This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1535
Commission Regulation (EC) No 1535/2003 of 29 August 2003 laying down detailed rules for applying Council Regulation (EC) No 2201/96 as regards the aid scheme for products processed from fruit and vegetables
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 1535/2003 tad-29 ta’ Awissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 1535/2003 tad-29 ta’ Awissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel
ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14–30
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 19/10/2005
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32001R0449 | ||||
Replacement | 32001R0449 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogated in | 32004R0382 | Deroga | artikolu 3.2 | 14/08/2004 | |
Modified by | 32004R0386 | Emenda | artikolu 2 | 01/01/2004 | |
Derogated in | 32004R0416 | Deroga | artikolu 6 | 01/05/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Sostituzzjoni parzjali | artikolu 21.2 | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Żieda | artikolu 39.5 | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Sostituzzjoni | artikolu 7.1 | 15/06/2005 | |
Modified by | 32004R0444 | Emenda | artikolu 35.1 | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Żieda | anness | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Sostituzzjoni parzjali | artikolu 31.2 | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Emenda | artikolu 41 | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Sostituzzjoni | artikolu 35.2 | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Emenda | artikolu 7.2 | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Żieda | artikolu 35.BI | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Sostituzzjoni | artikolu 11.4 | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Sostituzzjoni | artikolu 9.3 | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Sostituzzjoni | artikolu 39.3 | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Sostituzzjoni | artikolu 33.1 | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Żieda | artikolu 33.BI | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | Emenda | artikolu 39 | 14/03/2004 | |
Modified by | 32004R0444 | abolizzjoni | artikolu 35.3 | 14/03/2004 | |
Derogated in | 32004R1074 | Deroga | artikolu 10 | 08/06/2004 | |
Derogated in | 32004R1074 | Deroga | artikolu 12.2 | 08/06/2004 | |
Modified by | 32004R1132 | Żieda | artikolu 2.18 | 01/05/2004 | |
Modified by | 32004R2169 | Emenda | artikolu 9.2 | 21/12/2004 | |
Modified by | 32005R0180 | Emenda | artikolu 7.1 | 06/02/2005 | |
Modified by | 32005R1663 | Emenda | artikolu 24 | DATEFF | |
Modified by | 32005R1663 | Tlestija | artikolu 27.1 | DATEFF | |
Modified by | 32005R1663 | Emenda | artikolu 23.1 | DATEFF | |
Derogated in | 32007R0921 | Deroga | artikolu 6.1PTA) | 14/06/2008 | |
Derogated in | 32008R0124 | Deroga | artikolu 3.2 | 16/02/2008 |
Official Journal L 218 , 30/08/2003 P. 0014 - 0030
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad-29 ta’ Awissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti pproċessati mill-frott u mill-ħxejjex ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 453/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6b(3) u 6ċ(7) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 2201/96 daħħal il-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jikkunsinnaw it-tadam, il-ħawħ u l-lanġas għall-produzzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament u l-għajnuna għall-produzzjoni tal-prun u t-tin. Dawn il-prodotti jridu jinkisbu mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikeb maħsuda fil-Komunità. (2) Sabiex is-sistema tiġi ssimplifikata u ċċarata, uħud mir-regoli sabiex tiġi applikata l-iskema tal-għajnuna għandhom jiġu emendati fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba. Għar-raġuni taċ-ċarezza r-Regolment tal-Kummissjoni (KE)Nru 449/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolamnt tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċesati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament 1426/2002 [4], għandu jitħassar u jiġi mibdul. (3) Sabiex jiġi żgurat illi l-iskema tiġi applikata b’mod uniformi, għandhom jiġu ddefiniti l-prodotti elenkati fl-Artikolu 6a(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u l-Anness I ta’ miegħu, is-snin tas suq li japplikaw għal dawn il-prodotti u l-perjodi taż-żmien tal-kunsinna tal-materji prima. (4) Il-frott fix-xiropp taz-zokkor huwa prodott fl-Unjoni Ewropea b’kontenut totali ta’ zokkor ta’ inqas minn 14oBrix. Għandu jitnaqqas il-proporzjon taz-zokkor fil-prodotti eliġibbli għall-għajnuna. Id-definizzjoni wżata għandha tkun imsejsa fuq id-definizzjoni tal-Kumitat tal-Codex Alimentarius. (5) L-iskema trid tkun kapaċi topera b’numru suffiċjenti ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u, għall-konsistenza u b’analoġija mar-Regolament tal-Kunsill (KE)Nru 2202/96tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jdaħħal skema Komunitarja ta’ għajnuna għall-produtturi ta’ ċertu frott taċ-ċitru [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1933/2001 [6], it-terminu "gruppi tal-produtturi awtorizzati temporanjament" riferit fl-ewwel subparagrafi ta’ l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6a(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/96 irid jinkludi l-gruppi tal-produtturi li jkunu ġew konċessi għarfien preliminari skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 47/2003 [8]. (6) L-iskema tal-għajnuna għall-produzzjoni hija msejsa fuq il-kuntratti bejn l-organizzazzjonijiet magħrufa jew konċessi għarfien preliminari tal-produtturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-proċessuri. Il-produtturi u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu wkoll jaġixxu ta’ proċessuri f’ċerti ċirkostanzi. Għandhom jiġu speċifikati t-tipi tal-kuntratti u l-partikolaritajiet ta’ ġo fihom għall-għanijiet sabiex tiġi applikata l-iskema tal-għajnuna. (7) Sabiex tiġi mtejba l-manjiera dwar kif taħdem l-iskema, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu konxji mill-organizzazzjonijiet kollha tal-produtturi li jqiegħdu fis-suq il-produzzjoni tal-membri tagħhom, tal-membri ta’ l-organizzazzjoniet l-oħra tal-produtturi u tal-produtturi individwali li jixtiequ jikkwalifikaw skond l-iskema tal-għajnuna. