Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005E0913

    Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/913/PESK tat- 12 ta' Diċembru 2005 dwar appoġġ għall-attivitajiet ta' l-OPCW fil-qafas ta' l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda tal-Massa

    ĠU L 331, 17.12.2005, p. 34–41 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 209–216 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2005/913/oj

    29.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    209


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/913/PESK

    tat-12 ta' Diċembru 2005

    dwar appoġġ għall-attivitajiet ta' l-OPCW fil-qafas ta' l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda tal-Massa

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija ta' l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda tal-Massa, li fil-Kapitolu III tagħha fiha lista ta' miżuri biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni;

    (2)

    L-objettivi ta' l-Istrateġija ta' l-UE huma kumplimentari għall-objettivi segwiti mill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW), fil-kuntest tar-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC).

    (3)

    Fit-22 ta' Novembru 2004 l-Kunsill adotta Azzjoni Konġunta dwar appoġġ għal attivitajiet ta' l-OPCW fil-qafas ta' l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda tal-Massa (1), li kellha tiskadi sena wara l-adozzjoni tagħha.

    (4)

    Il-kontinwazzjoni ta' tali assistenza intensiva u mmirata mill-UE lill-OPCW hija meħtieġa fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni attiva ta' Kapitolu III ta' l-Istrateġija ta' l-UE, b'mod partikolari dawk il-miżuri relatati ma' l-universalizzazzjoni tas-CWC, u tal-provvista ta' riżorsi finanzjarji għall-appoġġ ta' proġetti speċifiċi mmexxija minn istituzzjonijiet multilaterali.

    (5)

    Il-Kummissjoni qablet li tiġi fdata bis-superviżjoni ta' l-implimentazzjoni xierqa tal-kontribut ta' l-UE,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    1.   Bil-għan li tingħata applikazzjoni immedjata u prattika lil xi ftit elementi ta' l-Istrateġija tal-UE, l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġa l-attivitajiet tal- OPCW, bl-objettivi li ġejjin:

    il-promozzjoni ta' l-universalità tas-CWC;

    l-appoġġ għall-implimentazzjoni bis-sħiħ tas-CWC mill-Istati Parti;

    il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam ta' attivitajiet kimiċi, bħala miżuri ta' akkumpanjament għall-implimentazzjoni tas-CWC.

    2.   Il-proġetti ta' l-OPCW li jikkorrispondu ma' miżuri ta' l-Istrateġija ta' l-UE, għandhom ikunu l-proġetti, li l-għan tagħhom hu li jsaħħu:

    il-promozzjoni tas-CWC bit-twettiq ta' attivitajiet, inklużi seminars u workshops reġjonali u sub-reġjonali, intiżi li jżidu n-numru ta' membri ta' l-OPCW;

    il-provvista ta' appoġġ tekniku sostnut lill Istati Parti li jitolbuh għall-istabbiliment u l-funzjonament effettiv ta' Awtoritajiet Nazzjonali u l-approvazzjoni ta' miżuri nazzjonali ta' implimentazzjoni kif previst fis-CWC;

    il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam ta' attivitajiet kimiċi permezz ta' l-iskambju ta' informazzjoni xjentifika u teknika, kimiċi u tagħmir għal finijiet mhux projbiti taħt is-CWC, biex isir kontribut lejn l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' l-Istati Parti għall-implimentazzjoni tas-CWC.

    Deskrizzjoni dettaljata ta' dawn il-proġetti msemmija tinsab fl-Anness.

    Artikolu 2

    1.   L-ammont ta' referenza finanzjarju għat-tliet proġetti elenkati fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 1 697 000, li ser ikun iffinanzjat mill-budget ġenerali ta' l-2006 ta' l-Unjoni Ewropea.

    2.   In-neqfa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tiġi ġestita b'mod konformi mal-proċeduri u r-regoli tal-Komunità Ewropea applikabbli għall-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni li kwalunkwe finanzjament ta' qabel m'għandux jibqa' l-proprjetà tal-Komunità Ewropea.

    3.   Għall-għan ta' l-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament ma' l-OPCW dwar il-kondizzjonijiet għall-użu tal-kontribut ta' l-UE, li għandu jkun f'għamla ta' għotja. Il-ftehim għall-finanzjament li għandu jiġi konkluż għandu jistipula li l-OPCW għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribut ta' l-UE, xierqa għad-daqs tiegħu.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tirraporta dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni ta' l-UE lill-Kunsill, b'assoċjazzjoni mal-Presidenza.

