Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1200

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 tas- 26 ta' Lulju 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 195, 27.7.2005, pp. 6–10 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 287M, 18.10.2006, pp. 217–221 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2023; Imħassar b' 32023R1170

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1200/oj

18.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

217


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1200/2005

tas-26 ta' Lulju 2005

dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta' tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi ta' l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi elenkati fl-Annessi ta' dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu mill-Istati Membri dwar dawk l-applikazzjonijiet li nħarġu skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk ser jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu tas-sustanza li tinkoraġġixxi t-tkabbir Formi LHS (diformat tal-potassju) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes u ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2001 (3). Il-persuna risponsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni ta' Formi LHS (diformat tal-potassju) ressqet applikazzjoni sabiex tikseb awtorizzazzjoni provviżorja għall-estensjoni ta' l-użu għal erba' snin, bħala sustanza li tinkoraġġixxi t-tkabbir ta' ħnieżer femminili, skond l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva. L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel (EFSA) wasslet opinjoni dwar is-sikurezza ta' l-użu ta' din il-preparazzjoni għall-bnedmin, għall-annimali u għall-ambjent, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(a) 1 tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness I għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba' snin.

(6)

L-użu tal-mikro-organiżmu Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ għat-tismin u għall-fniek għat-tismin mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1411/1999 (4). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak il-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien.

(7)

L-użu tal-mikroorganiżmu Enterococcus faecium NCIMB 10415 ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnieżer femminili mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/1999 (5). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak il-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien

(8)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Enterococcus faecium DSM 10663/NCIMB 10415 kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1411/1999. Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak il-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien.

(9)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Saccharomyces cerevisiae MUCL 39 885 kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1411/1999. Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak il-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien.

(10)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-baqar u l-barrin għat-tismin u l-baqar tal-ħalib mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1436/98 (6). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak il-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien.

(11)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/1999. Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak il-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien.

(12)

L-evalwazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu meħtieġa sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (7).

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Sustanzi li jinkoraġġixxu t-tkabbir” kif speċifikat fl-Anness I hija awtorizzata proviżorjament għal erba' snin bħala addittiv fin-nutriment ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Mikro-organiżmi” kif speċifikat fl-Anness II huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta' żmien bħala addittivi fin-nutriment ta' l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar is-26 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)   ĠU L 268, 18. 10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, tal-5.3.2005, p. 8).

(3)   ĠU L 180, tat-3.7.2001, p. 18 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2003 (ĠU L 97, tal-15.04.2003, p. 29).

(4)   ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 56.

(5)   OJ L 108, 27.4.1999, p. 21.

(6)   ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 15.

(7)   ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p.1).


ANNESS I

Numru tar-reġistrazzjoni ta' l-addittiv

Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' l-addittiv

Addittiv (isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attivaà/kg ta' għalf sħiħ

Sustanzi li jinkoraġġixxu t-tkabbir

1

BASF Aktiengesellschaft

Diformat tal-potassju (Formi LHS)

Kompożizzjoni ta' l-addittiv

 

Diformat tal-potassju, minimu ta' solidi 98 %,

 

Silikat mass. 1,5 %,

 

Ilma mass. 0.5 %,

Sustanza attiva:

 

Diformat tal-potassju, solidu

 

KH(COOH)2

 

CAS No 20642-05-1

Ħnieżer femminili

8 000

12 000

Data [à compléter par le service publiant l’acte au J.O: 4 ans à partir de l’entrée en vigueur du ce règlement]


ANNESS II

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta' annimal

Etàmassima

Kontenutminimu

Kontenutmassimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perijodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

E 1701

Bacillus cereus var. toyoi

NCIMB 40112/CNCM I -1012

Preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi li fiha minimu ta': 1 × 1010 CFU/g addittiv

Fniek għat-tismin

0,1 × 109

5 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Jista' jintuża f' għalf kompost li fih il-koċċidiostati permessi: robenidine, salinomycin sodium.

Mingħajr limitu ta' żmien

Tiġieġ għat-tismin

0.2 × 109

1 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Jista' jintuża f' għalf kompost li fih il-koċċidiostati permessi: monensin sodium, lasalocid sodium, salinomycin sodium, decoquinate, robenidine, narasin, halofuginone.

Mingħajr limitu ta' żmien

E 1705

Enterococcus faecium

NCIMB 10415

Preparazzjoni ta' Enterococcus faecium li fiha ammont minimu ta':

 

Fil-forma mikroenkapsulata:

 

1,0 × 1010 CFU/g addittiv

 

Fil-forma granulari:

 

3.5 × 1010 CFU/g addittiv

Ħnieżer femminili

0.7 × 109

1.25 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Ħnieżer femminili ġimgħatejn qabel ma jferrgħu u matul il-perjodu li fih ireddgħu

Mingħajr limitu ta' żmien

E 1707

Enterococcus faecium

DSM 10 663/NCIMB 10 415

Preparazzjoni ta' Enterococcus faecium li fiha minimu ta':

 

Fil-formi ta' trab u granuli:

 

3,5 × 1010 CFU/g addittiv

 

Fil-forma miksija:

 

2.0 × 1010 CFU/g addittiv

 

Fil-forma likwida:

 

1 × 1010 CFU/ml addittiv

Ħnienes

1 × 109

1 × 1010

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Għall-użu fil-ħnienes sa ma jilħqu madwar 35 kg.

Mingħajr limitu ta' żmien

E 1710

Saccharomyces cerevisiae MUCL 39 885

Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae li fiha minimu ta':

 

Fil-formi ta' trab, sferi u granuli ovali:

 

1 × 109 CFU/g addittiv

Ħnienes (miftuma)

3 × 109

3 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Għall-użu fil-ħnienes miftuma sa ma jilħqu madwar 35 kg.

Mingħajr limitu ta' żmien

E 1711

Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077

Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae li fiha minimu ta':

 

Fil-forma ta' trab granulari:

 

2 × 1010 CFU/g addittiv

 

Fil-forma miksija:

 

1 × 1010 CFU/g addittiv

Baqar tal-ħalib,

4 × 108

2 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Il-kwantita ta' Saccharomyces cerevisiae fir-razzjon ta' kuljum m'għandiex tkun aktar minn 8,4 × 109 CFU għal 100 kg ta' piż tal-ġisem. Żid 1,8 × 109 CFU għal kull 100 kg piż tal-ġisem addizzjonali.

Mingħajr limitu ta' żmien

Baqar u barrin għat-tismin

5 × 108

1.6 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Il-kwantita ta' Saccharomyces cerevisiae fir-razzjon ta' kuljum m'għandiex tkun aktar minn 4.6 × 109 CFU għal 100 kg ta' piż tal-ġisem. id 2 × 109 CFU għal kull 100 kg piż tal-ġisem addizzjonali.

Mingħajr limitu ta' żmien

E 1712

Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M

Preparazzjoni ta' Pediococcus acidilactici li fiha minimu ta': 1 × 1010 CFU/g addittiv

Tiġieġ għat-tismin

1 × 109

1 × 1010

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Jista' jintuża f'għalf kompost li fih il-koċċidiostati permessi: decoquinate, halofuginone, narasin, salinomycin sodium, maduramicin ammonium, diclazuril

Mingħajr limitu ta' żmien


Top