Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1943

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1943/2003 tat-3 ta’ Novembru 2003 li jistabbilixi r-regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward l-għajnuna lill-gruppi tal-produtturi li huma konċessi l-għarfien preliminari

    ĠU L 286, 4.11.2003, p. 5–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Imħassar b' 32007R1580

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1943/oj

    32003R1943



    Official Journal L 286 , 04/11/2003 P. 0005 - 0009


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1943/2003

    tat-3 ta’ Novembru 2003

    li jistabbilixi r-regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward l-għajnuna lill-gruppi tal-produtturi li huma konċessi l-għarfien preliminari

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2206/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,

    Billi:

    (1) Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba dawn l-aħħar snin, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 20/98 tas-7 ta’ Jannar 1998 li jistabbilixxi r-regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward il-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li huma konċessi għarfien preliminari [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 983/2000 [4]. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, dan ir-Regolament għandu jiġi mibdul b’Regolament ġdid.

    (2) B’konsegwenza ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 20/98 għandu jiġi mħassar.

    (3) L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jiddikjara illi l-gruppi l-ġodda tal-produtturi jistgħu jingħataw il-permess għal pejrodu transitorju taż-żmien li ma jaqbiżx il-ħames snin li fih jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-għarfien stabbiliti fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Rgolamnt. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2003 [5] jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-konċessjoni tal-għarfien preliminari lill-gruppi tal-produtturi.

    (4) Sabiex tiġi mħeġġa l-formazzjoni tal-gruppi tal-produtturi, l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jiddikjara wkoll illi l-Istati Membri jistgħu jikkonċedu żewġ għamliet ta’ għajnuna lill-gruppi tal-produtturi konċessi l-għarfien preliminari fil-ħames snin wara dan il-għarfien preliminari, waħda biex tkopri l-ispejjeż tal-formazzjoni u l-operat amministrattiv tagħhom u waħda biex tkopri parti mill-investimenti meħtieġa sabiex jinkiseb il-għarfien u ddikjarata fil-pjani tagħhom tal-għarfien.

    (5) Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-għajnuna biex tkopri l-ispejjeż tal-formazzjoni u l-operat amministrattiv, din il-għajnuna għandha tiġi konċessa f’rata uniformi. Din ir-rata uniformi għandha tkun bla ħsara għal saqaf sabiex tikkonforma mal-kostrizzjonijiet ta’ l-estimi finanzjarji. Barra minn hekk, sabiex jitqiesu l-ħtiġiet finanzjarji li jiddifferenzaw minn xulxin tal-gruppi tal-produtturi ta’ daqsijiet differenti, dan is-saqaf għandu jiġi aġġustat f’linja mal-produzzjoni li tista’ titqiegħed fis-suq tal-gruppi tal-produtturi.

    (6) Sabiex jiġi ggarantit trattament indaqs bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi imsemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-gruppi tal-produtturi imsemmija fl-Artikolu 14 ta’ l-istess Regolament, il-għajnuna riferita fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-frottijiet u l-ħxejjex ta’ l-ikel ipproċessati [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 453/2002 [7] u fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru2202/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jintroduċi skema Komunitarja ta’ għajnuna lill-produtturi ta’ ċertu frottijiet taċ-ċitru [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament 2699/2000 [9], għandha tiġi miżjuda mal-valur approprjat tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq. Kif ipprovvdut fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1433/2003 tal-11 ta’ Awussu 2003 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru2200/96 rigward il-fondi operattivi, il-progrmmi operattivi u l-assistenza finanzjarja [10].