    Artikolu 3

    Il-Presidenza għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta b'assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni xierqa tal-kontribut ta' l-UE msemmija fl-Artikolu 2.

    Artikolu 4

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Għandha tiskadi sena wara l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 5

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, nhar it-12 ta' Diċembru 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. STRAW


    (1)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 63.


    ANNESS

    appoġġ ta' l-UE għall-attivitajiet ta' l-OPCW fil-qafas ta' l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-UE Kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda tal-Massa

    1.   Objettiv u Deskrizzjoni

    Objettiv ġenerali: l-appoġġ għall-universalizzazzjoni tas-CWC u, b’mod partikolari l-promozzjoni ta’ l-adeżjoni għas-CWC minn Stati mhux Parti (Stati firmatarji kif ukoll Stati mhux firmatarji) u l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-CWC mill-Istati Parti.

    Deskrizzjoni: L-assistenza ta' l-Unjoni Ewropea (UE) għall-OPCW ser tkun iffokata fuq l-oqsma li ġejjin, identifikati mill-Istati Parti tas-CWC bħala li jeħtieġu azzjoni urġenti:

    (i)

    il-promozzjoni ta' l-universalità tas-CWC;

    (ii)

    l-appoġġ għall-implimentazzjoni tas-CWC mill-Istati Parti;

    (iii)

    il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam ta' attivitajiet kimiċi.

    Il-proġetti deskritti hawn taħt ser jibbenefikaw esklussivament mill-appoġġ ta’ l-UE. Il-finanzjarment ta' l-UE ser ikopri biss spejjeż speċifikament relatati ma' l-implimentzzajoni tal-proġetti. Għaldaqstant, dawn il-proġetti mhux ser ikunu ffinanzjati taħt il-Budget Regolari ta' l-2006 ta' l-OPCW. Minbarra dan, l-akkwist ta' kwalunkwe oġġett, xogħol jew servizz ser isir mill-OPCW.

    2.   Deskrizzjoni tal-proġett

    2.1.   Proġett 1: Il-promozzjoni ta' l-universalità tas-CWC

    Għan tal-proġett: Żieda fin-numru tal-membri tas-CWC

    Riżultati tal-proġett:

    (i)

    Sħubija msaħħa tas-CWC f'diversi reġjuni ġeografiċi (fl-Afrika, fir-reġjun tal-Karibew, fil-Baċin Mediterran u l-Lvant Nofsani).

    (ii)

    Tisħiħ tar-rettikolati reġjonali (li jinvolvu organizzazzjonijiet u rettikolati sub-reġjonali f'diversi oqsma rilevanti għas-CWC).

    Deskrizzjoni tal-proġett: Attivitajiet reġjonali, sub-reġjonali, u bilaterali relatati ma' l-universalità

    Il-parteċipazzjoni ta' Stati li mhumiex Parti għal attivitajiet reġjonali, sub-reġjonali u bilaterali toffri opportunitajiet għall-OPCW biex tistabbilixxi/tiżviluppa kuntatti ma' rappreżentanti mill-kapitali u biex tiġbed l-attenzjoni għall-vantaġġi u l-benefiċċji ta' l-adeżjoni tas-CWC, kif ukoll obbligi assoċjati. Għajnuna u appoġġ tekniku huma pprovduti ukoll dwar kwistjonijiet speċifiċi rilevanti għat-tħejjija għall-adeżjoni mas-CWC.

    Qabel l-2005, il-livell disponibbli ta' fondi llimita lill-OPCW għat-tmexxija ta' numru zgħir ta' seminars u workshops reġjonali, imfassla primarjament biex ikabbru l-kuxjenza politika dwar il-benefiċċji tas-CWC għal Stati mhux Parti. Fl-2005, l-appoġġ finanzjarju pprovdut mill-UE ppermetta modi aktar intensivi u immirati biex jiġu assistiti Stati mhux Parti fil-proċess ta' tħejjija għall-adeżjoni mas-CWC, per eżempju permezz ta' żjarat bilaterali, jew laqgħat reġjonali/sub-reġjonali li jiffokaw fuq kwistjonijiet ta' implimentazzjoni nazzjonali tal-leġislazzjoni flimkien mar-ratifika tas-CWC.

