Odaberite eksperimentalnu funkciju koju želite isprobati

Ovaj je dokument isječak s web-mjesta EUR-Lex

Dokument 32005E0585

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2005/585/PESK tat- 28 ta' Lulju 2005 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan

ĠU L 199, 29.7.2005., str. 96–96 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006., str. 356–356 (MT)

Pravni status dokumenta Više nije na snazi, Datum isteka: 28/02/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2005/585/oj

16.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

356


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/585/PESK

ta’ 28 ta' Lulju 2005

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ Diċembru 2003 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/871/PESK (1) li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan.

(2)

Fit-2 ta’ Frar 2005 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/95/PESK (2) li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea sal-31 ta' Awissu 2005.

(3)

Abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/871/PESK, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi estiż għal 6 xhur oħra.

(4)

Ir-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-għanijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat.

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Francesc VENDRELL bħala r-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) għall-Afganistan huwa b’dan estiż sat-28 ta' Frar 2006.

Artikolu 2

L-Artikolu 5(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/871/PESK għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun ta’ EUR 620 000.”

.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, 28 ta' Lulju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. STRAW


(1)  ĠU L 326, 13.12.2003, p. 41.

(2)  ĠU L 31, 4.2.2005, p. 69.


Vrh