    (7) Id-diżastri naturali jistgħu jikkawżaw waqgħa qawwija fil-produzzjoni mqiegħda fis-suq f’sena mogħtija. F’dawn il-każijiet, sabiex jiġi evitat dan it-tnaqqis drastiku fil-għajnuna Komunitarja lill-gruppi tal-produtturi konċessi l-għarfien preliminari billi dan jista’ jipperikola l-operat tagħha, għandu jkun hemm limitu fuq it-tnaqqis fil-produzzjoni mqiegħda fis-suq meqjus għall-għanijiet tal-kalkolu tal-għajnuna. Dan il-limitu għandu jiġi stabbilit b’riferiment għall-ġabra tal-wiċċ tar-raba u l-prezzijiet medji miksuba mill-gruppi tal-produtturi konċessi l-għarfien preliminari jew mill-membri tagħhom fit-tliet snin ta’ qabel is-sena tad-diżastru, u għandu jiġi ffissat sabiex jitqiesu l-oxxillazzjonijiet normali tal-produzzjoni minħabba l-kondizzjonijiet tat-temp.

    (8) Sabiex jiġi żgurat illi l-għajnuna pprovvduta f’dan ir-Regolament tiġi applikata kif jixraq, l-Istati Membri fil-kwistjoni għandhom jiċċekkjaw illi l-konċessjoni tal-għajnuna tkun iġġustifikata kif mistħoqq, filwaqt li titqies kull konċesjoni ta’ qabel sabiex jitvaraw il-gruppi tal-produtturi u kull moviment tal-produtturi bejn il-gruppi tal-produtturi u/jew l-organizzazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll illi ma jiġix konċess finanzjament idduplikat Komunitarju jew nazzjonali għall-miżuri li jikkwalifikaw għall-finanzjament Komunitarju skond dan ir-Regolament.

    (9) Fl-eventwalità ta’ l-inkorporazzjonijiet, għandha tingħata l-posibbiltà li tiġi konċessa l-għajnuna lill-gruppi tal-produtturi li tirriżulta mill-inkoporazzjoni, sabiex jitqiesu l-ħtiġiet finanzjarji tal-gruppi l-ġodda tal-produtturi u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ l-iskema tal-għajnuna.

    (10) Il-għajnuna pprovvduta f’dan ir-Regolament ma għandhiex tissokta ġaladarba l-grupp tal-produtturi jiġi magħruf mill-Istat Membru. Madankollu, sabiex jitqies il-finanzjament fuq ħafna snin ta’ l-investimenti, dawk li jikkwalifikaw għall-għajnuna fuq l-investiment skond dan ir-Regolament jistgħu jitgħaddew lill-programmi operattivi imsemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

    (11) L-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jipprovdi skema speċjali għall-Portugall. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw il-konformità ma’ din l-iskema speċjali. Id-dispożizzjonijiet li jiffissaw il-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq fil-każ ta’ diżastru nazzjonali għandhom japplikaw ukoll għall-Portugall.

    (12) Għandhom jiġu stabbiliti kontrolli stretti, flimkien ma’ sanzjonijiet deterrenti fl-eventwalità ta’ kontravenzjoni, mogħti l-livell għoli tar-responsabbiltà u ta’ l-inizjattiva kkonferiti fuq il-gruppi tal-produtturi. Fl-interess tas-simplifikazzjoni u r-razzjonalità, dawn is-sanzjonijiet għandhom jiġu applikati kif ipprovvdut fir-Regolament (KE) Nru 1433/2003.

    (13) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Frott Frisk u l-Ħxejjex ta’ l-Ikel,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artiklu 1

    Il-Kamp ta’ Applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-konċessjoni tal-għajnuna kif ipprovvdut fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 lill-gruppi tal-produtturi konċessi għarfien preliminari.

    Artiklu 2

    Id-Definizzjonijiet

    1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, "produzzjoni mqiegħda fis-suq" tfisser il-produzzjoni tal-membri ta’ grupp tal-produtturi fil-kategorija li għaliha jiġi konċess għarfien preliminari:

    (i) ikkunsinnata lill-grupp tal-produtturi u attwalment mibjugħa friska jew ipproċessata permezz tal-grupp;

    (ii) mibjugħa, fuq il-kondizzjonijiet tat-tieni u t-tielet inċiżi tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1)(ċ)(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 bl-awtorizzazzjoni tal-grupp.

    Il-produzzjoni għandha tinkludi l-ammont tal-għajnuna kif ipprovvdut fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 irċevuta mill-gruppi tal-produtturi għall-istess perjodu taż-żmien ta’ sena jew ta’ nofs sena riferit fl-Artikolu 3.