    Fl-2006, il-kontinwazzjoni ta' tali assistenza intensiva u mmirata ser tippermetti lill-OPCW biex iżżid is-sħubija tagħha bil-ħsieb ta' promozzjoni lejn aktar universalità tas-CWC sa l-għaxar anniversarju tad-dħul fis-seħħ tagħha f'April 2007.

    Il-proġett ser jiffinanzja l-attivitajiet li ġejjin fl-2006:

    (i)

    Workshop dwar is-CWC u taħriġ u appoġġ bilaterali għal Stati mhux Parti fl-Afrika (post fl-Afrika li għad irid jiġi deċiż, l-ewwel u t-tielet trimestru ta' l-2006, jumejn jew tlieta). Il-parteċipanti jridu jiġu sponsorizzati mill-korpi ta' teħid ta' deċiżjonijiet fi Stati mhux Parti, u organizzazzjonijiet reġjonali/sub-reġjonali rilevanti per eżempju l-Unjoni Afrikana. Rappreżentanti mill-Angola, mir-Repubblika Afrikana Ċentrali, mill-Komoros, mill-Kongo, minn Ġibuti, mill-Eġittu, mill-Ginea-Bissaw, mill-Liberja, u mis-Somalja ser jiġu mistiedna. Kelliem mistieden mill-UE ikun ta' siwi kbir biex jinforma lill-parteċipanti dwar inizjattivi ta' l-UE rilevanti għall-Afrika dwar in-non-proliferazzjoni u d-diżarmament relatati ma' l-Armi tal-Qerda tal-Massa.

    Stima ta' Spiża Totali ta' l-Avveniment: EUR 56 000

    (ii)

    Workshop dwar is-CWC għal pajjiżi tal-Baċin Mediterran u tal-Lvant Nofsani (post għad irid jiġi kkonfermat, jumejn jew tlieta, it-tieni trimestru ta’ l-2006) Wara l-workshop li nżamm f'Ċipru fl-2005, bil-fondi mill-UE, li għalih, għall-ewwel darba, attendew l-Istati kollha mhux Parti mir-reġjun, ser jiġu mistiedna rappreżentanti mill-Istati mhux Parti (per eżempju l-Eġittu, l-Iraq, l-Iżrael, il-Libanu, is-Sirja u Stati oħra mhux Parti li huma membri tal-Lega ta' l-Istati Għarab). Minbarra dan, ser jiġu mistiedna korpi ta' teħid ta' deċiżjonijiet u korpi konsultattivi fi Stati mhux Parti, kif ukoll rappreżentanti prinċipali minn Stati Parti u organizzazzjonijiet reġjonal. Kelliem mistieden jew tnejn mill-UE jistgħu jiġu mitluba biex jinfurmaw lill-parteċipanti dwar inizjattivi ta’ l-UE dwar in-non-proliferazzjoni u d-diżarmament relatati mal-WMD, l-aspetti ta' politika-sigurtà tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u miżuri ta’ kontroll ta’ l-esportazzjoni implimentati mill-UE.

    Stima ta' Spiża Totali ta' l-Avveniment: EUR 46 000

    (iii)

    Taħriġ u appoġġ sub-reġjonali u bilaterali mmirati għal Stati mhux Parti fil-Karibew (post għad irid jiġi kkonfermat, jumejn, l-ewwel u l-aħħar trimestru ta' l-2006). Rappreżentanti inklużi mill-Baħamas, il-Barbados, ir-Repubblika Domenikana, Ħaiti, u organizzazzjonijiet reġjonali/sub-reġjonali per eżempju l-OAS, l-OECS ser jiġu mistiedna. Kelliem mistieden mill-UE ikun ta' siwi kbir biex jinfurmaw lill-parteċipanti dwar inizjattivi ta' l-UE dwar in-non-proliferazzjoni u d-diżarmament relatati mal-WMD.

    Stima ta' Spiża Totali ta' l-Avveniment: EUR 24 000

    Stima ta' Spiża Totali tal-Proġett 1:EUR 126 000

    2.2.   Proġett 2: Implimentazzjoni Nazzjonali tas-CWC

    Għan tal-proġett: L-istabbiliment u l-funzjonament effettiv ta' l-Awtoritajiet Nazzjonali, id-dħul l-approvazzjoni ta' miżuri nazzjonali ta' implimentazzjoni, u l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura amministrattiva meħtieġa b'mod konformi ma' l-obbligi ta' l-Artikolu VII tas-CWC.

