This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1992
Council Regulation (EC) No 1992/2003 of 27 October 2003 amending Regulation (EC) No 40/94 on the Community trade mark to give effect to the accession of the European Community to the Protocol relating to the Madrid Agreement concerning the international registration of marks adopted at Madrid on 27 June 1989
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1992/2003 tas-27 ta'Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja biex jagħti effett għall-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll li għandu x'jaqsam mal-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki adottata f'Madrid fis-27 ta' Ġunju 1989
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1992/2003 tas-27 ta'Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja biex jagħti effett għall-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll li għandu x'jaqsam mal-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki adottata f'Madrid fis-27 ta' Ġunju 1989
ĠU L 296, 14.11.2003, p. 1–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 12/04/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0207
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31994R0040 | Emenda | artikolu 140.3 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 146 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 153 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Emenda | artikolu 139.3 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | artikolu 140 DEVIENT artikolu 157 | 01/10/2004 | ||
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 141 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | artikolu 141 DEVIENT artikolu 158 | 01/10/2004 | ||
Modifies | 31994R0040 | artikolu 142 DEVIENT artikolu 159 | 01/10/2004 | ||
Modifies | 31994R0040 | artikolu 143 DEVIENT artikolu 160 | 01/10/2004 | ||
Modifies | 31994R0040 | titolu 13 DEVIENT titolu 14 | 01/10/2004 | ||
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 140 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 143 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 145 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 151 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 144 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 142 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | titolu 13 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 147 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 148 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 152 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 155 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Emenda | artikolu 26.3 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Emenda | artikolu 8.2 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 156 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 150 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 149 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Żieda | artikolu 154 | 01/10/2004 | |
Modifies | 31994R0040 | Sostituzzjoni | artikolu 134.3 | 01/10/2004 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32009R0207 |
Official Journal L 296 , 14/11/2003 P. 0001 - 0005
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1992/2003 tas-27 ta'Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja biex jagħti effett għall-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll li għandu x'jaqsam mal-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki adottata f'Madrid fis-27 ta' Ġunju 1989 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 308 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3], Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 40/94 [4] (ir-Regolament dwar it-trademark Komunitarja), li hu bbażat fuq l-Artikolu 308 tat-Trattat, huwa maħsub biex joħloq suq li jaħdem kif suppost u li joffri kondizzjonijiet li huma simili għal dawk eżistenti f'suq nazzjonali. Sabiex jinħoloq suq ta' dan it-tip, u