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu konxji wkoll mill-proċessuri li jiffirmaw kuntratti ma’ dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawn il-proċessuri għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet it-tagħrif meħtieġ sabiex jiġi żgurat illi l-iskema taħdem b’mod korrett. Il-proċessuri tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas iridu jkunu approvati qabel ma jkunu jistgħu jikkonkludu l-kuntratti. (8) Il-kuntratti jridu jiġu konklużi sa data mogħtija fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas u qabel il-bidu ta’ kull sena tas-suq fil-każ tal-prodotti l-oħra. Sabiez jiġi żgurat illi l-iskema tkun effettiva kemm jista’ jkun, il-partijiet ta’ dawn il-kuntratti għandhom madankollu jkunu awtorizzati li jżidu l-kwantitajiet oriġinalment stabbiliti fihom sa limitu mogħti permezz ta’ emendi għall-kuntratti. (9) In-numru ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jrid jiġi ssottomess mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-proċessuri jrid jiġi stabbilit mill-proċess tal-proċessar. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jridu jinkludu t-tagħrif kollu meħtieġ sabiex tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà. Sabiex jiġu kkumpensati l-obbligi imposti fuq l-orgnizzazzjonijiet tal-produtturi, għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-għajnuna titħallas bil-quddiem, bil-kondizzjoni li tiġi ddepożitata garanzija sabiex tiżgura r-rifużjoni jekk ma jitħarsux il-ħtiġiet biex jiġi rċevut il-ħlas bil-quddiem. (10) Sabiex jiġi żgurat illi l-iskema tal-għajnuna tiġi applikata kif xieraq, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-proċessuri jridu jibagħtu t-tagħrif meħtieġ u jaġġornaw id-dokumentazzjoni xierqa u għandhom, b’mod partikolari, jipeċifikaw iż-żoni fejn jitkabbru t-tadam, il-ħawħ u l-lanġas, fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta’ Novembru 1991 li jistabbilixxi sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta’ għajnuna [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolamnt tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/2001 [10] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 tal-11 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta’ għajnuna stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill 3508/92 [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2550/2001 [12] għall-għanijiet ta’ l-ispezzjonijiet u l-kontolli li jitqiesu meħtieġa. (11) Sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u għar-raġunijiet tas-suq, il-proċessuri għandhom jitħallew iktar flessibbiltà fil-fabbrikazzjoni tat-taħlitiet tal-frott u taz-zlazi magħmula mill-materji prima li għalihom tiġi konċessa l-għajnuna. (12) Għall-għanijiet sabiex tiġi amministrata l-iskema tal-għajnuna, iridu jiġu stabbiliti proċeduri għal kontrolli fiżiċi u dokumentarji dwat il-kunsinna u l-ħidmiet tal-proċessar, il-kontrolli jridu jkopru numru rappreżentattiv biżżejjed ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna u jridu jiġu stabbiliti ċerti penali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u għall-poċessuri li jiksru r-regoli, b’mod partikolari billi jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz jew jonqsu milli jipproċessaw il-prodotti kkunsinnati lilhom. (13) Sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-fiduċja tal-kontrolli magħmula, għandha tiġi mnaqqsa t-tagħbija tal-kontrolli fuq il-ħażniet Madankollu, fil-każ ta’ impriżi ġodda approvati tal-proċessar, għandu jkun hemm żewġ kontrolli fl-ewwel sena tas-suq li fiha jippateċipaw fl-iskema. (14) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, l-informazzjoni wżata għall-kalkolu ta’ kull qbiż tal-għatba Komunitarja għall-ħawħ, għal-lanġas u għat-tadam għandha tiġi ddefinita biċ-ċar. (15) Sabiex jiġi żgurat illi s-sistema sabiex tikkalkola kull qbiż tal-għatba Komunitarja tissodisfa dawn il-ħtiġiet, għandha ssir dispożizzjoni għal perjodu transitorju taż-żmien imsejjes fuq l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għas-sena tas-suq 2003/2004. (16) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Prodotti Pproċessati mill-Frott u l-Ħxejjex ta’ l-Ikel, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Il-KAPITOLU I ID-DEFINIZZJONIJIET U S-SNIN TAS-SUQ Artikolu 1 Id-Definizzjonijiet 1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijoiet li ġejjin: (a) "organizzazzjonijiet tal-produtturi" tfisser il-gruppi tal-produtturi riferiti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-gruppi tal-produtturi konċessi għarfien preliminari skond l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament; (b) "produttur" ifisser kull persuna naturali jew legali li hija membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi li tikkunsinna l-prodott tagħha lil din l-organizzazzjoni għall-għanijiet tal-marketing tagħha fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96; (ċ) "produttur individwali" ifisser kull persuna naturali jew legali li ma tappartjenix għal organizzzzjoni tal-produtturi u li tkabbar il-matrja prima fuq l-azjenda agħha maħsuba għall-proċessar; (d) "proċessur" ifisser kull persuna naturali jew legali li topera, għall-għanijiet tal-qligħ u fuq ir-responsabbiltà tagħha, impjant jew iktar bil-faċilitajiet għall-fabbrikazzjoni ta’ prodott jew iktar elenkati fl-Artikolu 2(1) sa (15) u, meta japplika, approvati skond l-Artikolu 5; (e) "kwantità" tfisser il-kwantità espressa f’piż nett għajr jekk indikat xorta oħra; (f) "awtoritajiet kompetenti" tfisser il-korp jew il-korpi maħtura mill-Istat Membru sabiex jinplimenta/w dan ir-Regolament. 2. