Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0293

2005/293/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 1 ta’ April 2005 li tistabilixxi regoli dettaljati dwar il-monitoraġġ tal-użu mill-ġdid/rkupru u l-miri tal-użu mill-ġdid/rkupru stipulati fid-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (notifikat bid-dokument numru C(2004) 2849)

ĠU L 94, 13.4.2005, p. 30–33 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 319M, 29.11.2008, p. 187–190 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/293/oj

29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

187


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-1 ta’ April 2005

li tistabilixxi regoli dettaljati dwar il-monitoraġġ tal-użu mill-ġdid/rkupru u l-miri tal-użu mill-ġdid/rkupru stipulati fid-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw

(notifikat bid-dokument numru C(2004) 2849)

(2005/293/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2000/53/KE l-Kummissjoni hija meħtieġa tistabbilixxi regoli dettaljati li huma neċessarji biex tiġi kkontrollata l-osservanza mill-Istati Membri tal-miri stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) ta’ dik id-Direttiva. Huwa biżżejjed illi l-Istati Membri juru li tal-anqas intlaħqu l-miri rikjesti.

(2)

Huwa neċessarju li jiġu armonizzati l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tal-kalkolu tal-miri stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2), sabiex id-dejta prodotta mill-Istati Membri tkun tista’ tiġi mqabbla.

(3)

L-akbar preċiżjoni tal-miri tista’ tinkiseb biss jekk id-denominatur għall-kalkolu tal-miri jkun ibbażat fuq in-numru ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw li jiddaħħlu f’sistema tat-trattament ta’ xi Stat Membru.

(4)

Biex jiġu bbilanċjati r-riskji ta’ ineżattezzi u l-isforzi amministrattivi ħalli tinkiseb informazzjoni preċiża, l-Istati Membri huma permessi jużaw ipoteżi tal-kontenut ta’ metall biex jistabbilixxu l-ammont ta’ metalli li jista’ jiġi rkuprat minn vetturi li m’għadhomx jintużaw.

(5)

Għandha tintuża informazzjoni diġà disponibbli dwar il-vetturi, li tkun f’forma standardizzata, biex jiġi stabbilit il-piż ta’ vettura.

(6)

Il-fjuwil li jitneħħa matul iż-żarmar ma għandux jitqies għall-kalkolu tal-miri, peress li mhix disponibbli fl-Istati Membri kollha informazzjoni affidabbli dwar l-ammont ta’ fjuwil li hemm fil-vetturi li m’għadhomx jintużaw. Għandu jintuża ammont ta’ fjuwil li jkun il-medja tal-UE għall-iskop li tiġi mmonitorjata l-osservanza tal-miri, sabiex, kemm jista’ jkun, jiġu armonizzati l-metodi ta’ kalkolu u b’hekk tiġi żgurata l-komparabilità tal-miri nazzjonali milħuqa fl-Istati Membri.

(7)

Bħala konsegwenza tas-suq intern, l-Istati Membri jistgħu jesportaw il-vetturi li m’għadhomx jintużaw iġġenerati fit-territorju tagħhom lil pajjiżi oħra għal trattament ulterjuri. Sabiex jitnaqqsu l-problemi tal-allokazzjoni u sabiex jiġu evitati sforzi estensivi ta’ monitoraġġ u kalkolu, ir-rata tar-riċiklaġġ u l-rkupru mill-partijiet tal-vetturi esportati għandha tiġi attribwita lill-Istat Membru li jkun esportahom.

(8)

Huma meħtieġa kampanji dwar il-magni tat-tqattigħ (shredders) sabiex jiġu stabbiliti l-output streams ta’ magna tat-tqattigħ b’rabta ma’ vetturi li m’għadhomx jintużaw.

(9)

Il-Kummissjoni għandha tkompli timmonitorja l-kalkolu tal-miri, inkluża r-rilevanza tal-massa tal-esportazzjonijiet u l-influwenza tagħha fuq ir-rati tar-riċiklaġġ u l-irkupru. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ukoll it-tagħrif ta’ qabel is-sena 2006. Din l-informazzjoni għandha tintuża biss għal skopijiet ta’ monitoraġġ.

(10)

Din id-Deċiżjoni tapplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament 2150/2002/KE dwar l-Istatistika tal-Iskart (2).

(11)

Il-miżuri maħsuba f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-użu mill-ġdid/irkupru u l-miri dwar l-użu mill-ġdid/irkupru stipulati fis-subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2000/53/KE fuq il-bażi tal-materjali użati mill-ġdid, riċiklati u rkuprati minn operazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni, żarmar u (ta’ wara) t-tqattigħ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi għar-rigward tal-materjali li jgħaddu għal trattament ulterjuri, jiġi kkunsidrat l-irkupru li jkun sar tabilħaqq.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jimlew it-tabelli 1-4 ippreżentati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni flimkien ma’ deskrizzjoni xierqa tal-informazzjoni li ntużat.

