Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0543

Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni tat- 30 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi għas-sena 2004 tqassim definittiv bejn l-Istati membri tar-riżorsi tal-Fondi komunitarji tat-tabakk maħsuba għall-finanzjament ta' l-azzjonijet ikkunsidrati f'Artikli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2182/2002 (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 2411)

ĠU L 240, 10.7.2004, pp. 14–15 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 267M, 12.10.2005, pp. 32–33 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/543/oj

12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

32


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Ġunju 2004

li tistabbilixxi għas-sena 2004 tqassim definittiv bejn l-Istati membri tar-riżorsi tal-Fondi komunitarji tat-tabakk maħsuba għall-finanzjament ta' l-azzjonijet ikkunsidrati f'Artikli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2182/2002

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 2411)

(2004/543/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Konformi mat-trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Konformi mat-regoli (KEE) Nru 2075/92 tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1992 li jdaħħlu organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tat-tabakk mhux maħdum (1), u speċifikament l-Artiklu 14 biss tiegħu,

Billi:

(1)

Artikli 13 u 14 tar-regolament (KE) Nru 2182/2002 tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2002 li jdaħħlu modalitajiet t'applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 tal-Kunsill fejn għandhom x'jaqsmu l-Fondi komunitarji tat-tabakk (2) jipprovdu għal azzjonijiet ta' tqassim mill-ġdid tal-produzzjoni. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu finanzjati mill-Fondi komunitarji tat-tabakk stabbiliti f'Artiklu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92.

(2)

Ir-riżorsi totali disponibbli tal-Fondi komunitarji tat-tabakk għall-2004 żdiedu għal 28,8 miljun Euro, li 50 % minnhom għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet speċifiċi ta' riorganizzazzjoni tal-produtturi tat-tabakk fil-kultivazzjoni jew attivitajiet ekonomiċi oħra li joħolqu mpjieg kif ukoll għal studji fil-qasam.

(3)

Għaldaqstant jaqbel li, b'konformità ma' l-Artiklu 17, paragrafu 4, u l-Artiklu 26 tar-Regolament (KE) Nru 2182/2002, l-ammont disponibbli għas-sena 2004, fuq il-bażi ta' pjanijiet proviżjonali ta' finanzjament ta' l-azzjonijiet marbuta ma' talbiet għal intervent komunikati mill-Istati membri, jitqassam bejn l-Istati Membri konċernati, qabel it-30 ta' Ġunju 2004.

(4)

Il-miżuri previsti fil-preżenti deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-kumitat tat-Tmexxija tat-Tabal.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għas-sena 2004, it-tqassim definittiv bejn l-Istati Membri, tar-riżorsi tal-Fondi Komunitarji maħsuba għall-finanzjament ta' l-azzjonijiet ikkunsidrati f'Artikli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2182/2002, ġie stabbilit fl-appendiċi.

Artikolu 2

L-Istati Membri huma destinatarji tal-preżenti deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, fit-30 ta' Ġunju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 215, tal-30.7.1992, p. 70. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 864/2004 (ĠU L 161, tal-30.4.2004, p. 48).

(2)   ĠU L 331, tal-7.12.2002, p. 16. Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 480/2004 (ĠU L 78, tas-16.3.2004, p. 8).


ANNESS

Tqassim definittiv bejn l-Istati Membri tar-riżorsi tal-Fondi Komunitarji tat-tabakk maħsuba għall-finanzjament ta’ l-azzjonijet ikkunsidrati f Artikli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2182/2002

(F’euro)

 

Tqassim definittiv

Bażi

90 % tal-kwantitajiet tal-kwoti mixtrija mill-ġdid definittivament

10 % tal-garanzija nazzjonali minima

 

Valur

Valur

Il-Belġju

373 222

8 441

Il-Ġermanja

0

48 507

Il-Greċja

183 578

129 938

Spanja

0

177 542

Franza

0

109 443

L-Italja

12 138 520

624 065

L-Awstrija

76 288

587

Il-Portugal

374 206

48 130

Total

13 145 814

1 146 653


Top