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, kull referenza għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi ddefinita fil-paragrafu 1 għandha tiġi miftiehma wkoll bħala referenza għall-assoċjazzjonijiet tal-produtturi riferiti fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 stabbiliti fuq l-inizjattiva ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi magħrufa skond dan ir-Regolament u kkontrollati minnhom. Artikolu 2 Il-prodotti mlestija "Il-prodotti elenkati fl-Artikolu 6a(1) u fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2201/96" ifissru l-prodotti li ġejjin: 1. il-ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott: il-ħawħ sħiħ jew biċċiet tal-ħawħ, mingħajr il-qoxra, li jkunu għaddew minn trattament tas-sħana, ippakkjati f’kontenituri ssiġillati ermetikament b’kisja likwida tax-xiropp taz-zokkor jew tal-meraq naturali tal-frott u li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM (Nomenklatura Magħquda) bin-numri ex20087061, ex20087069, ex20087071, ex20087079, ex20087092, ex20087094 u ex20087099; 2. il-lanġas fix-xiropp u/jew il-meraq naturali tal-frott: il-lanġas tal-varjetajiet William jew Rocha, sħiħ jew f’biċċiet, mingħajr il-qoxra, li jkunu għaddew minn trattament tas-sħana, ippakkjati f’kontenituri ssiġillati ermetikament b’kisja ta’ likwidu tax-xiropp taz-zokkor jew tal-meraq naturali tal-frott, u li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM bin-numri ex20094051, ex20084059, ex20084071, ex20084079, ex20084091 u ex20084099; 3. il-frott imħallat: it-taħlitiet tal-frott, sħiħ jew f’biċċiet, mingħajr qoxra, li jkunu għaddew mnn trattament tas-sħana, b’kisja likwida tax-xiropp taz-zokkor jew tal-meraq naturali tal-frott, ippakkjati f’kontenituri ssiġillati ermetikament f’kontenituri li fihom il-piż nett imsoffi mill-ilma tal-ħawħ u tal-lanġas Williams u Rocha jgħodd għal mill-inqas 60 % tal-piż kollu msoffi mill-ilma, li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM bin-numri ex200892 u ex200899, u magħmula direttament mill-ħawħ u/jew mill-lanġas Williams u Rocha friski kkunsinnati matul il-perjodi taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(2)(b) u (ċ); 4. il-prun: il-prun miksub mill-għanbaqar "d’Ente" imnixxef li jkun ġie ttrattat jew ipproċessat kif xieraq u li jkun ippakkjat f’kontenituri approprjati, li jidħol filikodiċi tan-NM 08132900 u lest biex jiġi offrut għall-konsum mill-bniedem; 5. it-tin imqaded: it-tin imqadded, inkluża l-pejst tat-tin, li jkunu ġew ittrattati jew ipproċesati kif jixraq u ppakkjati f’kontenituri approprjati, li jidħlu fil-kodiċi tan-NM bin-numru ex08042090 u lesti biex jiġu offruti għall-konsum mill-bniedem; 6. it-tadam sħiħ, imqaxxar u ffriżat bil-ħeffa: it-tadam imqaxxar tal-varjetajiet bżengulija, iffriżat, ippakkjat f’kontenituri approprjati u jidħol fil-kodiċi tan-NM bin-numru ex27108070, meta mhux inqas minn 90 % tal-piż nett tat-tadam jikkonsisti f’tadam sħiħ li ma juru l-ebda ħsara li tibdillu d-dehra tiegħu b’mod sostanzjali. Dan il-perċentwal għandu jiġi stabbilit wara li t-tadam ikun inħall mill-friża; 7. it-tadam imqaxxar mhux sħiħ iffriżat bil-ħeffa: biċċiet tat-tadam imqaxxar tal-varjetajiet bżengulin, jew tal-varjetjiet ċatti li jkunu ħfief biex jitqaxxru daqs il-varjetajiet bżengulin, iffriżati, ippakkjati f’kontenituri approprjati u li jidħlu il-kodiċi tan-NM bin-numru ex07108070; 8. it-tadam sħiħ, imqaxxar u ppriservat: it-tadam imqaxxar tal-varjetajiet bżengulin, li jkun għadda minn trattament tas-sħana, ippakkjat f’kontenituri ssiġillati ermetikament u jidħol fil-kodiċi tan-NM bin-numu ex20021010, meta mhux inqas minn 65 % tal-piż tat-tadam imsoffi mill-ilma jikkonsisti minn tadam sħiħ li ma juri l-ebda ħsara li tibdillu d-dehra b’mod sostanzjali; 9. it-tadam mhux sħiħ, imqaxxar u ppriservat: it-tadam imqaxxar, f’biċċiet jew imgħaffeġ parzjalment, tal-varjetajiet bżengulin, jew tal-varjetajiet ċatti ħfief biex tqaxxarhom daqs il-varjetajiet bżegulin, li jkunu għaddew minn trattament tas-sħana, ippakkjati f’kontenituri siġillati ermetikament u jidħlu fil-kondiċi tan-NM bin-numru ex20021010. Meta dawn il-prodotti jridu jintużaw biex jagħmlu l-prodotti indikati fil-punt 15, għandom ikunu ppakkjati f’kontenituri approprjati 10. it-taqxir tat-tadam: it-taqxir miksub mit-tadam li jkun qiegħed jinxef, imqatta’ f’biċċiet żgħar irqaq u kwadri żgħar, ippakkjat f’kontenituri approprjati u li jidħol fil-kodiċi tan-NM bin-numru ex07129030; 11. il-meraq tat-tadam: il-meraq miksub b’mod dirett mit-tadam frisk u mgħoddi mill-passatur ħieles mill-ġilda, miż-żerriegħa u mill-partjiet l-oħra ħorox kollha, li jkollu bħala kontenut niexef, meta japplika wara l-konċentrazzjoni, ta’ inqas minn 12 %, ippakkjat f’kontenituri ssiġillati ermetikament u li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM bin-numii ex20029011, ex20029019, 20095010 u 20095090. Il-meraq b’kontenut tal-materjal niexef ta’ mill-inqas 7 % jista’ madankollu jkun fih ġilda u żerriegħa li jikkostitwixxu sa 4 % tal-piż tal-prodott. Meta dawn il-prodotti jkunu jridu jintużaw għalbiex jagħmlu l-prodotti indikati fil-punt 15, għandhom ikunu ppakkjati f’kontenituri approprjati; 12. il-konċentrat/kunserva tat-tadam: il-prodott miksub mill-konċentrazzjoni tal-meraq tat-tadam, ippakkjat f’kontenituri approprjati, li jkollu materjal niexef ta’ 12 % jew iktar u jidħol fi-kodiċijiet tan-NM bin-numri ex20029031, ex20029039, ex20029091 u ex20029099. Il-konċentrat li jkollu materjal niexef ta’ iktar minn 18 % jew ta’ bejn 18 % u 24 % jista’ jkun fih mhux iktar minn 4 % u 7 % rispettivament tal-ġilda u taż-żerriegħa fil-piż tal-prodott; 13. it-tadam sħiħ, mhux imqaxxar, ippriservat: it-tadam sħiħ mhux imqaxxar tal-varjetajiet bżengulin jew ċatti, li jkunu għaddew minn trattament tas-sħana, ippakkjati f’kontenituri ssiġillati ermetikment, mogħtija s-salmura ħafifa (tadam fis-salmura) jew fil-puree tat-tadam (tadam fil-puree jew fil-meraq), meta mhux inqas minn 65 % tal-piż tad-tadam imsoffi mill-ilma jikkonsisti minn tadam sħiħ li ma juri l-ebda ħsara li tibdillu d-dehra b’mod sostanzjali u li jidħol fil-kodiċi tan-Nm bin-numru ex20021090. Meta dawn il-prodotti jkunu jridu jintużaw biex jagħmlu l-prodotti indikati fil-punt 15, għndhom ikunu ppakkjati f’kontenituri approprjati; 14. it-tadam mhux sħiħ, mhux imqaxxar, ippriservat: it-tadam f’biċċiet jew imgħaffeġ parzjalment, tal-varjetajiet bżengulin jew ċatti, li jkun għadda ħafif minn passatur, sewwa jekk ikkonċentrat ħafif u sewwa jekk le, ippakkjat f’kontenituri ssiġillati ermetikament, b’kontenut ta’ materjal niexef t’ bejn il-4,5 % u l-14 %, li jkun fih il-qoxra fil-limiti stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1764/86 [13], u jidħol fil-kodiċi tan-NM ex20021090. Meta dawn il-prodotti jkunu sejrin jintużaw biex jagħmlu prodotti oħra indikati fil-punt 15, għandhom ikunu ppakkjati f’kontenituri approprjati; 15. iz-zlazi mħejjija: it-tħejjijiet imsejsa fuq it-tadam miksuba bit-taħlit ta’ wieħed mill-prodotti riferiti fil-punti 9, 11, 12, 13 jew 14 ta’ hawn fuq ma’ prodotti oħra ta’ oiġini mill-pjanti jew mill-annimali għajr it-tadam frisk, li jkunu għaddew minn trattament tas-sħana, ippakkjati f’kontenituri ssiġillati ermetikament meta l-piż nett tal-prodotti riferiti fid-9, 11, 12, 13 jew 14 jgħodd għal mill-inas 60 % tal-piż