jiġi magħmul aktar suq wieħed, l-imsemmi Regolament ħoloq is-sistema tat-trademark Komunitarja li permezz tagħha impriżi jistgħu, permezz ta' sistema proċedurali waħda, jiksbu trademarks Komunitarji li tingħatalhom protezzjoni uniformi u li jipproduċu l-effetti tagħhom f'kull parti ta' l-erja kollha tal-Komunità Ewropea. (2) Il-Konferenza Diplomatika għall-iffinalizzar ta' Protokoll li għandu x'jaqsam mal-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki adottat il-Protokoll li għandu x'jaqsam mal-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ il-Protokoll ta' Madrid) fis-27 ta' Ġunju 1989, f'Madrid. (3) Il-Protokoll ta' Madrid kien adottat sabiex jintroduċi ċerti karatteristiċi ġodda fis-sistema ta' reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki eżistenti taħt il-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki ta' l-14 t'April 1891 kif emendat (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ il-Ftehim ta' Madrid) [5]. (4) Kif imqabbel mal-Ftehim ta' Madrid, il-Protokoll ta' Madrid introduċa, fl-Artikolu 14 tiegħu, bħala waħda mill-innovazzjonijiet ewlenin il-possibbiltà li organizzazzjoni intergovernamentali li għandha uffiċċju reġjonali sabiex tirreġistra marki b'effett fit-territorju ta' l-organizzazzjoni tista' ssir parti għall-Protokoll ta' Madrid. (5) Il-Protokoll ta' Madrid daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1995 u sar operazzjonali fl-1 ta' April 1996 u s-sistema tat-trademark Komunitarja ukoll saret operazzjonali f'din l-aħħar data. (6) Is-sistema tat-trademark Komunitarja u s-sistema ta' reġistrazzjoni internazzjonali kif stabbilita mill-Protokoll ta' Madrid huma komplimentarji. Għalhekk, sabiex tingħata l-possibbiltà lil ditti li jibbenefikaw mill-vantaġġi tat-trademark Komunitarja permezz tal-Protokoll ta' Madrid u viċe versa, huwa neċessarju li applikanti għat-trademark Komunitarja u d-detenturi ta' dawn it-trademarks jitħallew japplikaw għal protezzjoni internazzjonali tat-trademarks tagħhom permezz tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni internazzjonali taħt il-Protokoll ta' Madrid u, bil-maqlub, detenturi ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali taħt il-Protokoll ta' Madrid jitħallew japplikaw għal protezzjoni tat-trademarks tagħhom taħt is-sistema tat-trademark Komunitarja. (7) Barra minnhekk, it-twaqqif ta' konnessjoni bejn is-sistema tat-trademark Komunitarja u s-sistema ta' reġistrazzjoni internazzjonali taħt il-Protokoll ta' Madrid tgħin żvilupp armonjuż ta' attivitajiet ekonomiċi, telimina distorsjonijiet fil-kompetizzjoni, tkun effettiva fl-infiq u żżid il-livell ta' integrazzjoni u funzjonament tas-suq intern. Għalhekk, l-adeżjoni tal-Komunità għall-Protokoll ta' Madrid hija neċessarja sabiex is-sistema tat-trademark Komunitarja ssir aktar attraenti. (8) Għar-raġunijiet hawn fuq imsemmija, il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni [6], approva l-Protokoll ta' Madrid u awtorizza lill-President tal-Kunsill biex jiddepożita l-istrument ta' adeżjoni mad-Direttur-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali (WIPO) mid-data li fiha l-Kunsill adotta l-miżuri li huma neċessarji biex jagħtu effett lill-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll ta' Madrid. Dan ir-Regolament fih dawn il-miżuri. (9) Dawn il-miżuri għandhom ikunu inkorporati fir-Regolament dwar it-trademark Komunitarja permezz ta' l-inklużjoni ta' titolu ġdid dwar "Ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki". Għal din ir-raġuni, l-bażi legali ta' din il-proposta għandha tkun l-istess bħall-bażi legali tar-Regolament dwar it-trademark Komunitarja, i.e. l-Artikolu 308 tat-Trattat. (10) Barra minn hekk, huwa neċessarju li jkunu previsti regoli li japplikaw għall-ippreżentar ta' applikazzjoni internazzjonali fil-Bureau Internazzjonali tal-WIPO permezz ta' l-intermedjarju ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinji) (l-Uffiċċju). (11) Fejn applikazzjoni internazzjonali