    Riżultati tal-proġett:

    (i)

    Ikomplu jiġu ffaċilitati l-istabbiliment u l-funzjonament effettiv ta’ Awtoritajiet Nazzjonali u l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni adegwati fir-reġjuni kollha, permezz ta’ assistenza legali u teknika u appoġġ għall-implimentazzjoni lil Awtoritajiet Nazzjonali.

    (ii)

    Jiġu assistiti Awtoritajiet Nazzjonali fil-proċess ta' implimentazzjoni nazzjonali permezz ta' appoġġ għall-bini ta' kapaċitajiet.

    (iii)

    Permezz ta' programm estiż ta' żjarat, tiġi pprovduta preżenza temporanja ta' l-OPCW fl-Afrika biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni nazzjonali taħt l-Artikolu VII tas-CWC fl-Istati Parti Afrikani.

    (iv)

    Tiġi pprovduta informazzjoni adegwata dwar trasferimenti ta' kimiċi elenkati fis-CWC mit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Awtoritajiet Nazzjonali, kif ukoll tixrid usa' għall-awtoritajiet tad-dwana sabiex tiġi indirizzata kwalunkwe diskrepanza fid-data ta' trasferiment ipprovduta mill-Istati Parti.

    Deskrizzjoni tal-proġett: il-proġett ser jikkontribwixxi għall-isforzi attwali għat-titjib tal-funzjonament ta' Awtoritajiet Nazzjonali u l-adozzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni adegwati permezz ta':

    (a)

    assistenza dwar l-kwistjonijiet kollha relatati mas-CWC, b'enfasi partikolari fuq aspetti legali u tekniċi biex tingħata risposta għall-ħtiġijiet ta' l-Istati Parti rikjedenti sabiex jiġu assistiti fit-twettiq ta' l-obbligi tagħhom ta' l-Artikolu VII permezz ta' żjarat bilaterali jew formats oħra xierqa. Tali assistenza tkun ipprovduta minn esperti/persuni ta' riżorsa mill-persunal ta’ l-OPCW bl-inklużjoni ta’ esperti ta’ l-UE kif meħtieġ. It-tul ta' kull żjara tkun ta' madwar 5 ijiem ta' xogħol. In-numru ta' esperti jkun normalment 3 għal kull żjara. It-tul ta' kull żjara u n-numru ta' persuni li jivvjaġġaw f'kull grupp jiġi ddeterminat fuq bażi ta' każ b'każ sabiex jirrispondu għall-ħtiġiet ta' l-assistenza li trid tiġi pprovduta bl-aktar mod kost-effettiv.

    Barra minn hekk, l-UE ser tiffinanzja programm estiż ta' żjarat biex tipprovdi preżenza temporanja ta' l-OPCW fl-Afrika biex tassisti lill-Istati Parti Afrikani fit-twettiq ta' l-obbligi tagħhom ta' l-Artikolu VII. Din il-preżenza ser tiġi stabbilita għal perijodu ta' żmien strettament limitat u l-għan uniku tagħha jkun li tinkoraġġixxi l-implimentazzjoni nazzjonali fl-Afrika.

    Stima ta' spiża totali: EUR 225 000;

    (b)

    għotjiet lil Awtoritajiet Nazzjonali għall-appoġġjati ta' l-isforzi ta' bini ta' kapaċitajiet għal attivitajiet u infrastruttura nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-CWC: Irid jinbeda proġett pilota, biex jiġu ffinanzjati attivitajiet ta' implimentazzjoni f' Awtoritajiet Nazzjonali magħżula. Il-proġett fil-fażi pilota tiegħu jkun jiffinanzja madwar 12-il-Awtorità Nazzjonali, kull waħda b' finanzjar massimu ta' EURO 15 000 għal kull waħda mill-Awtoritajiet Nazzjonali magħżula. L-identifikazzjoni ta' kompiti speċifiċi biex jiżdiedu l-kapaċitajiet fi ħdan Awtoritajiet Nazzjonali għat-titjib tal-proċess ta' implimentazzjoni nazzjonali ser jiddetermina l-kwantità u n-natura ta' l-appoġġ li jrid jiġi pprovdut.

