Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0922

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 29 ta' Diċembru 2004 li temenda d-Deċiżjonijiet 2003/746/KE u 2003/848/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lil xi Stati Membri għall-programmi tagħhom tal-qerda u l-monitoraġġ ta' l-EST għall-2004 (innotifikata fid-dokument bin-numru K(2004) 5396 (2004/922/KE)

    ĠU L 389, 30.12.2004, p. 34–36 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 247–249 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/922/oj

    14.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    247


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-29 ta' Diċembru 2004

    li temenda d-Deċiżjonijiet 2003/746/KE u 2003/848/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lil xi Stati Membri għall-programmi tagħhom tal-qerda u l-monitoraġġ ta' l-EST għall-2004

    (innotifikata fid-dokument bin-numru K(2004) 5396

    (2004/922/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 24 (5) u (6) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/746/KE ta' l-14 ta' Ottubru 2003 dwar il-lista ta' programmi għall-qerda u għall-monitoraġġ ta' ċertu ESTs li jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-2004 (2), telenka l-programmi ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għall-monitoraġġ ta' l-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (EST) li jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fl-2004. Dik id-Deċiżjoni tistipula wkoll ir-rata proposta u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni għal kull programm.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/848/KE tat-28 ta' Novembru 2003 li tapprova l-programmi ta' qerda u monitoraġġ ta' l-EST ta' l-Istati Membri u ta' ċerti Stati Membri ta' l-Adeżjoni għall-2004 u li tistabbilixxi l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja (3), tapprova l-programmi elenkati fid-Deċiżjoni 2003/746/KE u tistipula l-ammonti massimi għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2003/848/KE tipprevedi rapporti dwar il-progress li għandhom jintbagħtu kull xahar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Analiżi ta' dawn ir-rapporti wriet li xi uħud mill-Istati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa għall-2004, filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.

    (4)

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal xi uħud minn dawn il-programmi għandha għalhekk tiġi aġġustata. Huwa xieraq illi jerga' jiġi allokat il-finanzjament mill-programmi ta' l-Istati Membri li mhumiex qed jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għal dawk tal-pajjiżi li qed jaqbżuha. L-allokazzjoni mill-ġdid trid tissejjes fuq l-aktar informazzjoni riċenti dwar in-nefqa reali ta' l-Istati Membri kkonċernati.

    (5)

    Id-Deċiżjonijiet 2003/746/KE u 2003/848/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

    (6)

    Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il- Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2003/746/KE hija emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni Nru 2003/848/KE hija emendata kif ġej:

    1.

    Fl-Artikolu 4(2), “EUR 745 000” tinbidel b'“EUR 383 000”;

    2.

    Fl-Artikolu 6(2), “EUR 21 733 000” tinbidel b'“EUR 24 735 000”;

    3.

    Fl-Artikolu 8(2), “EUR 6 283 000” tinbidel b'“EUR 6 401 000”;

    4.

    Fl-Artikolu 10(2), “EUR 4 028 000” tinbidel b'“EUR 4 346 000”;

    5.

    Fl-Artikolu 11(2), “EUR 1 675 000” tinbidel b'“EUR 1 789 000”;

    6.

    Fl-Artikolu 12(2), “EUR 1 012 000” tinbidel b'“EUR 1 177 000”;

    7.

    Fl-Artikolu 15(2), “EUR 7 726 000” tinbidel b'“EUR 4 269 000”;

    8.

    Fl-Artikolu 17(2), “EUR 103 000” tinbidel b'“EUR 159 000”;

    9.

    Fl-Artikolu 19(2), “EUR 353 000” tinbidel b'“EUR 399 000”;

    10.

    Fl-Artikolu 21(2), “EUR 5 000” tinbidel b'“EUR 1 000”;

    11.

    Fl-Artikolu 22(2), “EUR 755 000” tinbidel b'“EUR 927 000”;

    12.

    Fl-Artikolu 24(2), “EUR 435 000” tinbidel b'“EUR 573 000”;

    13.

    Fl-Artikolu 25(2), “EUR 1 160 000” tinbidel b'“EUR 3 014 000”;

    14.

