This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0023
Council Regulation (EC, Euratom) No 23/2005 of 20 December 2004 adjusting, from 1 July 2004, the rate of contribution to the pension scheme of officials and other servants of the European Communities and, from 1 January 2005, the interest rate used for transfers between the Community scheme and national pension schemes
Regolament (KE, Euratom) Nru 23/2005 tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2004 li jadatta, mill- 1 ta’ Lulju 2004 , ir-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej, u, mill- 1 ta’ Jannar 2005 , ir-rata ta’ l-imgħax użata għat-trasferimenti bejn l-iskema Komunitarja u l-iskemi nazzjonali tal-pensjonijiet
Regolament (KE, Euratom) Nru 23/2005 tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2004 li jadatta, mill- 1 ta’ Lulju 2004 , ir-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej, u, mill- 1 ta’ Jannar 2005 , ir-rata ta’ l-imgħax użata għat-trasferimenti bejn l-iskema Komunitarja u l-iskemi nazzjonali tal-pensjonijiet
ĠU L 6, 8.1.2005, p. 1–1
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 9–9
(MT)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31968R0259(01) | Emenda | artikolu 83.2 | 01/07/2004 | |
Modifies | 31968R0259(01) | Emenda | anness 8 artikolu 8 | 01/07/2005 | |
Modifies | 31968R0259(01) | Emenda | anness 8 artikolu 4 | 01/07/2005 | |
Modifies | 31968R0259(02) | Emenda | artikolu 40 | 01/07/2005 | |
Modifies | 31968R0259(02) | Emenda | artikolu 110 | 01/07/2005 |
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
9 |
REGOLAMENT (KE, EURATOM) Nru 23/2005 TAL-KUNSILL
ta' l-20 ta' Diċembru 2004
li jadatta, mill-1 ta’ Lulju 2004, ir-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej, u, mill-1 ta’ Jannar 2005, ir-rata ta’ l-imgħax użata għat-trasferimenti bejn l-iskema Komunitarja u l-iskemi nazzjonali tal-pensjonijiet
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ghall-ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli ghall-agenti l-oħra ta' dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1) u emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru… (2), u partikolarment l-Artikoli 83 u 83 bis u l-Anness XII ta’ dawn ir-Regolamenti tal-Personal,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ppreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat għar-Regolamenti tal-Personal,
Billi:
(1) |
Bi qbil ma' l-Artikolu 13 ta’ l-Anness XII tar-Regolamenti tal-Personal, l-Eurostat ippreżenta fl-1 ta’ Settembru 2004 rapport dwar l-evalwazzjoni attwarja 2004 ta’ kull ħames snin ta’ l-iskema tal-pensjonijiet li tattwalizza l-parametri previsti f’dan l-Anness. |
(2) |
Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, huwa xieraq li jsir addattament tar-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej. Fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 2 ta’ l-Anness XII, l-adattament 2004 ma jistax jaqbeż id-9.75 %. |
(3) |
Hemm lok għar-reviżjoni tar-rata stipulata fl-Artikoli 4 u 8 ta’ l-Anness VIII, kif ukoll fl-Artikoli 4 u 110 ta’ l-RAA (Il-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej), bi qbil ma' l-Artikolu 12 ta’ l-Anness XII, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2004, ir-rata tal-kontribuzzjoni prevista fl-Artikolu 83(2) tar-Regolament tal-Personal hija ffissata għal 9.75 %.
Artikolu 2
B’effett mill-1 ta' Jannar 2005, ir-rata ta’ l-imgħax imsemmija fl-Artikoli 4 u 8 ta’ l-Anness VIII tar-Regolmenti tal-Personal kif ukoll l-Artikoli 40 u 110 tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Uffiċjali Oħrajn hija ffissata għal 3.9 %.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar il-20 ta' Diċembru 2004.
Ghall-Kunsill
Il-President
P. VAN GEEL
(2) ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1.