    Matul l-2005, il-kontribut volontarju ta' l-UE appoġġja l-isforz ta' l-OPCW biex tassisti lill-Istati Parti sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom skond il-Pjan ta' Azzjoni rigward l-implimentazzjoni ta' l-obbligi ta' l-Artikolu VII. Żjarat bilaterali ta' għajnuna teknika pprovdew assistenza speċifika lil Stati Parti rikjedenti. Matul tali żjarat, saret l-identifikazzjoni ta' attivitajiet ulterjuri biex jitwettqu l-obbligi ta' l-Artikolu VII, inkluż l-iżvilupp ta' pjan ta' azzjoni speċifiku għal kull pajjiż. Ir-risposta għal tali żjarat bilaterali ta' għajnuna teknika kienet pożittiva, bl-Istati Parti jibdew attivitajiet biex ikunu konformi ma' l-obbligi tagħhom u jidentifikaw oqsma speċifiċi għal assistenzafutura. Sabiex ikomplu bl-impetu ġġenerat f'dawn l-Istati Parti għall-implimentazzjoni, oqsma speċifiċi ta' assistenza kif identifikat minnhom. jistgħu jkunu appoġġati mill-fondi ta' l-UE fl-2006.

    L-oqsma speċifiċi li għalihom tista' tintalab assistenza fil-ġejjieni qrib mill-Istati Parti jinkludu fondi biex jitmexxew korsijiet ta' kuxjenza nazzjonali għal persunal minn aġenziji, Dipartimenti u Ministeri rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet differenti tas-CWC, onorarji għall-konsulenza għal esperti ġuridiċi li jfasslu l-leġislazzjoni ta' l-implimentazzjoni nazzjonali, il-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni tal-leġislazzjoni u r-regolamenti fis-seħħ, it-traduzzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-implimentazzjoni nazzjonali u r-regolamenti ta' l-infurzar fil-lingwa lokali, l-istabbiliment ta' uffiċċju għall-Awtorità Nazzjonali. Dawn l-għotjiet ma jipprovdux għajnuna finanzjarja għal ħlas tal-pagi.

    Il-proġett pilota li jindirizza oqsma speċifiċi ta' għajnuna, ser jiġi implimentat biex jiżgura li l-kapaċità nazzjonali għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni hija msaħħa u tikkontribwixxi b'mod tanġibbli għal progress li mistenni jsir mill-Istati Parti riċeventi.

    L-għażla ta' Awtoritajiet Nazzjonali li jirċievu għotjiet issir abbażi ta' kriterji identifikati b'attenzjoni, inkluża dimostrazzjoni tal-kapaċità tagħhom li jagħmlu progress kwantifikabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-CWC u b'mod konformi ma' pjan ta' azzjoni speċifiku għal kull pajjiż żviluppat matul żjara ta' għajnuna bilaterali. Mekkaniżmu ta' approvazzjoni għall-għażla ta' l-Awtoritajiet Nazzjonali u ta' konsulenti proposti ser jiġi stabbilit u jkun jinvolvi rappreżentanti tal-Presidenza tal-Kunsill ta' l-UE, l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Personali tar-Rappreżentant Għoli dwar in-non-profilerazzjoni ta' d-WMD, is-Servizzi tal-Kummissjoni u l-OPCW. Tali għotjiet għandhom jikkontribwixxu biex l-Awtoritajiet Nazzjonali magħżula jsiru entitajiet li jsostnu lilhom infushom fis-snin sussegwenti.

    L-Awtoritajiet Nazzjonali riċeventi, sabiex jirċievu tali għotjiet, ikunu jeħtieġu li jipprovdu lill-OPCW b'objettivi kwantifikabbli li jridu jitwettqu kif ukoll skeda ta' żmien ċara għall-implimentazzjoni tagħhom bl-użu ta' l-għotjiet. Bħala parti mill-kuntratt, l-Awtorità Nazzjonali riċeventi tkun obbligata tirrapporta l-attivitajiet lill-OPCW fuq bażi regolari. L-iżburżar ta' l-għotjiet isiru f'pagamenti, b'pagamenti suċċessivi rilaxxati wara reviżjoni tal-progress miksub. L-OPCW ser tipprovdi lill-UE b'dettalji rilevanti ta' progress mill-Parti ta' l-Istati riċeventi kif ukoll rendikont finanzjarju dwar l-użu tal-fondi minn kull Parti ta' l-Istat riċeventi.

    Stima ta' spiża totali: EUR 180 000.

    ċ)

    il-parteċipazzjoni ta' Awtoritajiet Nazzjonali u awtoritajiet tad-dwana f'laqgħa waħda jew f'bosta laqgħat tekniċi fl-Aja jew f'reġjuni differenti dwar id-dispożizzjonijiet ta' trasferimenti tas-CWC. Dan huwa maħsub għal tixrid usa' ta' informazzjoni dwar dawn id-dispożizzjonijiet. Dawn il-laqgħat ser jinvolvu wkoll, kif xieraq, eżerċizzji ta' simulazzjoni, diskussjonijiet dwar xenarji u skambji ta' esperjenzi minn esperti mill-UE u Stati parteċipanti oħra.