tiġi ppreżentata, fuq il-bażi ta' applikazzjoni għal trademark Komunitarja, f'lingwa li mhix waħda mil-lingwi permessi taħt il-Protokoll ta' Madrid għall-ippreżentar ta' applikazzjonijiet internazzjonali, l-Uffiċċju għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jirranġa għat-traduzzjoni tal-lista ta' merkanzija jew servizzi fil-lingwa indikata mill-applikant sabiex l-applikazzjoni tkun mgħoddija lill-Bureau Internazzjonali fil-ħin biex tinżamm id-data ta' prijorità. (12) M'hemm xejn fil-Protokoll ta' Madrid jew fir-Regolamenti adottati taħt il-Protokoll ta' Madrid li jkun jista' jistabbilixxi r-reġim tal-lingwa li għandu jkun applikat mill-Uffiċċju meta jipproċessa applikazzjoni internazzjonali jew reġistrazzjoni internazzjonali. (13) Finalment, ir-regoli u l-proċeduri li għandhom x'jaqsmu mar-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għandhom, fil-prinċipju, jkunu l-istess regoli u proċeduri li japplikaw għall-applikazzjonijiet għal trademark Komunitarja u l-protezzjoni ta' trademarks Komunitarji. Skond dan il-prinċipju, reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill-Komunità Ewropea għandhom ikunu soġġetti għal eżaminazzjoni dwar raġunijiet assoluti għal ċaħda, tfittxijiet fir-Reġistru tat-trademarks Komunitarji u r-reġistri tat-trademarks ta' dawk l-Istati Membri li infurmaw lill-Uffiċċju bid-deċiżjoni tagħhom li jħaddmu tfittxija ta' din ix-xorta u għandhom ikunu soġġetti għal opposizzjoni bl-istess mod bħala trademarks Komunitarji ppubblikati. Bl-istess mod reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill-Komunità Ewropea għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli dwar l-użu u l-invalidazzjoni bħat-trademarks Komunitarji. Aktar minn hekk, in-nomina tal-Komunità Ewropea permezz ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali jistgħu jinqalbu f'applikazzjonijiet nazzjonali għal trademarks jew fin-nomina ta' Stati Membri li huma parti għall-Protokoll ta' Madrid jew għall-Ftehim ta' Madrid fejn in-nomina tal-Komunità Ewropea permezz ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali ta' din ix-xorta hija miċħuda jew tieqaf milli jkollha effett, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 40/94 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej: 1. Is-sub-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma' l-Artikolu 8(2)(a): "(iv) trademarks reġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fil-Komunità; '" 2. L-Artikolu 134(3) għandu jinbidel b'li ġej: "3. Introjtu għandu jikkomprendi, mingħajr preġudizzju għal tipi oħrajn ta' dħul, miżati totali pagabbli taħt ir-regolamenti dwar il-miżati, miżati totali pagabbli taħt il-Protokoll ta' Madrid msemmija fl-Artikolu 140 għal reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea u pagamenti oħra magħmulha lill-Partijiet Kontraenti għall-Protokoll ta' Madrid, u, sa dak il-punt meħtieġ, sussidju mdaħħal f'intestatura speċifika tal-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, taqsima Kummissjoni." 3. It-Titolu li ġej għandu jiddaħħal wara t-Titolu XII: "TITOLU XIII REĠISTRAZZJONI INTERNAZZJONALI TA' MARKI TAQSIMA I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 140 L-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet Ħlief jekk xort'oħra speċifikat f'dan it-Titolu, dan ir-Regolament u kull regolamenti li jimplimentaw dan ir-Regolament adottati skond l-Artikolu 158 għandhom jgħoddu għal applikazzjonijiet għal reġistrazzjonijiet internazzjonali taħt il-Protokoll li għandu x'jaqsam mal-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki, adottat f'Madrid fis-27 ta' Ġunju 1989 (hawn hekk aktar 'il quddiem imsejħin bħala "applikazzjonijiet internazzjonali" u "l-Protokoll ta' Madrid" rispettivament), ibbażati fuq applikazzjoni għal trademark Komunitarja jew fuq trademark Komunitarja u għal reġistrazzjonijiet ta' marki fir-reġistri internazzjonali miżmuma mill-Bureau Internazzjonali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà (hawnhekk aktar 'il quddiem imsejħa "reġistrazzjonijiet internazzjonali" u "l-Bureau Internazzjonali", rispettivament) li jinnominaw il-Komunità Ewropea. TAQSIMA 2 REĠISTRAZZJONI INTERNAZZJONALI FUQ IL-BAŻI TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL TRADEMARK KOMUNITARJA U TA' TRADEMARKS KOMUNITARJI Artikolu 141 Preżentazzjoni ta' applikazzjoni internazzjonali 1. Applikazzjonijiet internazzjonali skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Madrid ibbażati fuq applikazzjoni għal trademark Komunitarja jew fuq trademark Komunitarja għandhom ikunu preżentati fl-Uffiċċju. 2. Fejn applikazzjoni internazzjonali tkun ippreżentata qabel ma l-marka li fuqha r-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun ibbażata tkun ġiet reġistrata bħala trademark Komunitarja, l-applikant għar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jindika jekk ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandhiex tkun ibbażata fuq applikazzjoni għal jew reġistrazzjoni ta' trademark Komunitarja. Fejn ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun ibbażata fuq trademark Komunitarja ladarba tkun reġistrata, l-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun meqjusa li ġiet riċevuta fl-Uffiċċju fid-data tar-reġistrazzjoni tat-trademark Komunitarja. Artikolu 142 Forma u kontenuti ta' l-applikazzjoni internazzjonali 1. L-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun ippreżentata f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità Ewropea, billi tintuża formola provduta mill-Uffiċċju. Ħlief jekk speċifikat xort'oħra mill-applikant fuq dik il-formola meta jippreżenta l-applikazzjoni internazzjonali, l-Uffiċċju għandu jikkorrispondi ma' l-applikant fil-lingwa tal-preżentazzjoni f'formola standard. 2. Jekk l-applikazzjoni internazzjonali tiġi preżentata f'lingwa li mhix waħda mil-lingwi permessi taħt il-Protokoll ta' Madrid, l-applikant għandu jindika lingwa oħra minn fost dawk il-lingwi. Din għandha tkun il-lingwa li fiha l-Uffiċċju jissottometti l-applikazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali. 3. Fejn l-applikazzjoni internazzjonali tiġi preżentata f'lingwa li mhix waħda mil-lingwi permessi taħt il-Protokoll ta' Madrid għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet internazzjonali, l-applikant jista' jipprovdi traduzzjoni tal-lista ta' merkanzija jew servizzi fil-lingwa li fiha l-applikazzjoni internazzjonali tkun se tiġi sottomessa lill-Bureau Internazzjonali skond il-paragrafu 2. 4. L-Uffiċċju għandu jibgħat l-applikazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali malajr kemm jista' jkun. 5. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni internazzjonali għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta' miżata lill-Uffiċċju. Fil-każijiet imsemmija fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 141(2), il-miżata għandha tkun dovuta fid-data ta' reġistrazzjoni tat-trademark Komunitarja. L-applikazzjoni għandha tkun meqjusa li ma ġietx ippreżentata sakemm il-miżata meħtieġa tkun ġiet imħallsa. 6. L-applikazzjoni interazzjonali għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament li jimplimenta msemmi fl-Artikolu 157. Artikolu 143 Irrekordjar fil-fajls u fir-Reġistru 1. Id-data u n-numru ta' reġistrazzjoni internazzjonali bażata fuq applikazzjoni għal trademark Komunitarja, għandhom ikunu rekordjati fil-fajls ta' dik l-applikazzjoni. Meta l-applikazzjoni tirriżulta fi trademark Komunitarja, id-data u n-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandhom jiddaħhlu fir-reġistru. 