Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1660

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1660/2003 tad-19 ta’ Settembru 2003 li jemenda l-ispeċifikazzjoni ta’ isem li jidher fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 (Ossau-Iraty)

    ĠU L 234, 20.9.2003, p. 10–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1660/oj

    32003R1660



    Official Journal L 234 , 20/09/2003 P. 0010 - 0011


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1660/2003

    tad-19 ta’ Settembru 2003

    li jemenda l-ispeċifikazzjoni ta’ isem li jidher fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 (Ossau-Iraty)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-identifikazzjoni u l-ismijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel [1],kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu.

    Billi:

    (1) Skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-awtoritajiet Franċiżi talbu fir-rigward ta’ l-isem "Ossau-Iraty", reġistrat bħala deskrizzjoni ta’ l-oriġini protetta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 fir-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u d-Denominazzjoni ta’ l-Oriġini skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1571/2003 [4], li jiġi emendat il-metodu ta’ produzzjoni u l-ħtiġijiet ġuridiċi nazzjonali.

    (2) Wara eżaminazzjoni ta’ din it-talba ta’ emenda, ġie deċiż li l-emendi kkonċernati m’humiex minuri.

    (3) Skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2081/92 u billi l-emendi m’humiex minuri, il-procedura ta’ l-Artikolu 6 tapplika mutatis mutandis.

    (4) Ġie deċiż li l-emendi kkonċernati iħarsu r-Regolament (KEE) Nru 2081/92. L-ebda oġġezzjoni ta’ l-emendi, fis-sens ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament, ma ntbaghat lill-Kummsjoni wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea [5].

    (5) Għalhekk, dawn l-emendi jridu jiġu reġistrati u ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emendi li jidhru fl-Anness ta’ dan ir-regolament huma hawnhekk reġistrati u ppublikati skond l-Artikolu 6(4) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2081/92.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Settembru 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 208, ta’ l-24.07.92, p. 1.

    [2] ĠU L 99, tas-17.04.03, p. 1.

    [3] ĠU L 148, tal-21.06.96, p. 1.

    [4] ĠU L 224, tas-06.09.03, p. 17.

    [5] ĠU C 252, tat-12.9.2001, p. 16 (Ossau-Iraty).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    FRANZA

    Ossau-Iraty

    Metodu ta’ produzzzjoni:

    indikati: Basque-béarnaise jew Manech rashom sewda jew ħamra (minflok: "razez tradizzjonali").

    Ħtiġijiet nazzjonali:

    Minflok: "Digriet tad-29 ta’ Diċembru 1986",

    aqra: "Digriet dwar id-Denominazzjoni ta’ l-Oriġini ‘Ossau-Iraty’".

    --------------------------------------------------

    Top