totali nett taz-zalza mħejjija. Dawn il-prodotti jridu jintgħamlu matul il-perjodu taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(2) fl-istess stabbiliment bħall-prodotti wżati riferiti fil-punti 9, 11, 12, 13 jew 14; 16. ix-xiropp taz-zokkor: il-likwidu li fih l-ilma jiġi magħqud ma’ tipi ta’ zokkor u li jkollu kontenut totali taz-zokkor stabbilit wara l-omoġenizzazzjoni ta’ mhux inqas minn 10oBrix meta jintuża biex jgħatti l-frott fix-xiropp; 17. il-meraq naturali tal-frott: likwidu li jgħatti, b’minimu ta’ 9,5oBrix, li jikkonsisti biss mill-meraq li jista’ jiffermenta iżda mhux iffermentat estratt makkanikament mill-frott, jew tal-meraq miksub mill-meraq tal-frott ikkonċentrat, kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE [14], mingħajr ma jkun miżjud iz-zokkor. Artikolu 3 Is-snin tas-suq u l-perjodi taż-żmien tal-kunsinna 1. Is-snin tas-suq riferiti fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 2201/06 għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 6a(1) u ta’ l-Anness ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu: (a) mill-15 ta’ Ġunju sa l-14 ta’ Ġunju fil-każ tal-prodotti pproċesati mit-tadam u l-prodotti pproċessati mill-ħawħ; (b) mill-15 ta’ Lulju sa l-14 ta’ Lulju fil-każ tal-prodotti pproċessati mil-lanġas; (ċ) mill-1 ta’ Awissu sal-31 ta’ Lulju fil-każ tat-tin imqadded; (d) mill-15 ta’ Awissu sa l-14 ta’ Awissu fil-każ tal-prun. 2. Il-għajnuna għandha tiġi konċessa biss għall-prodotti kkunsinnati lill-industrija tal-proċessar fil-perjodi taż-żmien li ġejjin tal-kunsinna: (a) it-tadam: bejn il-15 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Novembru; (b) il-ħawħ: bejn il-15 ta’ Ġunju u l-25 ta’ Ottubru; (ċ) il-lanġas: bejn il-15 ta’ Lulju u l-15 ta’ Diċembu; (d) it-tin imqadded: bejn l-1 ta’ Awissu u l-15 ta’ Ġunju; (e) il-prun miksub mill-għanbaqar "d’Ente": bejn il-15 ta’ Awissu u l-1ċ5ta’ Jannar. 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammont tal-għajnuna, iffissata skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, qabel il-bidu ta’ kull sena tas-suq u mhux iktar tard minn: (a) il-31 ta’ Jannar għat-tadam; (b) il-31 ta’ Mejju għall-ħawħ; (ċ) il-15 ta’ Ġunju għal-lanġas. Il-KAPITOLU II IL-KUNTRATTI Artikolu 4 Il-Għamla tal-Kuntratti 1. Il-Kuntratti riferiti fl-Artikoli 3 u 6a tar-Regolament (KE) Nru 22001/96 (minn issa ‘l quddiem imsejħa kuntratti) għandhom jiġu konklużi bil-kitba. Il-Kuntratti għandhom iġorru numru ta’ l-identifikazzjoni. 2. 1 Il-Kuntratti jistgħu jieħdu waħda minn dawn il-għamliet: (a) kuntratt bejn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, (b) u proċessur (b) impenn li jforni/u, meta l-organizzazzjoni tal-produtturi taġixxi wkoll bħala proċessur. Jista’ jiġi ffirmat kuntratt wieħed biss bejn organizzazzjoni tal-produtturi u proċessur. Artikolu 5 L-approvazzjoni tal-proċessuri tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas. 1. Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, il-kuntratti jistgħu jiġu konklużi biss mal-proċessuri approvati. 2. Il-proċessuri tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema tal-għajnuna għandhom jissottomettu applikazzjoni għall-approvazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru qabel data li trid tiġi stabbilita minn dan ta’ l-aħħar. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista tal-proċessuri approvati mill-inqas xahar qabel id-data finali tal-firma tal-kuntratti kull sena. 3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ħtiġiet għsll-approvazzjoni u jinnotifikaw lill-Kummissjoni. Artikolu 6 Id-data tal-firma tal-kuntratti 1. Kull sena, il-kuntratti għandhom jiġu ffirmati mhux iktar tard minn: (a) il-15 ta’ Frar fil-każ tat-tadam; (b) il-15 ta’ Lulju, u sebat ijiem tax-xogħol qabel ma jridu jibdew il-kunsinni, fil-każ tal-ħawħ; (ċ) il-31 ta’ Lulju, u sebat ijiem qabel ma jridu jibdew il-kunsinni, fil-kaħ tal-lanġas; (d) qabel il-bidu tas-sena tas-suq, fil-każ tal-prodotti l-oħra. L-Istati Membri jistgħu jipposponu d-data ffissata fil-(a) hawn fuq sal-10 ta’ Marzu. 2. Jekk l-ammont tal-għajnuna għat-tadam ma tkunx ġiet ippubbikata fil-Ġurnal Uffiċjail ta’ l-Unjoni Ewropea sad-data stabbilita fl-Artikolu 3(3)(a), id-data ffissata fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu għandha tiġii posposta għall-15-il jum wara d-data tal-pubblikzzjoni attwali. 3. Jekk il-prezz minimu li jrid jitħallas lill-produtturi għall-prun jew it-tin imqadded ma jkunx ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea sa 15-il jum qabel id-data pprovvduta fil-paragafu 1(d), din id-data għandha tiġi posposta għal sal-15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni attwali. Artikolu 7 Il-Kontenut tal-kuntratti 1. Il-kuntratti jridu jipeċifikaw b’mod partikolari: (a) l-isem u l-indirizz ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi; (b) l-isem u l-indirizz tal-poċessur; (ċ) il-kwantitajiet tal-materji prima li jridu jiġu kkunsinnati għall-proċessar; (d) l-obbligu fuq il-proċessuri li jipproċessaw il-kwantitajiet ikkunsinnati skond il-kuntratt interessat f’wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 6a(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, li jrid jissodisfa l-istandards stabbiliti skond l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament. (e) il-prezz li jrid jitħallas għall-materji prima, li jista’ jvarja skond il-varjetà u/jew il-kwalità u/jew il-perjodu taż-żmien tal-kunsinna; (f) il-kumpens li jrid jistħallas jekk il-waħda jew l-oħra miż-żewġ partijiet jonqsu milli jwettqu l-obbligi kontrattwali tagħhom, b’mod partikolari rigward it-temmiet taż-żmien tal-ħlas u l-obbligu li jikkunsinnaw u jaċċettaw il-kwantitajiet koperti bil-kuntratt. Fil-każ tat-tadam, il-ħawħ u l-lanġas, il-kuntratt għandu jindika wkoll l-istadju tal-kunsinna li għalih japplika l-prezz riferit fil-punt (e) u l-kondizzjonijiet tal-ħlas. Kull temma taż-żmien għall-ħlas ma tistax taqbeż ix-xahrejn mit-tmiem tax-xahar tal-kunsinna ta’ kull kunsinna. Fil-każ tal-prun u tat-tin imqadded, il-kuntratti għandhom jispeċifikaw il-prezz massimu ffissat mill-Kummissjoni. 