    Il-produzzjoni mqiegħda fis-suq ma għandhiex tinkludi l-produzzjoni tal-membri ta’ organizzazzjonijiet jew gruppi oħra ta’ produtturi mqiegħda fis-suq permezz tal-grupp fil-kwistjoni skond it-tieni u t-tielet inċiżi tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1)(ċ)(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

    2. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, "valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq" ifisser il-valur tal-pruduzzjoni mqiegħda fis-suq fl-istadju ta’ "kif toħroġ minn għand il-grupp tal-podutturi" jew, meta approprjat, bħala "prodott imgeżwer jew imħejji mhux ipproċessat".

    3. Fl-eventwalità ta’ diżastru nazzjonali magħruf mill-awtoritajiet kompetenti, il-produzzjoni mqiegħda fis-suq għandha titqies li tkun mill-inqas 70 % tal-valur medju teoretiku egwali għaż-żona li tappartjieni għall-grupp tal-produtturi konċess il-għarfien preliminari u miżrugħa bil-prodott fil-kwistjoni matul is-sena tad-diżastru naturali, immoltiplikat bil-ġabra medja tal-wiċċ u l-prezz medju miksub.

    - mill-grupp tal-produtturi jew mill-membri tiegħu għall-prodott fil-kwistjoni matul it-tliet snin ta’ qabel id-diżastru naturali, jew

    - meta l-Istat Membru hekk jiddeċiedi, fl-istess reġjun ta’ produzzjoni matul it-tliet snin ta’ qabel id-diżastru.

    Artiklu 3

    Il-finanzjament tal-pjani tal-għarfien

    1. Il-għajnuna pprovvduta fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandha tiġi konċessa għall-ispejjeż dwar kif jiġi stabbilit u mmexxi l-grupp tal-produtturi, b’rata uniformi.

    2. Il-għajnuna riferita fil-paragrafu 1 għandha tiġi stabbilita għal kull grupp ta’ produtturi fuq il-bażi tal-valur tal-produzzjoni tagħha mqiegħda fis-suq u għandha:

    (a) għall-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames sena tammonta għal 5 %, 5 %, 4 %, 3 % u 2 % rispettivament tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq sa massimu ta’ EUR 1000000;

    (b) għall-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames sena tammonta għal 2,5 %, 2,5 %, 2,0 %, 1,5 % u 1,5 % rispettivament tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq li taqbeż il-EUR 1000000;

    (ċ) tkun bla ħsara għal saqaf għal kull grupp ta’ produtturi ta:

    - EUR 100000 għall-ewwel sena,

    - EUR 100000 għat-tieni sena,

    - EUR 80000 għat-tielet sena,

    - EUR 60000 għar-raba’ sena,

    - EUR 50000 għall-ħames sena;

    (d) iridu jitħallsu

    - bi ħlasijiet akkont kull sena jew kull semestru fit-tmiem ta’ kull perjodu taż-żmien ta’ kull sena jew ta’ kull semestru sabiex jiġi implimentat il-pjan tal-għarfien, jew

    - bi ħlasijiet akkont li jkopru parti minn perjodu taż-żmien ta’ kull sena jekk il-għarfien jiġri skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 qabel it-tmiem ta’ perjodu taż-żmien ta’ kull sena.

    Sabiex jiġu kkalkolati l-ħlasijiet akkont imsemmija fl-ewwel inċiż tas-subparagrafu (d), l-Istati Membri jistgħu jużaw bħala bażi il-produzzjoni mqiegħda fis-suq li tikkorispondi ma’ perjodu ieħor taż-żmien għajr dak li rigward tiegħu jitħallas il-ħlas akkont, meta l-kontrolli hekk jeħtieġu. Il-perjodu taż-żmien li fih il-perjodu taż-żmien użat jonqos milli jikkoinċidi mal-perjodu attwali taż-żmien interessat irid ikun inqas mit-tul tal-perjodu attwali taż-żmien.