2.   Meta jimlew it-tabelli 1-4 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw ipoteżi bbażata informazzjoni dwar il-perċentwal medju tal-metalli użati mill-ġdid, riċiklati u rkuprati ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw, minn hawn ’il quddiem l-“ipoteżi tal-kontenut ta’ metall.” Din l-ipoteżi għandha tkun imsaħħa minn informazzjoni dettaljata li tispjega l-perċentwali preżunta ta’ kontenut tal-metall, kif ukoll il-perċentwali preżunta ta’ użu mill-ġdid, irkupru u riċiklaġġ ta’ metall. Din l-informazzjoni għandha tkun valida għal mill-anqas 95 % tal-vetturi li m’għadhomx jintużaw li jirriżultaw mill-Istat Membru inkwistjoni.

3.   Fl-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinkludu analiżi statistika ta’ dawn li ġejjin:

a)

is-suq nazzjonali attwali tal-vetturi;

b)

il-vetturi li m’għadhomx jintużaw fit-territorju tagħhom; u

ċ)

il-materjali tal-vetturi u l-komponenti inklużi f’din ipoteżi, biex jiġi evitat l-għadd doppju.

Artikolu 2

1.   Fil-każ ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw, jew materjali jew partijiet minnhom, li dwarhom ikun inħareġ ċertifikat ta’ distruzzjoni minn faċilità nazzjonali awtorizzata tat-trattament, u li jkunu ġew esportati f’xi Stati Membri oħrajn jew pajjiżi terzi għal trattament ulterjuri, dak it-trattament għandu, għall-finijiet tal-kalkolu tal-miri, jiġi attribwit lill-Istat Membru li jkun qed jesporta, jekk ikun hemm evidenza soda li r-riċiklaġġ u/jew l-irkupru jkunu f’kondizzjonijiet ġenerali ekwivalenti għal dawk preskritti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar din il-materja.

Vetturi li ma jkunux għadhom jintużaw u li dwarhom ikun inħareġ ċertifikat ta’ distruzzjoni minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz u li jiġu impurtati għal irkupru u/jew riċiklaġġ fi Stat Membru, m’għandhomx jingħaddu bħala rkuprati jew riċiklati mill-Istat Membru li jkun importahom.

2.   Fil-każ ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk tkunx meħtieġa dokumentazzjoni addizzjonali biex tingħata prova li l-materjali esportati jkunu fil-fatt riċiklati jew irkuprati.

Artikolu 3

1.   It-tabelli stipulati fl-Anness għandhom jimtlew mill-Istati Membri kull sena, billi jibdew bl-informazzjoni għall-2006 u għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien 18-il xahar minn għeluq is-sena rilevanti.

2.   Għas-snin ta’ qabel l-2006, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni fi żmien 12-il xahar minn għeluq is-sena relevanti. L-informazzjoni marbuta mas-snin ta’ qabel l-2006 għandha tintuża biss għal skopijiet ta’ monitoraġġ.

Artikolu 4

Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ April 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-kummissjoni 2005/63/KE (ĠU L 25, 28.1.2005, p. 73).

(2)  ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1. Ir-Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 574/2004 (ĠU L 90, 27.3.2004, p. 15)

(3)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

Noti:

1.

Il-partijiet griżi ta’ tabella 1 għandhom jimtlew biss fuq bażi volontarja.

2.

L-Istati Membri li jużaw l-ipoteżi tal-kontenut ta’ metall huma obbligati jużawha fil-partijiet ta’ tabella 2 li għandhom x’jaqsmu mal-metalli.

3.

(**): Fejn huwa possibbli, għandhom jintużaw il-LoW-codes (List of Waste-codes) mill-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li ħadet post id-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta’ tipi ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi elenku ta’ skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż ().

4.

L-Istati Membri li ma jużawx l-ipoteżi tal-kontenut ta’ metall għandhom jikkalkulaw l-użu mill-ġdid (A) fuq il-bażi tal-metodu segwenti ta’ tnaqqis: il-piż individwali tal-vettura (Wi) tnaqqas minnu l-piż tal-vettura li m’għadhiex tintuża, dekontaminata u żarmata (il-qafas) (Wb) tnaqqas minnu l-piż tal-materjali dekontaminati u żarmati mibgħutin għar-rkupru, riċiklaġġ u rimi finali. L-Istati Membri li jużaw l-ipoteżi dwar il-kontenut ta’ metall għandhom jistabbilixxu A (bl-esklużjoni tal-komponenti metalliċi) fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet mill-faċilitajiet tat-trattament awtorizzati.

Il-piż tar-riċiklaġġ/irkupru/rimi miksub għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet mill-kumpanija riċevitriċi tar-riċiklaġġ/irkupru jew tal-ġbir, noti dwar il-piż, forom oħrajn ta’ żamma tar-reġistri jew noti dwar ir-rimi.

Il-piż individwali ta’ vettura (Wi) għandu jiġi kkalkulat (i) mill-piż tal-vettura meta qed taħdem skont ma jingħad fid-dokumenti tar-reġistrazzjoni (), jew (ii) il-piż tal- vettura li taħdem skont ma jingħad fiċ-ċertifikat tal-konformità, deskritt fl-Anness IX tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE () kif emendata jew, (iii) jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, il-piż stabbilit mill-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. F’kull każ, il-piż ta’ vettura ma għandux jinkludi l-piż tas-sewwieq, li għandu jitqies 75 kg u l-piż tal-fjuwil, li għandu jitqies 40 kg.