2. Fil-każ tal-prun u t-tin imqadded, il-prezz riferit fil-paragrafu 1(e) ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 9(3) ma għandux jinkludi, b’mod partikolari, l-ispejjeż konnessi mal-pakkjar, it-tagħbija, il-ħatt u l-ħlas tat-taxxi, li għandhom ikunu indikati separatament meta japplikaw. Artikolu 8 Dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali L-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet addizzjonali li jkopru l-kuntratti, b’mod partikolari, rigward il-kumpens li jrid jitħallas mill-proċessuri jew mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jonqsu milli jwettqu l-obbligi kontrattwali tagħhom. Artikolu 9 L-emendi għall-kuntratti 1. Il-partijiet jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-kwantitajiet stabbiliti oriġinalment f’kuntratt tal-proċessar permezz ta’ emenda bil-miktub għalih. Dawn l-emendi għandhom juru n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-kuntratt li jkollu x’jaqsam miegħu, u għandhom jiġu ffirmati mhux iktar tard minn: - il-15 ta’ Awissu għall-ħawħ. - il-15 ta’ Settembru għat-tadam u l-lanġas, - il-15 ta’ Novembru għall-prun miksub mill-għanbaqar "d’Ente" u għat-tin imqadded. 2. L-emendi riferiti fil-paragrafu 1 jistgħu jżidu l-kwantità stabbilita oriġinalment fil-kuntratt b’mhux iktar minn 0 %. Madankollu, sat-tmiem tas-sena tas-suq 2003/2004, l-emendi għall-kuntratti għat-tin imqaded mhux ipproċesat maħsub għall-produzzjoni tal-pejstijiet tat-tin jistgħu jiġu konklużi mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju u jistgħu jżidu l-kwantitajiet stabbiliti oriġinarjament fil-kuntratti b’mhux iktar minn 100 %. 3. Il-prezz tal-kwantità addizzjonali stbbit fl-emenda jista’ jiddifferixxi mill-prezz riferit fl-Artikolu 7(e). Artikolu 10 Il-konklużjoni tal-kuntrati fil-każ ta’ impenn għall-forniment Fil-każ ta’ impenn għall-forniment fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(2)(b), il-kuntratti li jkopru l-produzzjoni tal-membri ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi intressati għandhom jitqiesu li ġew konklużi wara li jkunu ntbagħtu l-partikolaritajiet li ġejjin lill-awtoritjiet kompetenti: (a) l-isem u l-indirizz u d-data tar-riferiment u ż-żoni tal-qatgħat ta’ l-art li fuqhom kull produttur jikkultiva l-materji prima; (b) il-wiċċ miġbur totali stmat; (ċ) il-kwantità maħsuba għall-proċessar; (d) impenn mill-organizzazzjoni tal-produtturi li tipproċessa l-kwantitajiet ikkunsinnati skond il-kuntratt fil-kwistjoni. Dan it-tagħrif irid jintbagħat qabel il-31 ta’ Mejju fil-każ tat-tadam u fiż-żmien limitat stabbilit fl-Artikolu 11(3) fil-każ tal-prodotti l-oħra. Artiklu 11 It-trasmissjoni tal-kuntratti lill-awtoritajiet kompetenti 1. Fil-każ tat-tadam, il-ħawħ u l-lanġas, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jiffirmaw il-kuntratti għandhom jibagħtu kopja ta’ kull kuntratt u kull emenda għalihom lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ikun lokat l-uffiċċju ewlieni tagħha. Meta japplika, għandhom jibagħtu kopja wkoll lill-awtoritaiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fejn isir il-proċessar. Il-kwantità totali koperta bil-kuntratti kollha ffirmati minn organizzazzjoni tal-produtturi mogħtija ma tistax taqbeż, għal kull prodott, il-kwantità maħsuba għall-proċessar indikat minn din l-organizzazzjoni tal-produtturi skond l-Artikolu 10 u l-Artikolu 12(1). 2. Il-proċessuri tal-prun u tat-tin imqadded għandhom jibagħtu kopja ta’ kull kuntratt u kull emenda għalih lill-korp innominat mill-Istat Membru meta jsir il-proċessar. 3. Il-kopji riferiti fil-paragrafi 1 u 2 iridu jaslu għand l-awtoritajiet kompetenti mhux iktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol wara l-konklużjoni tal-kuntratt jew ta’ emenda għalih u mhux iktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-kunsinni skond il-kuntratt jew l-emenda. 4. F’każijiet eċċezzjonali u każijiet iġġustifikati kif mistħoqq, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw kuntratti u emendi għalihom li jaslu għand l-awtoritajiet kompetenti wara l-limitu taż-żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu, sakemm il-wasla tard ma tfixkilx il-kontrolli tagħhom. Fil-każ ta’ l-emendi għall-kuntratti tat-tadam, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, għal raġunijiet iġġustifikati kif mistħoqq, limitu taż-żmien iqsar mill-ħamest ijiem stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, sakemm dan ma jfixkilx il-kontrolli effettivi dwar l-iskema tal-għajnuna fuq il-produzzjoni. Artikolu 12 It-twassil tat-tagħrif lill-awtoritajiet kompetenti 1. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jiffirmaw il-kuntratti tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas għandhom jibagħtu t-tagħrif li ġej lill-awtoritajiet kompetenti riferiti fl-Artikolu 11(1) imqassam skond il-prodott: (a) l-isem u l-indirizz ta’ kull poduttur kopert bil-kuntratti; (b) l-informazzjoni dwar ir-referenzi u ż-żoni tal-qatgħat ta’ l-art li fuqhom kull produttur jikkultiva l-materji prima; (ċ) il-ġbir totali stmat tal-wiċċ; (d) il-kwantità maħsuba għall-proċessar; (e) fil-każ tat-tadam, il-wiċċ medju miġbur għal kull ettaru u/jew it-tadam bżenguli prodott mill-organizzazzjoni matul is-sentejn ta’ qabel tas-suq. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw b’mod esklussiv l-informazzjoni disposnibbli mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001 rigward it-tagħrif riferit fil-punt (b) ta’ dan il-paragafu, sakemm dan ma jfixkilx il-kontrolli effettivi dwar l-iskema tal-għajnuna. 2. Fil-każ tal-ħawħ u tal-lanġas, it-tagħrif riferit fil-paragrafu 1 għandu jiġi inkluż fin-notifika riferita l-Artikolu 11(1). Fil-każ tat-tadam, it-tagħrif meħtieġ fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkomunikat sal-31 ta’ Mejju. Wara din id-data, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet iġġustifikati kif mistħoqq, jawtorizzaw iż-żieda tal-qatgħat ta’ l-art mhux iddikjarati qabel jew bidliet għall-użu maħsub tagħhom. Dawn iż-żidiet jew bidliet għandhom jiġu kkomunikati bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti sat-30 ta’ Ġunju. 3. Meta l-organizzazzjonijiet tal-produtturi riferiti fil-paragrafu 1 iqiegħdu fis-suq il-kwantitajiet maħsuba għall-proċessar prodotti minn organizzazzjonijiet oħra tal-produtturi skond it-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 11(1)(ċ)(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, dawn l-oganizzazzjonijiet tal-podutturi għandhom ifornu t-tagħrif meħtieġ fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-organizzazzjonijiet tal-podutturi li jiffirmaw il-kuntratt. Meta l-organizzazzjonijiet tal-produtturi riferiti fil-paragrafu 1 jghaddu l-benefiċċju ta’ l-iskema tal-għajnuna lill-produtturi individwali skond l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 6a(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, dawn il-produtturi individwali għandhom ifornu t-tagħrif meħtieġ fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-orgnizzazzjoni tal-podutturi li tiffirma l-kuntratt. 