This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0159
2005/159/EC: Council Decision of 17 February 2005 appointing six Belgian members and eight Belgian alternate members of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta' Frar 2005 li jaħtar sitt membri Belġjani u tmien membri supplenti Belġjani tal-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta' Frar 2005 li jaħtar sitt membri Belġjani u tmien membri supplenti Belġjani tal-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 52, 25.2.2005, p. 40–41
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 157–158
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2006
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
157 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Frar 2005
li jaħtar sitt membri Belġjani u tmien membri supplenti Belġjani tal-Kumitat tar-Reġjuni
(2005/159/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-gvern Belġjan,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Jannar 2002 il-Kunsill adotta Deċiżjoni (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni. |
(2) |
Post ta’ membru u post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni jinsabu vakanti wara r-riżenja tas-Sur Frans RAMON, membru, notifikata lill-Kunsill fit-8 ta’ Settembru 2004 u tas-Sur Jos BEX, membru supplenti, notifikata lill-Kunsill fit-3 ta’ Frar 2005 u ħames postijiet ta’ membri u seba’ ta’ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni jinsabu vakanti wara li ġew fi tmiemhom il-mandati tas-Sur Paul VAN GREMBERGEN (BE), is-Sur Bart SOMERS (BE), is-Sur Stefaan PLATTEAU (BE), is-Sur Xavier DESGAIN (BE) u s-Sur-Hervé HASQUIN (BE), membri supplenti, u tas-Sur Jacques TIMMERMANS (BE), is-Sur André DENYS, is-Sinjura Josée VERCAMMEN, is-Sur Serge KUBLA, is-Sur Rudy DEMOTTE, is-Sur Jean-Marc NOLLET u s-Sur Bernd GENTGES, membri supplenti, innotifikati lill-Kunsill fl-24 ta’ Jannar 2005, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
Il-persuni li ġejjin huma maħtura fuq il-Kumitat tar-Reġjuni
a) |
bħala membri:
|
b) |
bħala membri supplenti:
|
għall-bqija tat-terminu tal-mandati tagħhom, li jibqgħu jogħddu sal-25 ta’ Jannar 2006.
Magħmula fi Brussel, fi, nhar is-17 ta' Frar 2005.
Għall-Kunsill,
Il-President
J.-C. JUNCKER
(1) ĠU L 24 tas-26.1.2002, p. 38