Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0056

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontinwazzjoni fis-sena 2004 tal-provi komparattivi tal-Komunità u testijiet dwar materjal ta’ propagazzjoni u għaż-żriegħ tal-Prunus domestica taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE mibdija fl-2002

ĠU L 12, 17.1.2004, p. 48–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/56(1)/oj

32004D0056



Official Journal L 012 , 17/01/2004 P. 0048 - 0048
Official Journal L 277 , 26/08/2004 P. 0027 - 0027


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Diċembru 2003

dwar il-kontinwazzjoni fis-sena 2004 tal-provi komparattivi tal-Komunità u testijiet dwar materjal ta’ propagazzjoni u għaż-żriegħ tal-Prunus domestica taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE mibdija fl-2002

(2004/56/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-marketing ta’ materjal ta’ propagazzjoni ta’pjanti tal-frott u pjanti tal-frott, maħsuba għall-produzzjoni tal-frott [1],

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/896/KE tat-12 ta’ Diċembru 2001 li tniżżel l-arranġamenti għal provi komparattivi tal-Komunità dwar materjal ta’ propagazzjoni u taż-żriegħ ta’ pjanti tal-frott taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1) D-Deċiżjoni 2001/896/KE tistipula l-arranġamenti għal provi komparattivi u testijiet li għandhom isiru taħt id-Direttiva 92/34/KEE fir-rigward tal-Prunus domestica mill-2002 sa l-2006.

(2) Billi t-testijiet u l-provi mwettqa matul l-2002 u l-2003 għandhom jitkomplew matul l-2004,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-provi komparattivi u t-testijiet tal-Komunità li bdew fl-2002 dwar materjal ta’ propagazzjoni u taż-żriegħ tal-Prunus domestica għandhom jitkomplew fl-2004 skond id-Deċiżjoni 2001/896/KE.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 10. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, 03.07.03, p. 23).

[2] ĠU L 331, 15.12.01, p. 95.

--------------------------------------------------

Top