Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0764

2005/764/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Ottubru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-provinċja ta’ Grosseto fir-Reġjun ta’ Toscana fl-Italja hija ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li Franza hija ħielsa mill-bruċellożi bovina (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4187) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 288, 29.10.2005, p. 56–58 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 527–529 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/764/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

527


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Ottubru 2005

li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-provinċja ta’ Grosseto fir-Reġjun ta’ Toscana fl-Italja hija ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li Franza hija ħielsa mill-bruċellożi bovina

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4187)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/764/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-annimali bovini u tal-majjali (1), u b’ mod partikolari l-Anness A (II) (7) magħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-annimali ovini u kaprini (2), u b’ mod partikolari l-Anness A, Kapitolu 1, il-punt II tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992 li tirreġistra l-konformità minn ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kondizzjonijiet li jittrattaw dwar il-bruċellożi (B. melitensis) u li tinnominahom bħala Stat Membru jew reġjun li huwa ħieles uffiċjalment mill-marda (3) telenka r-reġjunijiet ta’ l-Istati Membri li huma rikonoxxuti bħala ħielsa uffiċjalment mill-bruċellożi (B. melitensis) skond id-Direttiva 91/68/KEE.

(2)

Fil-provinċja ta’ Grosseto fir-Reġjun ta’ Toscana, mill-inqas 99,8 % ta’ l-impriżi ovini jew kaprini huma uffiċjalment impriżi ħielsa mill-bruċellożi. Barra minn hekk, dik il-provinċja għandha tikkonforma ma’ ċerti kondizzjonijiet oħrajn stipolati fid-Direttiva 91/68/KEE li jikkonċernaw il-kontrolli aleatorji li għandhom isiru wara r-rikonoxximent li provinċja kkonċernata hija ħielsa mill-bruċellożi.

(3)

Il-provinċja ta’ Grosseto fir-reġjun ta’ Toscana għandha għalhekk tiġi rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward ta’ l-impriżi ovini u kaprini.

(4)

Il-lista ta’ reġjuni ta’ l-Istati Membri li huma ddikjarati ħielsa mit-tuberkulożi bovina, mill-bruċellożi bovina u mill-lewkożi enżootika bovina huma elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-istat uffiċjali ta’ ċerti Stati Membri u reġjuni ta’ Stati Membri bħala ħielsa mit-tuberkulożi, mill-bruċellożi u mill-lewkożi enżotika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini (4).

(5)

Wara evalwazzjoni mill-Kummissjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet minn Franza, sabiex juru l-konformità mal-kondizzjonijiet xierqa li huma pprovduti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward ta’ l-ħelsien mill-bruċellożi bovina, dak l-Istat Membru kollu għandu jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi bovina.

(6)

Id-Deċiżjonijiet 93/52/KEE u 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(7)

Il-miżuri stipolati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 93/52/KE huwa emendat kif stipolat fl-AnnessI ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2003/467/KE huwa emendat skond l-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-28 ta’ Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

(2)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/554/KE (ĠU L 248, 22.7.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2005/604/KE (ĠU L 206, 9.8.2005, p. 12).

(4)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2005/604/KE.


ANNESS I

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE hu mibdul b’ li ġej:

“ANNESS II

Fi Franza:

 

Dipartimenti:

Ain, Aisne, Allier, Ardèche, Ardennes, Aube, Aveyron, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Essonne, Eure, Eur-et-Loire, Finistère, Gers, Gironde, Hauts-de-Seine, Haute-Loire, Haute-Vienne, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Jura, Loir-et-Cher, Loire, Loire-Atlantique, Loiret, Lot-et-Garonne, Lot, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Morbihan, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Pas-de-Calais, Puy-de-Dôme, Rhône, Haute-Saône, Saône-et-Loire, Sarthe, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Vendée, Vienne, Yonne, Yvelines, Ville de Paris, Vosges.

Fl-Italja:

Reġjun tal-Lazio: Provinċji ta’ Rieti, Viterbo.

Reġjun tal-Lombardia: Provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese.

Reġjun tal-Marche: Provinċji ta’ Ancona, Ascoli Piceno, Macerata, Pesaro, Urbino.

Reġjun tal-Piemonte: Provinċji ta’ Alessandria, Asti, Biella, Cuneo, Novara, Torino, Verbania, Vercelli.

Reġjun ta’ Sardenjaa: Provinċji ta’ Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari.

Reġjun tat-Trentino-Alto Adige: Provinċji ta’ Bolzano, Trento.

Reġjun tat-Toskana: Provinċji ta’ Arezzo, Firenze, Grosseto, Livorno, Lucca, Massa-Carrara, Pisa, Pistoia, Prato, Siena.

Reġjun ta’ l-Umbria: Provinċji ta’ Perugia, Terni.

Fil-Portugall:

 

Ir-Reġjun Awtonomu ta’ l-Azores.

Fi Spanja:

 

Ir-Reġjun Awtonomu tal-Gżejjer Kanarji: Provinċji ta’ Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas.”


ANNESS II

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, Kapitolu 1 hu mibdul b’ li ġej:

“KAPITOLU 1

STATI MEMBRI LI HUMA UFFIĊJALEMNT ĦIELSA MILL-BRUĊELLOŻI

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

FR

Franza

LU

Il-Lussemburgu

NL

L-Olanda

AT

L-Awstrija

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Iżvezja”


Top