2. Id-data u n-numru ta' reġistrazzjoni internazzjonali bażata fuq trademark Komunitarja għandhom jiddaħhlu fir-Reġistru. Artikolu 144 Talba għal estensjoni territorjali sussegwenti għar-reġistrazzjoni internazzjonali Talba għal estensjoni territorjali magħmulha sussegwentament għar-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3ter(2) tal-Protokoll ta' Madrid tista' tiġi preżentata permezz ta' l-intermedjarju ta' l-Uffiċċju. It-talba għandha tkun ippreżentata fil-lingwa li fiha l-applikazzjoni internazzjonali kienet ippreżentata skond l-artikolu 142. Artikolu 145 Miżati internazzjonali Kull miżati pagabbli lill-Bureau Internazzjonali taħt il-Protokoll ta' Madrid għandhom jitħallsu dirett lill-Bureau Internazzjonali. TAQSIMA 3 REĠISTRAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI LI JINNOMINAW LILL-KOMUNITÀ EWROPEA Artikolu 146 Effetti ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill-Komunità Ewropea 1. Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għandha, mid-data tar-reġistrazzjoni tagħha skond l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew mid-data tan-nomina sussegwenti tal-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 3ter(2) tal-Protokoll ta' Madrid, ikollha l-istess effett bħal applikazzjoni għal trademark Komunitarja. 2. Jekk l-ebda ċaħda ma ġiet innotifikata skond l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid jew jekk xi ċaħda ta' din ix-xorta ġiet irtirata, ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marka li tinnomina lill-Komunità Ewropea għandha, mid-data msemmija fil-paragrafu 1, ikollha l-istess effett bħar-reġistrazzjoni ta' marka bħala trademark Komunitarja. 3. Għall-għanijiet li jkun applikat l-Artikolu 9(3), pubblikazzjoni tad-dettalji tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 147(1) għandha tieħu post il-pubblikazzjoni ta' l-applikazzjoni għal trademark Komunitarja, u pubblikazzjoni skond l-Artikolu 147(2) għandha tieħu post il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' trademark Komunitarja. Artikolu 147 Pubblikazzjoni 1. L-Uffiċċju għandu jippubblika d-data ta' reġistrazzjoni ta' marka li tinnomina lill-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data tan-nomina sussegwenti tal-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 3ter(2) tal-Protokoll ta' Madrid, il-lingwa tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni internazzjonali u t-tieni lingwa indikata mill-applikant, in-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali u d-data ta' pubblikazzjoni ta' dik ir-reġistrazzjoni fil-Gazzetta ppublikata mill-Bureau Internazzjonali, riproduzzjoni tal-marka u n-numru tal-klassijiet tal-merkanzija jew servizzi li fir-rigward tagħhom protezzjoni hija mitluba. 2. Jekk l-ebda ċaħda ta' protezzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea ma ġiet notifikata skond l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid jew jekk xi ċaħda ta' din ix-xorta ġiet irtirata, l-Uffiċċju għandu jippubblika dan il-fatt, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali u, fejn applikabbli, d-data ta' pubblikazzjoni ta' dik ir-reġistrazzjoni fil-Gazzetta pubblikata mill-Bureau Internazzjonali. Artikolu 148 Anzjanità 1. L-applikant għal reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea jista' jitlob bħala tiegħu, fl-applikazzjoni internazzjonali, l-anzjanità ta' trademark preċedenti reġistrat fi Stat Membru, inkluż trademark reġistrat fil-pajjiżi tal-Benelux, jew reġistrat taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 34. 2. Id-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea jista', mid-data tal-publikazzjoni ta' l-effetti ta' dik ir-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 147(2), jitlob bħala tiegħu fl-Uffiċċju l-anzjanità ta' trademark preċedenti reġistrat fi Stat Membru, inkluż trademark irreġistrat fil-pajjiżi tal-Benelux, jew irreġistrat taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 35. L-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-Bureau Internazzjonali skond dan. Artikolu 149 Eżaminazzjoni għal raġunijiet assoluti għal ċaħda 1. Reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill-Komunità Ewropea għandhom ikunu soġġetti għal eżaminazzjoni għal raġunijiet assoluti għal ċaħda fl-istess mod bħal applikazzjonijiet għal trademarks Komunitarji. 2. Protezzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali m'għandhiex tiġi miċħuda qabel ma d-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jkun ingħata l-opportunità li jirrinunzja jew jillimita l-protezzjoni fir-rigward tal-Komunità Ewropea jew li jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu. 3. Ċaħda ta' protezzjoni għandha tieħu post ċaħda ta' l-applikazzjoni għal trademark Komunitarja. 4. Fejn il-protezzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali hija miċħuda minn deċiżjoni taħt dan l-Artikolu li saret finali jew fejn id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali rinunzja l-protezzjoni fir-rigward tal-Komunità Ewropea skond il-paragrafu 2, l-Uffiċċju għandu jirrifondi lid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali parti mill-miżata individwali li għandu jiġi stabbilit fir-Regolament li jimplimenta. Artikolu 150 Tfittxija 1. Ladarba l-Uffiċċju jkun rċieva notifikazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea, għandu jikteb rapport ta' tfittxija tal-Komunità kif previst fl-Artikolu 39(1). 2. Hekk kif l-Uffiċċju jkun irċieva notifikazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea, l-Ufficċju għandu jittrasmetti kopja tagħha lill-ufficċju ċentrali għall-proprjetà industrijali ta' kull Stat Membru li jkun informa lill-Uffiċċju bid-deċiżjoni tiegħu li jagħmel tfittxija fir-reġistru tiegħu tat-trademarks kif previst fl-Artikolu 39(2). 3. L-Artikolu 39(3), (4) u (5) għandu japplika mutatis mutandis. 4. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarji ta' xi trademarks Komunitarji jew ta' applikazzjonijiet għal trademarks Komunitarji preċedenti ċitati fir-rapport tat-tfittxija bil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l-Komunità Ewropea kif previst fl-Artikolu 147(1). Artikolu 151 Opposizzjoni 1. Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għandha tkun soġġetta għal opposizzjoni bl-istess mod bħal applikazzjonijiet ippubblikati għal trademark Komunitarja. 2. Avviż ta' opposizzjoni għandu jkun ippreżentat fi żmien perjodu ta' tliet xhur li għandu jibda sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni skond l-Artikolu 147(1). L-opposizzjoni m'għandhiex tkun trattata bħala debitament imdaħħla sakemm il-miżata ta' l-opposizzjoni tkun ġiet imħallsa. 3. Ċaħda ta' protezzjoni għandha tieħu post ċaħda ta' applikazzjoni għal trademark Komunitarja. 4. Fejn protezzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali hija miċħuda b'deċiżjoni taħt dan l-Artikolu li saret finali jew fejn id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali rrinunzja għall-protezzjoni fir-rigward tal-Komunità Ewropea qabel deċiżjoni taħt dan l-Artikolu li tkun saret finali, l-Uffiċċju għandu jirrifondi lid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali parti mill-miżata individwali li għandu jkun stabbilit fir-Regolament li jimplimenta. Artikolu 152 Tibdil ta' trademark Komunitarja ma' reġistrazzjoni internazzjonali L-Uffiċċju għandu, fuq talba, idaħħal avviż fir-Reġistru li trademark Komunitarja hija meqjusa li ġiet mibdula minn reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 4bis tal-Protokoll ta' Madrid. Artikolu 153 Invalidazzjoni ta' l-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali 1. L-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea tista' tiġi dikjarata invalida. 2. L-applikazzjoni għall-invalidazzjoni ta' l-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għandha tieħu post l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' revoka kif previst fl-Artikolu 50 jew għal invalidazzjoni kif previst fl-Artikolu 51 jew fl-Artikolu 52. Artikolu 154 Konverżjoni ta' nomina tal-Komunità Ewropea permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali f'applikazzjoni għal trademark nazzjonali jew f'nomina ta' Stati Membri 1. Fejn nomina tal-Komunità Ewropea permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali ġiet miċħuda jew tieqaf milli jkollha