EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1450

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1450/2004 tat- 13 ta' Awissu 2004 li jimplementa d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta' l-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 267, 14.8.2004, p. 32–35 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 63–66 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/11/2012; Imħassar b' 32012R0995

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1450/oj

5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

63


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1450/2004

tat-13 ta' Awissu 2004

li jimplementa d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta' l-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2003 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbiliet il-miżuri indiviwali ta’ statistika meħtieġa sabiex tibda tinġabar statistika tal-Komunità dwar ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri għall-implementazzjoni ta' miżuri individwali ta' statistika kif stabbilit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE.

(3)

Il-miżuri individwali ta’ l-istatistika għandhom jikkunsidraw id-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-programm statistiku tal-Komunità għal bejn l-2003 u l-2007 (2) li speċifikament jiddetermina il-programm ta' ħidma għall-produzzjoni u t-titjib ta' l-istatistika dwar l-innovazzjoni għall-perijodu ta' bejn l-2003 u l-2007.

(4)

Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni ma’ standards internazzjonali oħrajn, li jfisser li x-xogħol li sar mill-Organizazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn irid jiġi kkunsidrat.

(5)

Fl-implementazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE għandu jiġi kkunsidrat il-qafas provdut mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità (3) li fih disposizzjonijiet li jkopru l-aċċess għal sorsi amministrattivi u kunfidenzjalità fl-istatistika.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar tal-Programm ta’ l-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni tad-Deċiżjoni 1608/2003/KE fir-rigward ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni.

Artikolu 2

1.   Dan ir-Regolament għandu jkopri l-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni. Għal dawn l-istatistiċi, il-lista ta’ varjabbli statistiċi, l-attivitajiet u s-setturi koperti, it-tqassim tar-riżultati, il-frekwenza, l-iskadenzi għat-trasmissjoni tad-data u l-perijodu transizzjonali għandhom ikunu kif stipulat fl-Anness.

2.   Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet fir-rapporti preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1608/2003/KE, il-lista ta’ varjabbli statistiċi, l-attivitajiet u s-setturi koperti, it-tqassim tar-riżultati, il-frekwenza, l-iskadenzi għat-trasmissjoni tad-data u karatteristiċi oħrajn stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu riveduti f’perijodi regolari ta’ żmien.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jakkwistaw id-data meħtieġa billi jużaw kombinazzjoni ta’ sorsi differenti bħal kampjuni ta’ stħarriġ, sorsi amministrattivi ta’ data u sorsi oħrajn ta’ data. Is-sorsi l-oħrajn ta’ data għandhom mill-anqas ikunu f’termini ta’ kwalità jew proċeduri ta' stima statistika, daqs il-kampjuni ta’ stħarriġ jew is-sorsi amministrativi tad-data.

Artikolu 4

L-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni elenkata fl-Anness għandha tkun ibbażata fuq kunċetti u definizzjonijiet armonizzati, li jinsabu fl-aktar verżjoni reċenti tal-Manwal ta’ Oslo.L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-kunċetti u definizzjonijiet armonizzati fl-istatistika li trid tinġabar.

Ir-rapporti preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1608/2003/KE għandhom jirreferu għal kunċetti u definizzjonijiet u l-applikazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jibgħatu l-istatistika miġbura kif elenkat fl-Anness fuq bażi ta’ bilfors u d-data individwali fuq bażi volontarja, lill-Kummissjoni (Eurostat) billi jużaw il-format standard ta’ trasmissjoni li jrid jiġi stipulat mill-Kummissjoni (Eurostat) f’kooperazzjoni magħhom.

Artikolu 6

L-evalwazzjoni tal-kwalità għandha ssir mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni (Eurostat).

L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni (Eurostat), fuq talba tagħha, l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kwalità ta' l-istatistika stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament li tkun meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' rappurtaġġ stipulati fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1608/2003/KE.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar it-13 ta' Awissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Joaquin ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 230, 16.9.2003

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 1

(3)  ĠU L 52, 22.2.1997, p.1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1)


ANNESS:

STATISTIKA DWAR L-INNOVAZZJONI

Sezzjoni 1

1. L-Istati Membri għandhom jiġbru din l-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni li ġejja:

Kodiċi

Titolu

Kummenti

1

Numru ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni

Bħala valur assolut u bħala % ta’ impriżi

2

Numru ta' impriżi nnovattivi li ntroduċew prodotti ġodda jew imtejba b’mod sinjifikanti, li huma ġodda fis-suq.

Bħala valur assolut, bħala % ta’ l-impriżi kollha u bħala % ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni

3

Fatturat mill-innovazzjoni, marbuta ma’ prodotti ġodda jew imtejba b’mod sinjifikanti, li huma ġodda għas-suq

Bħala valur assolut, bħala % tal-fatturat totali u bħala % tal-fatturat totali mill-impiriżi attivi fl-innovazzjoni.

4

Fatturat mill-innovazzjoni, marbuta ma’ prodotti ġodda jew imtejba b’mod sinjifikanti, li huma ġodda għall-impriża iżda mhux għas-suq

Bħala valur assolut, bħala % tal-fatturat totali u bħala % tal-fatturat totali mill-impiriżi attivi fl-innovazzjoni.