    Stima ta' Spiża Totali: EUR 180 000.

    Stima ta' Spiża Totali tal-Proġett 2: EUR 585 000.

    2.3.   Proġett 3: Il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam ta' attivitajiet kimiċi

     

    Għan tal-proġett:

    Biex jiġi faċilitat l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' l-Istati Parti fl-implimentazzjoni tas-CWC fil-qasam ta’ attivitajiet kimiċi b'mod konformi ma' l-Artikolu XI tagħha.

    Dan il-proġett jiffoka essenzjalment fuq il-bini ta' kapaċitajiet permezz tal-provvista ta' appoġġ għal laboratorji analitiċi u taħriġ fil-qasam ta' abilitajiet analitiċi.

     

    Riżultati/attivitajiet tal-proġett:

    (i)

    Il-provvista ta’ tagħmir essenzjali għat- titjib tal-kwalità u l-preċiżjoni ta’ analiżi kimiċi f’laboratorji finanzjati pubblikament fi Stati Parti li l-ekonomiji tagħhom qegħdin jiżviluppaw jew fi transizzjoni.

    (ii)

    Il-possibbiltà li tali laboratorji f’dawn il-pajjiżi ta’ mira jkunu kapaċi jgħollu l-livell ta’ kompetenza teknika tagħhom.

    (iii)

    L-assistenza għal kimiċi analisti kwalifikati minn Stati Parti biex jiksbu iżjed esperjenza u għarfien prattiku għall-iffaċilitar ta' l-analiżi ta’ kimiċi relatati ma’ l-implimentazzjoni nazzjonali tas-CWC.

     

    Deskrizzjoni tal-proġett:

    Il-kontribut ta' l-UE ser jiffoka fuq iż-żewġ aspetti li ġejjin:

    (a)

    Assistenza għal laboratorji

    Taħt Programm ta' Assistenza għal Laboratorji, l-OPCW qed tipprovdi assistenza biex titjieb il-kompetenza teknika ta' laboratorji impenjati fl-analiżi u l-monitoraġġ ta' kimiċi. L-assistenza bażikament tikkonsisti f’appoġġ finanzjarju għat-twettiq ta’ valutazzjoni jew verifika teknika ta’ laboratorju sabiex jiġi mtejjeb il-livell ta’ kompetenza tiegħu, għat-taħriġ ta’ persunal tekniku f’laboratorju/istituzzjoni avvanzat(a) għall-iżvilupp ta’ abilitajiet, għal apprendistat f’laboratorju akkreditat għall-iżvilupp ta’ abilitajiet, għat-tmexxija ta’ proġetti ta’ riċerka ta’ daqs żgħir relatati ma’ l-iżvilupp ta’ metodi, il-validazzjoni eċċ.

    Madankollu, l-appoġġ provdut mill-OPCW ma jkoprix l-ispiża tax-xiri ta' hardware jew spejjeż oħra ta' investiment. Barra minn hekk, billi għajnuna ta' esperti disponibbli fl-OPCW hija limitata minħabba impenji oħra, huwa meħtieġ li tali għajnuna tinkiseb minn għejjun esterni. Bħala parti mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill ta' tat-22 ta' Novembru 2004, inbeda proġett dwar għajnuna għal laboratorji biex jiġi implimentat fl-2005 li taħtu tmien lobaratorji ffinanzjati pubblikament f'pajjiżi b'ekonomija li qed tiżviluppa jew transitorja qed jiġu pprovduti b'tagħmir analitiku essenzjali bħal kromatografu tal-gass ta' fuq il-bank (GC) jew kromatografu-spettrometru tal-massa tal-gass ta' fuq il-bank (GS-MS) b'għajnuna teknika meħtieġa sabiex itejbu l-kompetenza teknika tagħhom fl-analiżi tal-qasam tal-kimiċi relatati mas-CWC. Bħala risposta għal nota ċċirkolata mis-Segretarjat Tekniku ta' l-OPCW li kienet qed tfittex applikazzjonijiet għal appoġġ taħt il-proġett, ġew riċevuti numru totali ta' 100 applikazzjoni. Fost dawn, 19-l applikazzjoni ġew rakkomandati għal konsiderazzjoni ta' l-UE. Madankollu, peress li tmien laboratorji biss kellhom jingħataw appoġġ fl-ambitu tal-proġett fl-2005, il-ħdax-il każ li fadal imniżżla f'lista qasira ma setgħux jiġu kkunsidrati biex jiġu aċċettati.