effett, id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jista' jitlob il-konverżjoni tan-nomina tal-Komunità Ewropea: (a) f'applikazzjoni għal trademark nazzjonali skond l-Artikoli 108 sa 110 jew (b) f'nomina ta' Stat Membru li huwa parti għall-Protokoll ta' Madrid jew għall-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki, adottat f'Madrid fl-14 t'April 1891, kif rivedut u emendat (hawnhekk aktar 'il quddiem msejjaħ il-Ftehim ta' Madrid), iżda li fid-data meta l-konverżjoni kienet mitluba kien possibbli li jkun nominat dak l-Istat Membru direttament taħt il-Protokoll ta' Madrid jew il-Ftehim ta' Madrid. L-Artikoli 108 sa 110 għandhom jgħoddu. 2. L-applikazzjoni għal trademark nazzjonali jew in-nomina ta' Stat Membru li huwa parti għall-Protokoll ta' Madrid jew għall-Ftehim ta' Madrid li tirriżulta mil-konverżjoni tan-nomina tal-Komunità Ewropea permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali għandu jgawdi, fir-rigward ta' l-Istat Membru konċernat, id-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data ta' l-estenzjoni għall-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 3ter(2) tal-Protokoll ta' Madrid jekk din ta' l-aħħar kienet magħmulha sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali, jew id-data ta' prijorità ta' dik ir-reġistrazzjoni u, fejn approprjat, l-anzjanità ta' trademark ta' dak l-Istat mitlub taħt l-Artikolu 148. 3. It-talba għall-konverżjoni għandha tkun ippubblikata. Artikolu 155 L-użu tal-marka soġġett għal reġistrazzjoni internazzjonali Għall-għanijiet li jkunu applikati l-Artikolu 15(1), l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 50(1)(a) u l-Artikolu 56(2), id-data tal-publikazzjoni skond l-Artikolu147(2) għandha tieħu l-post tad-data tar-reġistrazzjoni għall-għan li tkun stabbilita d-data li minnha l-marka li hija s-suġġett ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għandha titqiegħed għal użu ġenwin fil-Komunità. Artikolu 156 Trasformazzjoni 1. Bla ħsara għall-paragrafu 2, id-disposizzjonijiet applikabbli għal applikazzjonijiet għal trademark Komunitarja għandhom japplikaw mutatis mutandis għal applikazzjonijiet għal trasformazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali f'applikazzjoni għal trademark Komunitarja bi qbil ma' l-Artikolu 9quinquies tal-Protokoll ta' Madrid. 2. Meta l-applikazzjoni għat-trasformazzjoni tirrigwarda reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea li d-dettalji tagħha ġew ippubblikati skond l-Artikolu 147(2), l-Artikoli 38 sa 43 m'għandhomx japplikaw." 4. It-Titolu XIII isir it-Titolu XIV. 5. L-Artikoli 140, 141, 142 u 143 għandhom ikunu rinumerati kif ġej: L-Artikolu 140 isir l-Artikolu 157 L-Artikolu 141 isir l-Artikolu 158 L-Artikolu 142 isir l-Artikolu 159 L-Artikolu 143 isir l-Artikolu 160. 6. Ir-referenza għall-Artikolu 140 fl-Artikolu 26(3) għandha tkun mibdula b'referenza għall-Artikolu 157. 7. Ir-referenza għall-Artikolu 141 fl-Artikolu 139(3) u fl-Artikolu 140(3) għandha tkun mibdula b'referenza għall-Artikolu 158. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Protokoll ta' Madrid jidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Komunità Ewropea. Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fis-27 ta' Ottubru 2003. Għall-Kunsill Il-President A. Matteoli [1] ĠU C 300, ta' l-10.10.1996, pġ. 11. [2] ĠU C 127, tat-2.6.1997, pġ. 251. [3] ĠU C 89, tad-19.3.1997, pġ. 14. [4] ĠU L 11, ta' l-14.1.1994, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1653/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, pġ. 36). [5] Il-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki kif rivedut l-aħħar fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967 u kif l-aħħar emendat fit-2 ta' Ottubru 1979. [6] Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll li għandu x'jaqsam mal-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki, adottat f'Madrid fis-27 ta' Ġunju, 1989 (ĠU C 293, tal-5.10.1996, pġ. 11). --------------------------------------------------