4. L-organizazzjonijiet tal-produtturi li ma jiffirmawx il-kuntratti u l-produtturi individwali tiferiti fil-paragrafu 3 għandhom jiffirmaw il-kuntratti ma’ l-organizzazzjonijiet tal-produrruri kif riferit fil-paragrafu 1. Dawn il-ftehimijiet għandhom ikopru l-produzzjoni kollha tal-prodott interessat ikkunsinnat għall-proċesar mill-organizazzjonijiet imsemmija tal-produtturi u l-produtturi individwali u jridu jispeċifikaw mill-inqas dan li ġej: (a) in-numru tas-snin tas-suq koperti bil-ftehim; (b) il-kwantitajiet li jridu jiġu kkunsinnati għall-proċessar, imqassma skond il-produttur u skond il-prodott; (ċ) il-konsegweni tan-nuqqas li jitħares il-ftehim. Kopja tal-ftehimijiet għandha tiġi mehmuża mat-tagħrif li jrid jintbagħat skond l-Artikolu 11(1). Artikolu 13 L-identifikazzjoni tal-qatgħat ta’ l-art Fil-każ tat-tadam, għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 10 u l-Artikolu 12(2), is-sistema ta’ l-identifikzjoni tal-qatgħat ta’ l-art għandha tkun dik il-waħda riferita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3508.92. Iż-żoni jridu jiġu ddikjarati f’ettari sa żewġ postijiet deċimali. L-Artikolu 22 tar-Regolament 2419/2001 għandu japplika għall-għanijiet sabiex tiġi stabbilita l-firxa tal-plottijiet matul il-kontrolli kif ipprovvdut fl-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ tal-ħawħ u tal-lanġas, ir-referenzi għall-qatgħat ta’ l-art għandhom ikunu r-referenzi tar-reġistru ta’ l-artijiet jew kull referenza oħra magħrufa bħala ekwivalenti mill-aġenzija ta’ l-ispezzjon. Il-KAPITOLU III IT-TAGĦRIF LI JRID JIĠI PPROVVDUT LILL-ISTATI MEMBRI Artikolu 14 It-tagħrif dwar il-parteċipazzjoni fl-iskema tal-għajnuna Il-proċessuri u l-oganizzazzjonijiet tal-produtturi li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema tal-għajnuna għandhom jgħarrfu b’dan lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri sa data li trid tiġi stabbilita minn dawn l-awtoritajiet, fejn jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ mill-Istati Membri sabiex jamministraw u jimmonitojaw l-iskema tal-għajnuna. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu illi dan it-tagħrif għandu: (a) jiġi nnotifikat biss lill-parteċipanti l-ġodda; (b) ikopri sena tas-suq waħda, numru ta’ snin tas-suq jew perjodu mhux limitat taż-żmien. Artikolu 15 Il-tagħrif dwar il-bidu tal-kunsinni jew il-proċessar 1. Mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-kunsinni jew tal-proċesar ta’ kull sena tas-suq, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-proċessuri li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-iskema tal-għajnuna għandhom jinnotifikaw il-ġimgħa li fiha jridu jibdew il-kunsinni kontrattwali jew il-proċessar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih isir il-proċessar. Għandhom jitqiesu li jkunu wettqu dan l-obbligu meta jipprovdu prova illi bagħtu dan it-tagħrif mill-inqas tmint ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-kunsinni kontrattwali jew tal-proċessar. 2. F’każijiet eċċezzjonali u ġġusatifikati kif mistħoqq, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw in-notifiki mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-proċessuri wara l-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1. Madankollu, f’dawn il-każijiet, l-ebda għajnuna ma għandha tingħata għall-kwantitajiet diġà kkunsinnati jew fil-kors tal-kunsinna għajr jekk il-kontrolli meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-eligibbiltà għall-għajnuna tkun tista’ tiġi kondotta għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Artikolu 16 It-tagħrif dwar il-frott imħallat u z-zlazi mħejjija Il-proċessuri li jixtiequ jiffabbrikaw il-frott imħallat u z-zlazi mħejjija kif riferit fl-Artikolu 2(3) u (15) għandhom jinnotifikaw il-komposizzjoni tal-prodotti li jridu jsiru, billi jispeċifikaw il-piż nett ta’ kull ingredjent lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru qabel il-bidu ta’ kull sena tas-suq. Din il-komposizzjoni ma tistax titbiddel wara l-bidu tas-sena tas-suq. Kull bidla bħal din għandha tiġi nnotifikata bil-quddiem lil-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru, skond temma taż-żmien li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru fejn ikun lokat l-ufiċċju ewlieni. Artikolu 17 It-tagħrif dwar il-kwantitajiet tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas 1. Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, mhux iktar tard mill-1 ta’ Frar ta’ kull sena, il-proċessuri għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dan li ġej: (a) il-kwantità tal-materji prima pproċessata fil-prodotti mlestija elenkati fl-Artikolu 2 imqassma skond: (i) il-kwantitajiet irċevuti skond il-kuntratt, (ii) il-kwantitjiet mhux koperti b’kuntratti; (b) il-kwantità tal-prodotti mlestija miksuba minn kull waħda mill-kwantitajiet riferiti fil-(a); (ċ) il-kwantità tal-prodotti mlestija fil-ħażna fit-tmiem tas-sena tas-suq ta’ qabel. 2. Fil-każ tal-prodotti pproċessati mit-tadam, il-kwantità tal-prodotti mlestija li jridu jiġu nnotifikati skond il-paragrafu 1(b) u (ċ) għandhom jitqassmu fi: (a) konċentrat/kunserva tat-tadam ta’ kuntenut niexef ta’ 28 % jew iktar imma inqas minn 30 %; (b) it-tadam sħiħ imqaxxar ippriservat tal-varjetajiet bżengulin; (ċ) il-prodotti l-oħra pproċessati tat-tadam, murija separatament. Il-kwantità tal-prodotti pproċessati mit-tadam fil-ħażna riferiti fil-paragrafu 1(ċ) għandhom ukoll jiġu mqassma fi prodotti mibjugħa u prodotti mhux mibjugħa. Il-kwantitajiet tal-meraq tat-tadam u tal-konċentrat/kunserva tat-tadam miżjuda mat-tadam ippriservat għandhom jiġu inklużi fil-kwantitajiet tat-tadam sewwa jekk imqaxxar u sewwa jekk le. 3. In-notifiki skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiddikjaaw separatament il-kwantitajiet tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 2(1), (2), (9), (11), (12), (13) u (14) użati sabiex jiffabbrikaw il-prodotti riferiti fit-(3) u l-(15) ta’ dan l-Artikolu. In-notifiki riferiti fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu għandhom jiddikjaraw separatament il-kwantitajiet miksuba tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 2() u (15), imqassma skond il-prodotti wżati riferiti