    L-appoġġ ta’ l-UE biex tkun koperta l-ispiża għal tali ħtiġiet ikun ta’ għajnuna kbira biex il-laboratorji fil-pajjiżi ta’ mira ikunu kapaċi jtejbu l-kompetenzi tekniċi tagħhom b’mod sinifikattiv u sabiex titjieb il-kwalità u l-preċiżjoni ta’ analiżi kimiċi. Il-proġett il-ġdid li ser jiġi implimentat fl-2006 ser ikopri tmien laboratorji oħra, jew kemm il-fondi jippermettu, skond l-għażla mill-mekkaniżmu ta' approvazzjoni imsemmi fil-proġett 2.2.b.

    Dan il-proġett, għalhekk, ser ikun estensjoni tal-proġett ta' assistenza tal-laboratorju fl-2005. L-implimentazzjoni tiegħu tibda biss ladarba l-Istati Membri ta' l-UE jkunu għamlu valutazzjoni pożittiva tal-proġett attwali, abbażi tar-rapport bil-miktub li jiġi provdut mill-OPCW.

    Mekkaniżmu ta' approvazzjoni:

    Il-mekkaniżmu ta' approvazzjoni mwaqqaf għall-proġett 2.2b ser jintuża fl-għażla tal-benefiċjarji li jiġu ffinanzjati sknd din l-għotja. Ftehim minn qabel mill-Istati Membri ta' l-UE huwa meħtieġ għal proġetti li jirrigwardaw it-tmien laboratorji finanzjati pubblikament, inkluż appoġġ għal hardware. Laboratorji b'rabta mas-CWC biss għandhom ikunu eliġibbli u ser tingħata konsiderazzjoni kif xieraq dwar l-istatus ta' implimentazzjoni tas-CWC kif ukoll il-kontribut f'waqtu għall-Budget ta' l-OPCW mill-Istati benefiċjarji possibbli. Kwalunkwe trasferiment taħt dan il-proġett għandu jsir b'mod konformi mar-Regolament Nru. 1334/2000 tat-22 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġija (1) li għandhom użu doppju kif ukoll il-linji gwida tas-sistema għall-kontroll ta' l-esportazzjoni rilevanti, fil-qafas ta' liema s-Segretarjat Tekniku ta' l-OPCW jista' jkun mistieden iwettaq rwol ta' superviżjoni. L-Istati Parti għall-CWC li jkunu benefiċarji taħt dan il-proġett għandhom jiggarantixxu l-użu ta' l-oġġetti trasferiti b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-CWC billi jiffirmaw Memorandum ta' Ftehim għal dan il-għan mas-Segretarjat Tekniku ta' l-OPCW.

    Stima ta' spiża totali: EUR 700 000;

    (b)

    Kors għall-iżvilupp ta’ abilitajiet analitiċi

    L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tat-22 ta' Novembru 2004 pprovdiet appoġġ għal kors għall-iżvilupp analitiku għal 20 parteċipant imexxi fi Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea fl-2005. Il-kors tmexxa b'suċċess mill-24 ta' Ġunju sat-8 ta' Lulju 2005 fl-Olanda. Minħabba r-risposta enormi mill-pajjiżi mmirati, jiġifieri l-pajjiżi b'ekonomija li qed tiżviluppa jew transitorja, għall-parteċipazzjoni fil-kors (ġew riċevuti kważi 180 applikazzjoni), qed jiġi propost li jitmexxew 2 unitajiet ta' l-istess kors fl-2006. Il-korsijiet ser isiru fl-Ewropa bl-għajnuna ta' istituzzjoni waħda jew tnejn. Kull kors ser ikun miftuħ għal 20 parteċipant. Il-parteċipanti għandhom ikollhom konnessjoni ċara ma' l-attivitajiet tas-CWC u, b'mod partikolari, l-implimentazzjoni effettiva tas-CWC f'pajjiżhom. L-għanijiet tal-kors ser ikunu biex jgħin kimiċi analisti kwalifikati minn Stati Parti li jew qed jiżviluppaw jew għandhom ekonomiji fi transizzjoni biex jiksbu iżjed esperjenza u għarfien prattiku; biex tkun faċilitata l-analiżi ta’ kimiċi relatati ma’ l-implimentazzjoni nazzjonali tas-CWC; biex jittejbu l-kapaċitajiet nazzjonali fl-Istati Membri billi jiġi offrut taħriġ fil-kimika analitika lil persunal mil-laboratorji ta’ l-industrija, l-istituzzjonijiet akkademiċi u l-gvern; biex tiġi faċilitata l-adozzjoni ta’ prattiċi tal-laboratorju tajbin; u biex tiġi mwessa’ r-riżerva ta' ħaddiema li l l-Awtoritajiet Nazzjonali u s-Segretarjat jistgħu juttilizzaw fil-futur. Għandu jkopri kemm taħriġ teoretiku kif ukoll prattiku f'oqsma li jirrelataw mas-sistema ta' validazzjoni, l-iskoperta u l-korrezzjoni ta' problemi, it-tħejjija u l-analiżi ta' kampjuni. Kull kors ser ikun ta' perijodu ta' gimgħatejn f'Ġunju-Lulju jew fi kwalunkwe perijodu konvenjenti ieħor fl-2006.

