EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0850

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/2005 tat- 30 ta' Mejju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) 2500/2001 li jawtorizza l-implimentazzjoni ta’ l-assistenza tal-Komunità skond l-Artikolu 54(2)(ċ) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002

ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 97–98 (MT)
ĠU L 141, 4.6.2005, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1085

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/850/oj

16.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

97


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 850/2005

tat-30 ta' Mejju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) 2500/2001 li jawtorizza l-implimentazzjoni ta’ l-assistenza tal-Komunità skond l-Artikolu 54(2)(ċ) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 181a(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 54(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar r-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (ir-“Regolament Finanzjarju”) jippermetti l-implimentazzjoni tal-budget tal-Komunità permezz ta’ ġestjoni indiretta ċentralizzata u jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni.

(2)

Fil-qasam ta’ l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni, ġestjoni indiretta ċentralizzata fil-forma stabbilita fl-Artikolu 54(2)(ċ) tar-Regolament Finanzjarju wriet li hija għodda utli fil-passat, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-operazzjonijiet ta' l-uffiċċju ta’ l-Assistenza Teknika u l-Iskambju ta' Informazzjoni (TAIEX).

(3)

It-Turkija kienet utent ewlieni ta’ l-operazzjonijiet TAIEX matul dawn l-aħħar snin, u għandha tkun f’pożizzjoni li tkompli tuża wkoll dan l-istrument skond ir-regoli stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju.

(4)

Approċċ armonizzat fil-qasam ta’ l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni hu mixtieq u għalhekk il-formola wżata għandha tkun identika għal dik maħsuba mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 Phare (3) u (KE) Nru 2666/2000 CARDS (4).

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2500/2001 tas-17 ta’ Diċembru 2001 dwar l-għajnuna finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni għat-Turkija (5) għandu għalhekk ikun emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 2500/2001, l-Artikolu li ġej għandu jiżdied:

“Artikolu 6a

Il-Kummissjoni tista’ fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar r-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-implimentazzjoni tal-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (*), tiddeċiedi li tafda l-ħidmiet ta’ awtorità pubblika, u b’mod partikulari ħidmiet ta’ l-implimentazzjoni tal-budget lill-korpi elenkati fl-Artikolu 54 (2) tar-Regolament. Il-korpi definiti fl-Artikolu 54(2)(ċ) ta' dak ir-Regolament jistgħu jkunu fdati b’ħidmiet ta’ awtorità pubblika jekk huma ta’ livell rikonoxxut internazzjonalment, b’konformità ma’ sistemi rikonoxxuti internazzjonalment ta’ ġestjoni u kontroll, u huma sorveljati minn awtorità pubblika.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, 30 ta' Mejju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BODEN


(1)  Opinjoni magħtija fit-28.5.2005.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2257/2004 (ĠU L 389, 30.12.2004, p. 1).

(4)  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2257/2004.

(5)  ĠU L 342, 27.12.2001, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 769/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 1).


Top