5

Numru ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni involuti fil-kooperazzjoni fl-innovazzjoni

Bħala valur assolut u bħala % ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni

6

Spiża fuq l-innovazzjoni

Bħala valur assolut, bħala % tal-fatturat totali u bħala % tal-fatturat totali mill-impriżi attivi fl-innovazzjoni – mhux bilfors

7

Numru ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni li jindika effetti importanti ħafna fl-innovazzjoni

Bħala valur assolut u bħala % ta’ l-impriżi kollha attivi fl-innovazzjoni

8

Numru ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni li jindika sorsi importanti ħafna ta’ informazzjoni għall-innovazzjoni

Bħala valur assolut u bħala % ta’ l-impriżi kollha attivi fl-innovazzjoni – mhux bilfors

9

Numru ta' impriżi li qed jaffaċċjaw fatturi importanti ta' ostakolu

Bħala valur assolut, bħala % ta’ l-impriżi kollha u bħala % ta’ impriżi attivi fl-innovazzjoni u bħala % ta’ impriżi mhux attivi fl-innovazzjoni

Lil hinn mill-istatistika elenkata hawn fuq, l-Istati Membri għandhom jiġbru statistika addizzjonali (inkluż it-tqassim tagħha) skond it-temi prinċipali elenkati fil-Manwal ta’ Oslo. Din l-istatistika addizzjonali ser tiġi deċiża f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri.

Sezzjoni 2

Bħala minimu, għandhom jiġu koperti l-impriżi fis-sezzjonijiet C,D,E,I, J tan-NACE Rev.1.1, fid-diviżjonijiet 51, 72 tan-NACE Rev 1.1 u fil-gruppi 74.2 u 74.3 tan-NACE Rev 1.1.

Sezzjoni 3

Il-varjabbli kollha għadhom jiġu rrapurtati kull erba’ snin, ħlief għall-varjabbli 1, 2, 3, 4 u 5 li jridu jiġu rappurtati kull sentejn.

Sezzjoni 4

L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha għandha tinġabar statistika hija s-sena 2004.

Sezzjoni 5

1.

Ir-riżultati kollha jridu jiġu mqassma skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 1.1) fil-livell ta’ sezzjoni u bil-klassijiet ta’ daqs ta’ l-impjieg kif ġej: 1—49 impjegat, 50-249 impjegat, ‘il fuq minn 249 impjegat.

2.

Ir-riżultati jridu jitqassmu wkoll skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 1.1) fil-livell ta’ diviżjoni.

3.

Ir-riżultati tal-varjabbli 5 jridu jitqassmu skond it-tip ta’ kooperazzjoni fl-innovazzjoni. Ir-riżultati tal-varjabbli 7 jridu jitqassmu skond it-tip ta’ effetti ta' l-innovazzjoni. Ir-riżultati tal-varjabbli 8 jridu jitqassmu skond it-tip ta’ sorsi ta’ informazzjoni. Ir-riżultati tal-varjabbli 9 jridu jitqassmu skond it-tip ta’ fatturi ta’ ostakolu. Dan it-tqassim ser jiġi deċiż f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri.

Sezzjoni 6

1.

Ir-riżultati kollha jridu jiġu trasmessi fi żmien 18-il xahar minn għeluq is-sena tal-perijodu ta' referenza.

2.

L-Istati Membri jistgħu jitrasmettu fuq bażi individwali dokumenti b’data individwali li tkopri l-entitajiet statistiċi mistħarrġa fil-qafas ta' l-istħarriġ nazzjonali lill-Kummissjoni (Eurostat).

Sezzjoni 7

1.

Il-kwestjonarju ta' l-istħarriġ, użat għall-Istħarriġ ta’ l-Innovazzjoni tal-Komunità li jsiru kull erba’ snin u li jibdew bis-sena ta’ referenza 2004, għandu jkopri t-temi prinċipali msemmija fil-Manwal ta’ Oslo fir-rigward tal-kejl ta’ l-impriżi ta’ innovazzjoni.

2.

F’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-metodu għall-Istħarriġ ta’ l-Innovazzjoni tal-Komunità għandhom jiġu mfassla mill-Kummissjoni (Eurostat) u dan iwassal għal livell għoli ta' armonizzazzjoni tar-riżultati ta' l-istħarriġ. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom mill-anqas ikunu jkopru l-popolazzjoni mmirata, il-metodoloġija ta' l-istħarriġ (inkluż aspetti reġjonali), il-kwestjonarju armonizzat ta' l-istħarriġ, il-kollezzjoni, l-ipproċessar u t-trasmissjoni tad-data u r-rekwiżiti ta' kwalità tad-data.

3.

F’kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-metodoloġija għandhom jiġu mfassla wkoll għall-istarriġ dwar l-innovazzjoni l-oħrajn li jsiru kull erba' snin, u li jibdew mis-sena ta' referenza 2006.

4.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-informazzjoni meħtieġa dwar il-metodoloġija nazzjonali wżata fl-istatistika nazzjonali dwar l-innovazzjoni.

Sezzjoni 8

Fejn is-sistemi nazzjonali ta’ statistika jkollhom bżonn adattamenti kbar, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi lill-Istati Membri fir-rigward ta’ l-istatistika li trid tinġabar għall-ewwel sena ta’ referenza 2004. Jistgħu jingħataw derogi addizzjonali fir-rigward tal-kopertura ta' l-attivitajiet ekonomiċi skond in-NACE Rev. 1.1 u jew it-tqassim bid-daqs tal-kategorija ta’ l-istatistika li trid tinġabar għas-sena ta’ referenza 2006.


Top