Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0267

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Marzu 2004 li temenda d-Deċiżjoni 1999/813/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, dwar l-għażla ta' l-awtorità kompetenti u l-mudell taċ-ċertifkat tas-saħħa (notifikata bid-dokument numru K(2004) 825)Test b'relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 83, 20.3.2004, p. 26–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1664

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/267/oj

    32004D0267



    Official Journal L 083 , 20/03/2004 P. 0026 - 0028


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-17 ta' Marzu 2004

    li temenda d-Deċiżjoni 1999/813/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, dwar l-għażla ta' l-awtorità kompetenti u l-mudell taċ-ċertifkat tas-saħħa

    (notifikata bid-dokument numru K(2004) 825)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/267/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq ta' prodotti tas-sajd ( [1]), u l-aktar l-Artikolu 11(1) tiegħu,

    Billi:

    (1) Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/813/KE ( [2]), "Iċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Ispezzjoni u ta' l-Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-Prodotti tas-Sajd (NAFIQACEN) tal-Ministeru għas-Sajd" huwa meqjus fil-Vjetnam bħala l-awtorità kompetenti biex tivverifika u tiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura mal-kriterji tad-Direttiva 91/493/KEE.

    (2) Wara li kien hemm ristrutturar fit-tmexxija tal-Vjetnam, l-awtorità kompetenti nbidlet f'"Id-Direttorat Nazzjonali ta' l-Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-Prodotti tas-Sajd u Veterinarju (NAFIQAVED)". Din l-awtorità l-ġdida għandha s-setgħa tivverifika b'mod effettiv l-applikazzjoni tar-regoli li hemm fis-seħħ.

    (3) In-NAFIQAVED ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali fuq il-konformità mal-livelli għall-kontrolli u l-monitoraġġ tas-saħħa tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura, kif stabbilit fid-Direttiva 91/493/KEE, kif ukoll fuq il-kisba ta' kriterji ta' iġjene li huma daqsinsew għal dawk stabbiliti f'dik id-Direttiva.

    (4) Id-Deċiżjoni 1999/813/EC għandha, għalhekk, tiġi emendata kif xieraq.

    (5) Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 1999/813/KE qed tiġi emendata kif ġej:

    1. L-Artikolu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "L- Artikolu 1

    'Id-Direttorat Nazzjonali ta' l-Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-Prodotti tas-Sajd u Veterinarju (NAFIQAVED)' għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Vjetnam biex jivverifika u jiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura mal-kriterji tad-Direttiva 91/493/KEE."

    2. Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

    "2. Iċ-ċertifikati għandhom ikollhom l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappreżentant tan-NAFIQAVED, kif ukoll it-timbru uffiċjali tiegħu f'kulur li jkun differenti minn dak tad-dettalji l-oħra li jkunu tniżżlu fiċ-ċertifikat."

    3. L-Anness I jinbidel bit-test li hemm fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun tgħodd mill-4 ta' Mejju 2004.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Marzu 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15, Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

    [2] ĠU L 315, tad-9.12.1999, p. 39, Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/331/KE (ĠU L 114, tat-13.5.2000, p. 39).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    L-ANNESS I

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    "

    --------------------------------------------------

    Top