    Artiklu 4

    Is-Self Speċjali

    1. Il-għajnuna pprovduta fl-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandha tiġi konċessa, direttament jew permezz ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, fil-għamla ta’ self speċjali li jkopri l-ispiża fuq l-investimenti marbuta ma’ l-implimentazzjoni tal-miżuri fil-pjani tal-għarfien, kif deskritt fl-Artikolu 16 tar-Regolament 1432/2003.

    Għandhom jiġu esklużi l-investimenti bil-possibbiltà li jgħawġu l-kompetizzjoni fejn jirrigwarda l-attivitajiet l-oħra ekonomiċi ta’ l-organizzazzjoni.

    2. L-investimenti għall-benefiċċju dirett jew indirett ta’ dawn l-attivitjiet għandhom ikunu ffinanzjati pro rata skond l-użu tagħhom għas-setturi jew il-prodotti li għalihom jiġi konċess il-għarfien preliminari.

    Artiklu 5

    L-applikazzjoni għall-għajnuna

    1. Kull wieħed mill-gruppi tal-produtturi għandu jissottometti applikazzjoni waħda għall-għajnuna riferita fl-Artikoli 3 u 4 fi żmien tliet xhur mit-tmien ta’ kull perjodu taż-żmien ta’ kull sena riferit fl-Artikolu 3(2)(d).

    2. L-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna għandhom ikunu akkumpanjati b’dikjarazzjoni bil-miktub mill-grupp tal-produtturi bl-effett illi dan ta’ l-aħħar:

    (a) jikkonforma mar-Regolamenti (KE) Nru 2200/96 u (KE) Nru 1432/2003 u ma’ dan ir-Regolament u jrid iħarishom;

    (b) ma jkunx ibbenefika, u ma jkunx qiegħed jibbenefika u ma jridx jibbenefika jew diettament jew indirettament minn finanzjament idduplikat Komunitarju jew nazzjonali għall-miżuri u/jew l-azzjonijiet li għalihom jiġi konċess il-finanzjament Komunitarju skond dan ir-Regolament.

    3. L-Istati Membri għandhom iħallsu il-għajnuna fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu applikazzjoni sħiħa.

    Artiklu 6

    L-Eliġibbiltà

    L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-eliġibbiltà tal-gruppi tal-produtturi għall-għajnuna skond dan ir-Regolament sabiex jistabbilixxu li l-għajnuna tkun iġġustifikata kif mistħoqq, filwaqt li jingħata każ tal-kondizzjonijiet u d-data li fihom kienet konċessa għajnuna pubblika minn qabel lill-organizzazzjonijiet jew lill-gruppi tal-produtturi li minnhom joriġinaw il-membri tal-grupp tal-produtturi fil-kwistjoni u ta’ kull moviment tal-membri bejn l-organizzazzjonijiet u l-gruppi tal-produtturi.

    Artiklu 7

    L-Assistenza Komunitarja

    In-nefqa miġrura mill-Istati Membri dwar il-għajnuna msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandha tikkwalifika għall-assistenza mit-Taqsima Granziji tal-FAEGG.

    Artiklu 8

    Il-kontribuzzjoni Komunitarja

    1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 għandha tammonta għal;

    - 75 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni tal-Għan 1 u 2 imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260.1999 [11].

    - 50 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni l-oħra.

    2. Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-għajnuna riferita fl-Artikolu 4, espressa f’termini ta’ ekwivalenza għall-konċessjoni tal-kapital, ma għandhiex taqbeż, bħala perċentwal ta’ l-ispejjeż fuq l-investiment eliġibbli:

    - il-50 % fir-reġjuni tal-Għan 1 u 2 kif riferit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999,

    - it-30 % fir-reġjuni l-oħra.

    L-Istati Membri interessati iridu jindaħlu li jikkontribwixxu mill-inqas 5 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli fuq l-investiment kif riferit fl-Artikolu 4.

    Il-benefiċjarji tal-għajnuna għall-ispejjeż eliġibbli fuq l-investiment kif riferit fl-Artikolu 4 għandhom iħallsu mill-inqas:

    - 25 % fir-reġjuni tal-Għan 1 u 2 kif riferit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999,

    - 45 % fir-reġjuni l-oħra.

