This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0626
Decision No 626/2004/EC of the European Parliament and of the Council of 31 March 2004 amending Decision No 508/2000/EC establishing the Culture 2000 programme (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni Nru 626/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 Marzu 2004 li emendiet id-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE li tistabbilixxi l-programm Culture 2000Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni Nru 626/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 Marzu 2004 li emendiet id-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE li tistabbilixxi l-programm Culture 2000Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 99, 3.4.2004, p. 3–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32000D0508 | Emenda | artikolu 1 | 01/01/2005 | |
Modifies | 32000D0508 | Emenda | artikolu 3 | 01/01/2005 |
Official Journal L 099 , 03/04/2004 P. 0003 - 0003
Id-Deċiżjoni Nru 626/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 Marzu 2004 li emendiet id-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE li tistabbilixxi l-programm Culture 2000 (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 151 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [1], Filwaqt illi jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2], Billi: (1) Id-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Frar 2000 li tistabbilixxi l-programm Culture 2000 [3] tniżżel strument wieħed finanzjarju u ta' l-ipprogrammar għall-kooperazzjoni kulturali għal perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2004. (2) Huwa importanti li l-kontinwità ta' l-azzjoni kulturali tal-Komunità tiġi żgurata fl-implimentazzjoni tar-responsabilitajiet tal-Komunità taħt l-Artikolu 151 tat-Trattat. (3) Il-programm Culture 2000 għandu għalhekk jiġi estiż għal sentejn sal-31ta' Diċembru 2006. (4) Ir-Reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja bil-għan tat-tkabbir tipprovdi għal żieda fil-limiti fuq l-intestatura 3 li għandha tiġi rispettata mill-awtorità leġislattiva meta programmi eżistenti jiġu estiżi. (5) Huwa importanti li l-Kummissjoni tipprovdi rapport ta' stima sħiħ u dettaljat fuq il-Programm Culture 2000 sal-31 ta' Diċembru 2005, sabiex tagħmilha possibli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill li jikkunsidraw il-proposta għal programm ta' qafas ġdid għal azzjoni Komunitarja fuq il-kultura, mħabbar għall-2004 u u ppjanat li jidħol fis-seħħ fl-2007, IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, id-data tal-31 ta' Diċembru 2004 hi mibdula bil-31ta' Diċembru 2006; 2. fl-Artikolu 3, l-ewwel paragrafu, l-ammont ta' 167 miljun EUR hu mibdul b'236,5 miljun EUR. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Hija għandha tgħodd mill-1 ta' Jannar 2005. Magħmulha fi Strasburgu, 31ta' Marzu 2004. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President D. Roche [1] ĠU C 23, 27.01.2004, p. 20. [2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2003 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Marzu 2004. [3] ĠU L 63, 10.03.2000, p. 1. --------------------------------------------------