Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0880

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 880/2004 tad-29 ta' April 2004 li jawtorizza mingħajr limitu ta' żmien l-użu ta' beta-karoten u kantaksantin bħala addittivi f'materjali ta' għalf li jappartjenu lill-grupp ta' materji li jagħtu kulur inklużi pigmentiTest b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 162, 30.4.2004, pp. 68–69 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/05/2021; Imħassar b' 32021R0758

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/880/oj

32004R0880



Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0068 - 0069


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 880/2004

tad-29 ta' April 2004

li jawtorizza mingħajr limitu ta' żmien l-użu ta' beta-karoten u kantaksantin bħala addittivi f'materjali ta' għalf li jappartjenu lill-grupp ta' materji li jagħtu kulur inklużi pigmenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbillixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar addittivi f'materjali ta' għalf [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1756/2002 [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 9d il-paragrafu 1 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi li l-użu ta' addittiv għandu jkun awtorizzat f'livell Komunitarju.

(2) L-addittivi li jirreferi għalihom l-Anness ma' dan ir-Regolament, beta-karoten, użat għal kanarini, u kantaksantin, użat għal għasafar domestiċi u ornamentali, kienu awtorizzati b'mod provviżorju għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/98 tas-26 ta' Ottubru 1998 [3]. L-awtorizzazzjoni provviżorja ta' dawn l-addittivi kienet estiża sa' l-14 ta' Diċembru 2003 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2200/2001 tas-17 ta' Ottubru 2001 [4].

(3) Data ġdida, dwar l-effikaċja, kienet issottomessa mill-kumpanija li tipproduċi ż-żewġ addittivi b'appoġġ għall-applikazzjoni biex tinkiseb awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien.

(4) L-istima ta' l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal perjodu mingħajr limitu ta' żmien issottomessa rigward il-"Karotenojdi u ksantofilli" tal-grupp "Materji li jagħtu kulur inklużi pigmenti" turi li l-kondizzjonijiet relevanti preskritti fid-Direttiva 70/524/KEE huma ssodisfatti.

(5) L-istima ta' l-applikazzjoni turi li ċerti proċeduri huwa rekwiżiti biex il-ħaddiema jkunu protetti minn esposizzjoni għall-addittivi beta-karoten u kantaksantin. Madankollu, protezzjoni tali tkun żgurata bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 [5] dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurezza u saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.

(6) Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u Saħħa ta' l-Annimali taqsima Nutrizzjoni ta' l-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-addittivi li jappartienu lill-Part 1 "Karotenojdi u ksantofilli" tal-grupp "Materji li jagħtu kulur inklużi pigmenti", li jirreferi għalihom l-Anness huma awtorizzati għall-użu bħala addittivi f'materjali ta' għalf taħt il-kondizzjonijiet presritti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, ta' l- 14.12.70, pġ. 1.

[2] ĠU L 265, tat-03.10.02, pġ. 1.

[3] ĠU L 289, tat-28.10.1998, pġ. 4.

[4] ĠU L 299, tal-15.11.01, pġ. 1.

[5] ĠU L 183, ta' l- 29.06.89, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Nru tal-KE. | Addittiv | Formola kimika, deskrizzjoni | speċi jew kategorija ta' annimali | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Disposizzjonijiet oħra | Tmiem tal-perjodu ta' l-awtorizzazzjoni |

mg/kg t'affarijiet ta'l-ikel kompleti | mg/kg t'affarijiet ta'l-ikel |

Kuluranti, inklużi pigmenti

1.Karotenojdi u ksantofilli

E 160a | Beta-karoten | C40H56 | Kanarini | — | — | — | — | Mingħajr limitu ta' ħin |

E 161g | Kantaksantin | C40H52O2 | Għasafar domestiċi u ornamentali | — | — | — | — | Mingħajr limitu ta' ħin |

--------------------------------------------------

Top