    Artiklu 9

    Għaqdiet

    1. Il-għajnuna pprovvduta fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament tista’ tingħata, jew tista’ tissokta tingħata, lill-gruppi tal-produtturi li jkunu ġew konċessi l-għarfien preliminari skond ir-Regolament (KE) Nru 1432/2003 u li jirriżultaw mill-inkorporazzjoni ta’ grupp tal-produtturi konċess il-għarfien preliminari skond dan ir-Regolament u waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

    (a) grupp jew iktar ta’ produtturi konċessi l-għarfien preliminari skond ir-Regolment 1432/1003;

    (b) organizzazzjoni jew iktar tal-produtturi magħrufin skond ir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

    2. Għall-għanijiet tal-kalkolu tal-għajnuna li trid titħalla skond il-paragrfu 1, il-grupp tal-produtturi li jirriżulta mill-inkorporazzjoni għandu jieħu l-post tal-gruppi jew ta’ l-organizzazzjonijiet li jinkorporaw.

    Artiklu 10

    Il-konsegwenzi tal-Għarfien

    1. Il-għajnuna pprovduta fl-Artikoli 3 u 4 għandha tieqaf ġaladarba jiġi konċess il-għarfien.

    2. Meta jiġi ssottomess programm operattiv skond ir-Regolament (KE) Nru 1433/2003, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda finanzjament imtenni tal-miżuri ffinanzjati skond il-pjan tal-għarfien.

    3. L-investimenti li jikkwalifikaw għall-għajnuna jew l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jiġu mgħoddija lill-programmi operattivi sakemm ikunu f’linja mar-Regolament (KE) Nru 1433/2003.

    Artiklu 11

    Il-klawsoli speċifiċi għall-Portugall

    Meta l-awtoritajiet Portugiżi juru li, f’sena mogħtija, il-għajnuna li trid titħallas lil grupp tal-produtturi fil-Portugall skond dan ir-Regolament tkun inqas minn dik stabbilita fl-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-għajnuna pprovvduta fl-Artikolu 3(2) għandha tiġi miżjuda hekk li tissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 imsemmi qabel.

    Fl-eventwalità ta’ diżastru nazzjonali magħruf mill-awtoritajiet Portugiżi, għandu japplika l-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament għall-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq li jrid jiġi wżat għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

    Artiklu 12

    Il-Kontrolli

    Mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mwettqa skond it-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fuq il-gruppi tal-produtturi sabiex jivverifikaw il-konformità mal-kondizzjonijiet għall-konċessjoni tal-għajnuna riferita fl-Artikoli 3 u 4.

    Artiklu 13

    L-irkupru tal-Għajnuna u s-Sanzjonijiet

    Għandhom japplikaw l-irkupru ta’ l-għajnuna u s-sanzjonijiet ipprovvduti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1433/2003 meta kontroll imwettaq skond l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament juri illi:

    (a) il-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq tkun inqas mill-ammont użat għall-kalkolu ta’ l-għajnuna riferita fl-Artikolu 3;

    (b) il-għajnuna koperta b’dan ir-Regolament ma tkunx ġiet użata skond ir-regolamenti li japplikaw għall-pjan tal-għarfien jew bl-approvazzjoni tiegħu.

    Artiklu 14

    It-tħassir

    Ir-Regolament (KE) Nru 20/98 huwa mħassar.

    Ir-referenzi għar-regolament imħassar għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artiklu 15

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Novembru 2003,

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

    [2] ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 64.

    [3] ĠU L 4, tat-8.1.1998, p. 40.

    [4] ĠU L 113, tat-12.5.2000, p. 36.

    [5] ĠU L 203, tat-12.8.2003, p. 18.

    [6] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.

    [7] ĠU L 72, ta’ l-14.3.2002, p. 9.

    [8] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 49.

    [9] ĠU L 311, t-12.12.2000, p. 9.

    [10] ĠU L 203, tat-12.8.2003, p. 25.

    [11] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top