Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0362

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Mejju 2005 li tapprova l-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f'Sardinja, l-Italja (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 1255) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 118, 5.5.2005, p. 37–38 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 295–296 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009: This act has been changed. Current consolidated version: 12/01/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/362/oj

    18.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    295


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-2 ta' Mejju 2005

    li tapprova l-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f'Sardinja, l-Italja

    (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 1255)

    (It-test Taljan biss hu awtentiku)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/362/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistipula l-miżuri speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u li temenda d-Direttiva 92/119/KE fir-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-ħnieżer (1) u partikolarment l-Artikolu 16(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-deni Afrikan tal-ħnieżer jinstab fil-ħnieżer slavaġ fil-provinċja ta' Nuoro, Sardinja, l-Italja.

    (2)

    Fl-2004, seħħet xegħla serja tal-marda f'Sardinja. L-Italja, fil-kuntest ta' din ix-xegħla, irrevediet il-miżuri li ttieħdu s'issa sabiex tinqered il-marda, fi ħdan il-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE.

    (3)

    Fil-kuntest ta' din ix-xegħla, il-Kummissjoni rrevediet il-miżuri adottati fuq livell Komunitarju marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'Sardinja u adottat id-Deċiżjoni 2005/363/KE (2).

    (4)

    Skond id-Direttiva 2002/60/KE, l-Italja ressqet għall-approvazzjoni pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ fir-reġjun ta' Sardinja, li jinkludi wkoll miżuri li jipprevjenu li l-marda tinfirex għall-ħnieżer domestiċi.

    (5)

    Il-pjan imressaq jidentifika żoni f'Sardinja li jfissru livell differenti ta' riskju fil-kuntest tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u fejn sorveljanza tal-marda differenti u miżuri ta' kontroll differenti għandhom jiddaħħlu.

    (6)

    Il-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ, kif imressaq mill-Italja ġie evalwat u nstab li huwa konformi mad-Direttiva 2002/60/KE.

    (7)

    Għal raġunijiet ta' trasparenza huwa xieraq li jiġu stipulati f'din id-Deċiżjoni iż-żoni ġeografiċi fejn il-pjan ta' qerda għandu jiġi implimentat.

    (8)

    Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pjan imressaq mill-Italja għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ fiż-żona kif stipulata f l-Anness huwa approvat.

    Artikolu 2

    L-Italja għandha minnufih tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex taderixxi ma' din id-Deċiżjoni u tippubblika dawk il-miżuri. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mill-ewwel b'dan.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

    Magħmula fi Brussell, fit-2 ta' Mejju 2005

    Għall-Kummissjoni

    Is-Sur Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 192, ta' l-20.7.2002, p. 27. Direttiva emendata bl-Att ta' l-Adezjoni ta' l-2003.

    (2)  Ara paġna 38 ta' don il -Ġurnal Uffiċjali.


    ANNESS

    Żoni fejn il-pjan ta' qerda ser jiġi implimentat fir-reġjun ta' Sardinja, l-Italja

    A.   Żona infettata

    It-territorju taż-żona msejħa Montarbu fil-provinċja ta' Nuoro li tinsab fuq parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet ta' Arzana, Gairo, Osini, Seui u Ussassai.

    B.   Żona ta' riskju għoli

    a)

    It-territorju sħiħ tal-provinċja ta' Nuoro minbarra ż-żona kif imsemmija fil-punt A.

    b)

    Fil-provinċja ta' Sassari, it-territorju tal-muniċipalitajiet ta' Ala' dei Sardi, Anela, Banari, Benetutti, Bessude, Bonnanaro, Bono, Bonorva, Borutta, Bottidda, Budduso', Bultei, Burgos, Cheremule, Cossoine, Esporlatu, Giave, Illorai, Ittireddu, Mores, Nughedu di San Nicolo', Nule, Pattada, Siligo, Thiesi u Torralba.

    C.   Żona ta' sorveljanza

    It-territorju tar-reġjun ta' Sardinja minbarra ż-żoni kif imsemmija fil-punti A u B.


    Top