Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0126

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Frar 2005 dwar it-tkomplija fis-sena 2005 ta' provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq il-materjal ta' propagazzjoni ta' pjanti ornamentali ta' ċerti speċi skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE mibdija fl-2003

    ĠU L 42, 12.2.2005, p. 30–30 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 84–84 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/126(1)/oj

    18.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    84


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-11 ta' Frar 2005

    dwar it-tkomplija fis-sena 2005 ta' provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq il-materjal ta' propagazzjoni ta' pjanti ornamentali ta' ċerti speċi skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE mibdija fl-2003

    (2005/126/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-pitravi (1),

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/744/KE tal-5 ta' Settembru 2002 li tistabbilixxi l-arranġamenti għal provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq il-materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti ornamentali skond id-direttiva tal-Kunsill 98/56/KE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2002/744/KE tistabbilixxi l-arranġamenti għall-provi u t-testijiet li għandhom jitwettqu skond id-Direttiva 98/56/KE fir-rigward ta' Chamaecyparis, Ligustrum vulgare u Euphorbia fulgens mill-2003-2005.

    (2)

    It-testijiet u l-provi mwettqa fl-2003 u l-2004 għandhom jissoktaw fl-2005.

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Provi u testijiet komparattivi tal-Komunità li bdew fl-2003 fuq il-materjal ta' propagazzjoni ta' Chamaecyparis, Ligustrum vulgare u Euphorbia fulgens għandhom jissoktaw fl-2005 b'konformità mad-Deċiżjoni 2002/744/KE.

    Magħmula fi Brussel, fil-11 ta' Frar 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 226, tat-13 8.1998, p. 16. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L tat-3.7, 3.7.2003, p. 23).

    (2)  ĠU L 240, tas-7.9.2002, p. 63.


    Top