    Stima ta' spiża totali: EUR 230 000.

    Stima ta' Spiża Totali tal-Proġett 3: EUR. 930 000.

    3.   Tul ta’ żmien

    It-tul ta' żmien totali stmat għall-implimentazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta hu ta' 12-il xahar.

    4.   Benefiċjarji

    Il-benefiċjarji ta' attivitajiet relatati ma' l-universalità huma Stati mhux Parti għas-CWC (kemm Stati firmatarji kif ukoll Stati mhux firmatarji). Il-benefiċjarji ta' attivitajiet relatati ma' l-implimentazzjoni huma Stati Parti għas-CWC mhux fl-UE. L-għażla tal-pajjiżi benefiċjarji ser ikunu identifikati mill-OPCW f'koordinazzjoni mal-Presidenza tal-Kunsill ta' l-UE.

    5.   Entità ta' implimentazzjoni

    L-OPCW ser tiġi fdata bl-implimentazzjoni tat-tliet proġetti. L-implimentazzjoni ta' dawn it-tliet proġetti ser tkun imwettqa mill-persunal ta' l-OPCW bl-għajnuna ta' l-Istati Parti għall-OPCW u l-istituzzjonijiet, l-esperti jew il-kuntratturi magħżula tagħhom, bħal hawn fuq. Fil-każ ta' kuntratturi, l-akkwist ta' kwalunkwe oġġett, xogħolijiet jew servizz mill-OPCW fil-kuntest ta' din l-Azzjoni Konġunta għandu jiġi mwettaq skond ir-regoli u l-proċeduri applikabbli ta' l-OPCW, kif spjegat fil-Ftehim dwar il Kontribut tal-Komunità Ewropea ma' Organizzazzjoni Internazzjonali.

    6.   Partijiet parteċipanti terzi

    Dawn il-proġetti ser jiġu finanzjati 100 % minn din l-Azzjoni Konġunta. L-esperti ta' l-Istati Parti ta' l-OPCW jistgħu jiġu kkunsidrati bħala partijiet parteċipanti terzi. Huma ser jaħdmu taħt ir-regoli standard ta' operazzjoni għall-esperti ta' l-OPCW.

    7.   Stima ta' finanzi meħtieġa

    Il-kontribut ta' l-UE ser ikopri 100 % ta' l-implimentazzjoni tat-tliet proġetti kif deskritt f'dan l-Anness. L-istimi ta' l-ispejjeż huma kif ġej:

    Proġett 1

    EUR 126 000

    Proġett 2

    EUR 585 000

    Proġett 3

    EUR 930 000

    SPIŻA TOTALI (minbarra l-kontinġenzi):

    EUR 1 641 000

    Barra minn dan, riżerva ta' kontinġenza ta' madwar 3 % ta' l-ispejjeż eliġibbli (EUR 56 000) hi inkluża.

    SPIŻA TOTALI (inklużi l-kontinġenzi):

    EUR 1 697 000

    8.   Ammont finanzjarju ta' referenza biex ikopri l-ispiża sħiħa tal-proġett

    L-ispiża totali tal-proġett hi ta' EUR 1 697 000.


    (1)  ĠU L 159, 30.6.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1504/2004 (ĠU L 281, 31.8.2004, p. 1).


    Top