Il-piż tal-vettura li m’għadhiex tintuża, dekontaminata u żarmata (qafas) (Wb) għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija mill-faċilità tat-trattament li tkun irċeviet il-vettura.

5.

Il-piż totali tal-vetturi (W1) għandu jiġi kkalkulat bħala t-total tal-piżijiet tal-vetturi individwali (Wi).

L-ammont totali ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw(W) għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tan-numru ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw li jkun hemm fl-Istat Membru, li huwa meta faċilità nazzjonali awtorizzata għat-trattament toħroġ ċertifikat ta’ distruzzjoni.

6.

L-ammont ta’ flussi ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw li joħorġu minn magna tat-tqattigħ għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-kampanji ta’ tqattigħ flimkien mad-dħul ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw fil-magna tat-tqattigħ. Il-vetturi li m’għadhomx jintużaw li jidħlu f’magna tat-tqattigħ għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tan-noti dwar il-piż, l-irċevuti jew forom oħrajn ta’ żamma tar-reġistri. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar in-numru ta’ kampanji ta’ tqattigħ li jkunu saru fit-territorju tagħhom. Ir-riċiklaġġ/irkupru proprju tal-prodott ikkalkulat (għajr għall-metalli) irid isir rendikont tagħhom fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet mill-kumpanija tar-riċiklaġġ/irkupru jew tal-ġbir li tkun irċeviethom, in-noti dwar il-piż, forom oħra ta’ żamma tar-reġistri jew dokumenti dwar ir-rimi.

Tabella 1: Materjali minn dekontaminazzjoni u żarmar (f’tunnellati fis-sena) ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw li ġejjin mill-Istat Membru u trattati fl-Istat Membru

Materjali minn dekontaminazzjoni u żarmar (**)

Użu mill-ġdid

(A)

Riċiklaġġ

(B1)

Irkupru tal-Enerġija

(C1)

Irkupru totali

(D1 = B1 + C1)

Rimi

E1

Batteriji

 

 

 

 

 

Likwidi (eskluż il-fjuwil)

 

 

 

 

 

Filtri taż-żejt

 

 

 

 

 

Materjali oħrajn li jirriżultaw mid-dekontaminazzjoni (eskluż il- fjuwil)

 

 

 

 

 

Katalizzaturi

 

 

 

 

 

Komponenti tal-metall

 

 

 

 

 

Tajers

 

 

 

 

 

Partijiet kbar tal-plastik

 

 

 

 

 

Ħġieġ

 

 

 

 

 

Materjali oħrajn li jirriżultaw miż-żarmar

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 


Tabella 2: Materjali mit-tqattigħ (f’tunnellati fis-sena) ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw li jirriżultaw fl-Istat Membru u trattati fl-Istat Membru

Materjali mit-tqattigħ (**)

Riċiklaġġ

(B2)

Irkupru tal- enerġija

(C2)

Irkupru totali

(D2 = B2 + C2)

Rimi

E2

Skrepp tal-ħadid (azzar)

 

 

 

 

Materjali mhux tal-ħadid (aluminju, ram, żingu, ċomb eċċ)

 

 

 

 

Shredder Light Fraction (SLF)

 

 

 

 

Ieħor

 

 

 

 

Total

 

 

 

 


Tabella 3: Monitoraġġ ta’ (partijiet minn) vetturi li m’għadhomx jintużaw li jirriżultaw fl-Istat Membru u esportati għal trattament ulterjuri (f’tunnellati fis-sena)

Piż totali tal-vetturi li m’għadhomx jintużaw li jiġu esportati minn kull pajjiż (**)

Riċiklaġġ totali ta’ (parti mill-) vetturi li m’għadhomx jintużaw esportati (F1)

Irkupru totali ta’ (parti mill-) vetturi li m’għadhomx jintużaw esportati (F2)

Rimi totali ta’ (parti mill-) vetturi li m’għadhomx jintużaw esportati (F3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 4: Użu mill-Ġdid, Irkupru u Riċiklaġġ Totali (f’tunnellati fis-sena) ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw li ġejjin mill-Istat Membru u trattati fl-Istat Membru jew barra minnu

Użu mill-ġdid

(A)

Riċiklaġġ totali

(B1 + B2+F1)

Irkupru totali

(D1 + D2+F2)

Użu mill-ġdid u riċiklaġġ totali

(X1 = A + B1 + B2+F1)

Użu mill-ġdid u Rkupru totali

(X2 = A+D1 + D2+F2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

W (numru totali ta’ vetturi li m’għadhomx jintużaw) = …

W1 (piż totali tal-vetturi) = …

%

%

X1/W1

X2/W1


(1)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.

(2)  Mill-1 ta’ Ġunju 2004, id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi, Ġ.U. L 138, 1.6.1999, p. 57, il-piż tal-vettura li għadha taħdem għandu jiġi rreġistrat taħt l-ittra G.

(3)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.


Top