    Fl-Artikolu 26(2), “EUR 490 000” tinbidel b'“EUR 1 006 000”;

    15.

    Fl-Artikolu 27(2), “EUR 3 210 000” tinbidel b'“EUR 671 000”;

    16.

    Fl-Artikolu 28(2), “EUR 675 000” tinbidel b'“EUR 704 000”;

    17.

    Fl-Artikolu 29(2), “EUR 30 000” tinbidel b'“EUR 5 000”;

    18.

    Fl-Artikolu 30(2), “EUR 255 000” tinbidel b'“EUR 275 000”;

    19.

    Fl-Artikolu 31(2), “EUR 5 000” tinbidel b'“EUR 3 000”;

    20.

    Fl-Artikolu 32(2), “EUR 5 000” tinbidel b'“EUR 34 000”;

    21.

    Fl-Artikolu 33(2), “EUR 7 460 000” tinbidel b'“EUR 6 652 000”;

    22.

    Fl-Artikolu 34(2), “EUR 740 000” tinbidel b'“EUR 1 360 000”;

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fid-29 ta' Diċembru 2004.

    Ghall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, tat-18.9.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 269, tal-21.10.2003, p. 24.

    (3)  ĠU L 322, tad-9.12.2003, p. 11.


    ANNESS

    L-Anness I u II tad- Deċiżjoni 2003/746/KE jinbidlu b'dan li ġej:

    ANNESS I

    Lista ta' programmi għall-monitoraġġ ta' l-EST

    -Rata u Ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità-

    Marda

    Stati Membri

    Persentaġġ ta' xiri tal-kitts għat-testijiet

    Ammont massimu

    (f' EUR)

    EST

    Il-Belġju

    100 %

    3 351 000

    Id-Danimarka

    100 %

    2 351 000

    Il-Ġermanja

    100 %

    15 611 000

    Il-Greċja

    100 %

    383 000

    Spanja

    100 %

    4 854 000

    Franza

    100 %

    24 735 000

    L-Irlanda

    100 %

    5 386 000

    L-Italja

    100 %

    6 401 000

    Il-Lussemburgu

    100 %

    158 000

    L-Olanda

    100 %

    4 346 000

    L-Awstrija

    100 %

    1 789 000

    Il-Portugall

    100 %

    1 177 000

    Il-Finlandja

    100 %

    1 060 000

    L-Isvezja

    100 %

    358 000

    Ir-Renju Unit

    100 %

    4 269 000

     

    Ċipru

    100 %

    144 000

    L-Estonja

    100 %

    159 000

    Malta

    100 %

    37 000

    Is-Slovenja

    100 %

    399 000

    Total

    76 968 000

    ANNESS II

    Lista ta' programmi għall-qerda ta' l-iScrapie

    -Ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità-

    Marda

    Stati Membri

    Rata

    Ammont massimu

    (f' EUR)

    Scrapie

    Id-Danimarka

    50 % qtil (culling), 100 % ġenotipar

    1 000

    Il-Ġermanja

    50 % qtil, 100 % ġenotipar

    450 000

    Il-Greċja

    50 % qtil, 100 % ġenotipar

    927 000

    Spanja

    50 % qtil, 100 % ġenotipar

    573 000

    Franza

    50 % qtil, 100 % ġenotipar

    3 014 000

    L-Irlanda

    50 % qtil, 100 % ġenotipar

    1 006 000

    L-Italja

    50 % qtil, 100 % ġenotipar

    671 000

    L-Olanda

    50 % qtil, 100 % ġenotipar

    704 000

    L-Awstrija

    50 % qtil, 100 % ġenotipar

    5 000

    Il-Portugall

    50 % qtil, 100 % ġenotipar

    275 000

    Il-Finlandja

    50 % qtil, 100 % ġenotipar

    3 000

    L-Isvezja

    50 % qtil, 100 % ġenotipar

    34 000

    Ir-Renju Unit

    50 % qtil, 100 % ġenotipar

    6 652 000

     

    Ċipru

    50 % qtil, 100 % ġenotipar

    1 360 000

    Total

    15 675 000 "


    Top