22 ta' Ottubru 2005. Minħabba f'dan, il-parteċipazzjoni fil-programm tax-xiri lura ma jistax ikompli jitqies bħala kriterju għall-eliġibbiltà għall-miżuri ffinanzjati mill-Fond Komunitarju tat-Tabakk.

(5)

Il-produtturi eliġibbli għall-għajnuna fil-produzzjoni tat-tabakk li huwa provdut fil-Kapitlolu 10c tat-Titolu IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (4), lokalizzati f'reġjun fejn dak il-Kapitolu jiġi applikat u li jħallu s-settur u jirrinunżjaw drittijiethom għall-għajnuna, għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jibbenefikaw minn miżuri ta' konverżjoni.

(6)

Id-dispożizzjonijiet dwar kif tinħadem l-ammont totali tal-għajnuna Komunitarja għall-miżuri ta' konverżjoni fuq kull produttur li jkollu kwota ta' produzzjoni għall-ħsad tal-2005 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2848/98 tat-22 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 dwar l-iskema ta’ premju (primjum), kwoti ta' produzzjoni u l-għajnuna speċifika li għandha tingħata lill-gruppi ta' produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum (5) għandhom jiġu emendati wkoll.

(7)

Biex l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed ifasslu l-pjanijiet ipproġettati ta' finanzjament tagħhom għall-2006 għall-miżuri ta' konverżjoni, id-dati tal-iskadenza għat-notifikazzjoni tal-pjanijiet lill-Kummissjoni kif ukoll għall-allokazzjoni aħħarija ta' riżorsi fost l-Istati Membri għandhom jiġu estiżi.

(8)

Id-dispożizzjonijiet li jistipolaw il-kriterji li fuqhom il-Kummissjoni tiddeċiedi l-allokazzjoni indikattiva bejn l-Istati Membri tal-finanzjament skont il-Fond Komunitarju tat-Tabakk u d-dispożizzjonijiet dwar il-kastigi fil-każ ta' irregolaritajiet għandhom jiġu emendati wkoll.

(9)

Biex l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed jimplimentaw il-proġetti, speċjalment il-miżuri ta' interess ġenerali u l-istudji kif ipprovdut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2182/2002 dwar it-testijiet tal-uċuħli jdumu sentejn, għandhom jingħataw il-possibbiltà jestendu l-perjodu inizjalment speċifikat ta' sentejn b'sitt xhur.

(10)

ir-Regolament (KE) Nru 2182/2002 għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri pprovduti għal dan fir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għat-Tabakk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2182/2002 huwa emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 15(1) jinbidel f'dan li ġej:

“1.   Il-benefiċjarji tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 13 ikunu produtturi tat-tabakk mhux ipproċessatmhux ipproċessat bi kwota ta' produzzjoni tat-tabakk għall-ħsad tal-2005 skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2848/98, lokalizzati fir-reġjun fejn japplika l-Kapitolu 10c tat-Titolu IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (*) u li jiddikkjaraw li mhux aktar tard mill-15 ta' Frar 2006 jirrinunżjaw drittijiethom għall-għajnuna fuq il-produzzjoni għat-tabakk mhux ipproċessatmhux ipproċessat kif ipprovdut f'dak il-Kapitolu mill-ħsad tal-2006.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta' produtturi li jagħmlu din id-dikjarazzjoni u dwar il-kwota totali kkonċernata, mqassma skont il-gruppi tal-varjetajiet.

Il-benefiċjarji jistgħu japplikaw ukoll għall-għajnuna mill-Fond għas-sena 2006 biss.

(*)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.”"

2)

L-Artikolu 16(2) jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-ammont totali ta' għajnuna Komunitarja għal kull produttur għall-miżuri kollha msemmija fl-Artikolu 13 ikunu hekk kif ġej:

(a)

tliet darbiet l-ammont tal-premjum għall-2005 għall-kwantitajiet ta' tabakk mhux ipproċessat sa u inklużi 10 tunnellati li l-produttu huwa intitolat għalihom skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2848/98 għall-ħsad tal-2005;

(b)

darbtejn l-ammont tal-premjum għall-2005 għall-kwantitajiet ta' tabakk mhux ipproċessat bejn 10 u 40 tunnellata li l-produttu huwa intitolat għalihom skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2848/98 għall-ħsad tal-2005;

(ċ)

l-ammont tal-premjum għall-2005 għall-kwantitajiet ta' tabakk mhux ipproċessat 'il fuq minn 40 tunnellata li l-produttur huwa intitolat għalihom skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2848/98 għall-ħsad tal-2005;”

3)

L-Artikolu 17(2), (3) u (4) jinbidel f'dan li ġej:

“2.   Qabel il-15 ta' Frar 2006, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92, allokazzjoni indikattiva ta' finanzjament bejn l-Istati Membri skont il-Fond għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 13 u 14 ta' dan ir-Regolament għandhom jitfasslu skont il-limiti massimi ta' garanzija nazzjonali deċiża għall-ħsad tal-2005.

3.   Qabel it-30 ta' April 2006, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-pjanijiet finanzjarji proġettati tagħhom għall-miżuri li ma ntalbitx għajnuna għalihom u javżaw b'dan lill-Kummissjoni.

4.   Fejn huwa stabbilit, abbażi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, li parti mill-finanzjament allokat għal Stat Membru wieħed jew aktar ma jkunx magħmul minħabba nuqqas ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna, il-Kummissjoni għandha tistabilixxi — qabel it-30 ta' Ġunju 2006 — allokazzjoni aħħarija ta' dan il-finanzjament fost l-Istati Membri li ħadu applikazzjonijiet għall-għajnuna b'ammont totali akbar mill-baġit tagħhom kif determinat skont paragrafu 2. L-allokazzjoni aħħarija tkun proporzjonata skont l-allokazzjoni indikattiva deċiża skont paragrafu 2.”

4)

Il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud ma' Artikolu 19:

“3.   Fejn ikun hemm irregolarità, apparti min-nuqqas ta' konformità mal-impenn ipprovdut fil-paragrafu 1, magħmula intenzjonalment, l-applikant għall-għajnuna skont l-Artikolu 13 u 14 għandu jħallas multa ugwali għall-għajnuna li talab. Is-somma tiġi kkreditata lill-Fond ta’ l-Għaqda, il-Fond Ewropew għall-Gwida u Garanzija Agrikola (FEGGA).”

5)

L-Artikolu 22(1) jinbidel f'dan li ġej:

“1.   Il-proġetti għandhom isiru fi żmien sentejn mid-data meta l-Istat Membru jinnotifika lill-benefiċjarju li l-proġett ġie approvat. Madankollu, L-Istati Membri jistgħu jestendu dan il-limitu ta' żmien għal 30 xahar.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 17 ta' Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 70. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1679/2005 (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 331, 7.12.2002, p. 16. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 480/2004 (ĠU L 78, 16.3.2004, p. 8).

(3)  ĠU L 271, 15.10.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

(5)  ĠU L 358, 31.12.1998, p. 17. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1809/2004 (ĠU L 318, 19.10.2004, p. 18).


Top