fil-(1), (2), (9), (11), (12), (13) u (14) ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 18 It-tagħif dwar il-prun u t-tin imqadded Fil-każ tal-prun u t-tin imqadded, mhux iktar tard mill-15 ta’ Mejju ta’ kull sena, il-proċessuri għandhom jgħarrfu lil-awtoritajiet kompetenti b’dan li ġej: (a) il-kwantità tal-materja prima wżata fl-1 ta’ Mejju; (b) il-kwantità tal-prodotti mlestija miksuba mill-materji prima riferiti fil-(a), imqassma skond il-prodotti li fuqhom titħallas il-għajnuna u l-prodotti li fuqhom ma titħallasx il-għajnuna u skond il-klassi tal-kwalità; (ċ) il-kwantità tal-prodotti kif riferiti fil-(a) u (b) hawn fuq fil-ħażna fl-1 ta’ Mejju. Il-KAPITOLU IV IL-MATERJI PRIMA Artikolu 19 Il-kwalità tal-materji prima Mingħajr preġudizzju għal kull kriterju minimu tal-kwalità stabbilit jew li jrid jiġi stabbilit skond l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-materji prima kkunsinnati lill-proċessuri skond il-kuntratti għndhom ikunu ta’ kwalità ta’ merkanzija b’saħħitha u tajba u xierqa għall-proċessar. Artikolu 20 Iċ-ċertifikati tal-kunsinni 1. Għandu jinħareġ ċertrifikat tal-kunsinna għal kull kunsinna tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas ikkunsinnati skond il-kuntratt u aċċettati għall-proċessar fl-impjant tal-proċessar, li jispeċifika: (a) id-data u l-ħin tal-ħatt; (b) l-identifikazzjoni preċiża tal-meżż/i tat-trasport użat/i; (ċ) in-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-kuntratt li miegħu jkollha x’jaqsam il-kunsinna; (d) il-piż gross u l-piż nett; (e) meta japplika, ir-rata tat-tnaqqis ikkalkolata skond l-Artikolu 2(3) tar-Rwgolament (KE) Nru 217/2002 [15]. Iċ-ċertifikati tal-kunsinna għandhom jiġu ffirmati mill-proċessuri jew mir-rappreżentanti tagħhom u mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mir-rappreżentanti tagħhom. Kull ċertifikat għandu jġorr numru ta’ l-identifikazzjoni. 2. Il-proċessuri u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom it-tnejn iżommu kopja taċ-ċertifikati tal-kunsinni. L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tibgħat ukoll kopja jew telekomunikazzjoni miktuba jew e-mail li jkun fihom it-tagħrif riferit fil-paragrafu 1 mhux iktar tard mill-ħames jum tax-xogħol ta’ wara l-ġimgħa tal-kunsinna, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ikun lokat l-uffiċċju ewlieni tagħha u, meta japplika, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn jitwettaq il-proċessar, sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli. 3. Jistgħu jintużaw id-dokumenti meħtieġa skond il-liġijiet nazzjonali għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, sakemm ikun fihom it-tagħrif kollu riferit fil-pagrafu 1. 4. Meta l-kunsinna kollha jew parti minnha tappartjieni lill-produtturi riferiti fl-Artikolu 12(3), l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tibgħat kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill kull waħda mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lil kull produttur individwali interessat. Artikolu 21 In-notifika tal-kunsinni fi Stat Membru ieħor 1. Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, meta l-proċessar isir fi Stat Membru ieħor minn dak fejn tkun saret il-produzzjoni, mhux inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel il-jum tal-kunsinna, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tinnotifika kull kunsinna lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ikun lokat l-uffiċċju ewlieni tagħha u lill-awroritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn isir il-proċessar. Din in-notifika għandha tinkludi l-kwantità li trid tiġI kkunsinnata, l-identifikazzjoni preċiża tal-mezz/i tat-trasport użat/i u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-kuntratt li jkollu x’jaqsam mal-kunsinna fil-kwistjoni. Għandha tintbagħat b’mod elettroniku u l-korp li lilu tkun indirizzata għandu omm kopja tagħha bil-miktub għal mill-inqas tliet snin. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu kull tagħrif ieħor addizzjonali li jikkunsidraw meħtieġ għal kontroll fiżiku tal-kunsinni. Jekk l-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu tiġi emendata wara li tkun ġiet innotifikata, l-informazzjoni emendata trid tiġi nnotifikata bl-istess mod tan-notifika tal-bidu, qabel ma tibda l-kunsinna. In-notifika tal-bidu tista’ tiġi emendata darba biss. 2. Wara analiżi tar-riskju ta’ l-orgnizzazzjonijoiet tal-produtturi u tal-proċessuri mwettqa fl-Istat Membru fejn isir il-proċessar, l-Istati Membri jitgħu jiddeċiedu li jeżentaw lill-organizzazzjoni tal-podutturi mill-ħtiġiet tan-notifika skond l-ewwel subparagafu ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu wkoll, fuq il-bażi ta’ din l-analiżi, jiddeċiedu li jkunu jeħtieġu inqas tagħrif, sakemm dan ma jfixkilx il-kontrolli effettivi fuq l-iskema tal-għajnuna. Artikolu 22 Il-Ħlasijiet 1 Il-ħlasijiet li ġejjin għall-materji prima għandhom isiru bi trasferiment bankarju jew postali: (a) il-ħlasijiet mill-poċessuri lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi; (b) il-ħlasijiet mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi lill-membri tagħhom u lill-produtturi kif riferit fl-Artikolu 12(3); (ċ) meta l-membri ta’ organizzazzjni tal-produtturi jkunu huma nfushom organizzazzjonijiet b’personalità legali magħmula minn prodotturi, il-ħlasijiet minn dawn il-persuni legali lill-produtturi. Madankollu fil-każijiet riferitifl-Artikolu 4(2)(b), il-ħlas jista’ jsir bil-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu. 2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu t-termini u, meta applikabbli, il-limiti taż-żmien għall-ħlasijiet riferiti fil-paragrafu 1(b) u (ċ) hekk illi jkunu kompatibbli mal-ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu mal-kontrolli, b’mod partikolari rigward l-Artikolu 31(1)(b) u (ċ). Fil-każ tal-prun u tat-tin imqadded, il-ħlasijiet għandhom ikopru l-ammont intier tal-ħlas riferit fil-paragafu 1(a). Il-KAPITOLU V L-APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-GĦAJUNA U L-ĦLAS TAL-GĦAJNUNA Artikolu 23 Is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna 1. Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ikun lokat l-uffiċċju ewlieni tagħhom, sakemm dan l-Istat Membru jkollu għatba tal-proċessar għall-prodott interessat kif iddefinit fl-Anness III mar-Rgolament (KE) Nru 2201/96. Il-kwantitajiet applikati għalihom għandhom jingħaddu skond l-għatba ta’ l-Istat Membru. Il-proċessuri tal-prun u tat-tin imqadded għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn jitwettaq il-proċessar. 2. Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, applikazzjoni waħda biss tista’ tiġi ssottomessa għall-għajnuna kull sena tas-suq. L-applikazzjonijiet iridu jaslu għand l-awtoritajiet kompetenti mhux iktar tard mid-dati li ġejjin tas-sena tas-suq interessata: - it-30 ta’ Novembru għat-tadam. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu d-data għad-depożitu ta’ l-applikazzjonijiet sal-15 ta’ Diċembru, - il-31 ta’ Jannar għall-ħawħ u l-lanġas. L-applikazzjonijiet għall-ħlas bil-quddiem tal-għajnuna jistgħu jiġu ssottomessi skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25. 3. Fil-każ tal-prun, il-proċessuri jistgħu jissottometi tliet applikazzjonijiet għall-għajnuna f’kull sena tas-suq: (a) l-ewwel waħda għall-prodotti pproċessati sal 15 ta’ Jannar, (b) it-tieni għall-prodotti pproċessati mis-16 ta’ Jannar sat-30 ta’ April, u (ċ) it-tielet għall-prodotti pproċessati mill-1 ta’ Mejju sat-tmiem tas-sena tas-suq interessata. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna riferiti fil-(a) u fil-(b) għandhom jiġu ssottomessi fi żmien 30 jum mill-iskadenza tal-perjodu taż-żmien intressat tal-proċessar u l-applikaqzzjonijiet riferiti fiċ-(ċ) sa l-14 ta’ Awissu tas-sena tas-suq fil-progress. 4. Fil-każ tat-tin imqadded, il-proċessuri jisgħu jissottomettu tliet applikazzjonijiet għall-għajnuna f’kull sena tas-suq: (a) l-ewwel waħda għall-prodotti pproċessati sat-30 ta’ Novembru, (b) it-tieni għall-prodotti pproċessati mill-1 ta’ Diċembru sa l-aħħar ta’ Frar, u (ċ) it-tielet għall-prodotti pproċesati mill-1 ta’ Marzu sat-tmiem tas-sena tas-suq interessata. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna riferiti fil-(a) u fil-(b) għandhom jiġu ssottomessi fi żmien 30 jum mill-iskadenza tal-perjodu interessat taż-żmien tal-proċessar u l-applikazzjonijie riferiti fiċ-(ċ) sal-31 ta’ Ottubru tas-sena tas-suq ta’ wara. 5. Jekk l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jiġu ssottomessi wara t-temmiet taż-żmien speċifikati fil-paragrafi 2, 3 u 4, il-għajnuna għandha titnaqqas b’1 % kull jum tad-dewmien u l-ebda għajnuna ma għandha tingħata jekk l-applikazzjoni tkun iktar tard minn 15-il jum tard. 6. Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif mistħoqq, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw applikazzjonijiet għall-għajnuna wara dawn it-temmiet taż-żmien, sakemm dan ma jfixkilx il-kontrolli effettivi fuq l-iskema tal-għajnuna għall-produzzjoni. F’dan il-każ il-paragrafu 5 ma għandux japplika. Artikolu 24 Il-kontenut ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna fil-każ tat-tadam, il-ħawħ u l-lanġas L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għat-tadam, għall-ħawħ u għal-lanġas għandhom jagħtu mill-inqas it-tagħrif li ġej għal kull prodott: (a) l-isem u l-indirizz ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi; (b) il-kwantità koperta bl-applikazzjoni għall-għajnuna, li fiha din il-kwantità, imqassma skond il-kuntratt, ma tistax taqbeż il-kwantità aċċettata għall-proċessar, wara t-tnaqqis ta’ kull rata ta’ tnaqqis applikata; (ċ) il-prezz medju tal-bejgħ għall-kwantità kkunsinnata skond il-kuntratt; (d) il-kwantità kkunsinnata matul l-istess perjodu taż-żmien xorta oħra milli taħt il-kuntratt, u l-prezz medju tal-bejgħ. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ħtiġiet addizzjonali rigward it-tagħrif li jrid jiġi ssottomess ma’ l-applikazzjonijiet. Artikolu 25 Il-ħlas bil-quddiem tal-għajnuna fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas 1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu illi l-applikazzjonijiet għall-ħlas bil-quddiem tal-għajnuna jistgħu jiġu ssottomessi sat-30 ta’ Settembri, fejn ikopru l-kwantità tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas ikkunsinnati għall-proċesar sal-15 ta’ Settembru. 2. L-applikazzjonijiet għall-ħlas bil-quddiem riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu t-tagħrif riferit fl-Artikolu 24(a) u (b). 3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom iħallsu l-ammont mistħoqq bejn is-16 u l-31 ta’ Ottubru, wara li jiċċekkjaw l-applikazzjoni b’mod speċjali maċ-ċertifikati tal-kunsinni riferiti fl-Artikolu 20. 4. Il-għajnuna għandha titħallas bil-quddiem sakemm tiġi ddepożitata garanzija egwali għal 110 % tal-għajnuna. Fejn jinstab illi l-ħlas bil-quddiem applikat għalih jaqbeż l-ammont mistħoqq, għandu jintilef id-dritt mill-garanzija għal ammont egwali għad-doppju tal-qbiż. Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagafu ta’ dan il-paragrafu, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata meta l-awtorità kompetenti tħallas il-għajnuna, imsejsa fuq l-applikazzjoni riferita fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 23(2). 5. Meta tiġi ssottomessa applikazzjoni għall-ħlas bil-quddiem, il-kwantitajiet riferiti fl-Artiklu 24(b) u (d) għandhom jiġu mqassma f’żewġ perjodi taż-żmien, jiġifieri sal-15 ta’ Settembru u mis-16 ta’ Settembru. Artikolu 26 Il-kontenut ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna fil-każ tal-prun u t-tin imqadded L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-prun u t-tin imqadded għandhom jagħtu mill-inqas it-tagħrif li ġej għal kull prodott; (a) l-isem u l-indirizz tal-proċessur; (b) il-kwantità tal-prodotti koperti bl-applikazzjoni għall-għajnuna, imqassma skond ir-rati tal-għajnuna applikabbli, flimkien mal-kwantità tal-prodotti mhux koperti bl-iskema tal-għajnuna miksuba matul l-istess perjodu taż-żmien; (ċ) il-kwantità tal-materja prima wżata, skond il-kuntratt, sabiex tinkiseb kull kategorija tal-prodotti riferita fil-(b); (d) dikjarazzjoni mill-poċessur bl-effett illi l-prodotti mlestija jikkonformaw ma’ l-istandards tal-kwalità stabbiliti skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96; (e) kopji ta’ l-ordnijiet tat-trasferiment kif riferit fl-Artikolu 22(1)(a). Fil-każ ta’ l-impenji dwar il-provvista, dawn il-kopji jistgħu jinbidlu b’dikjarazzjoni mill-produttur bl-effett illi l-proċessur ikkreditah bi prezz mill-inqas egwali għall-prez minimu. Dawn il-kopji jew dikjrazzjonijiet għandhom jikkwotaw ir-referenzi tal-kuntratti rilevanti. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu ammissibbli biss jekk il-prezz minimu jkun tħallas għal kollox għall-materji prima wżati fil-prodott imlesti kopert bl-applikazzjoni għall-għajnuna. Artikolu 27 Il-ħlas tal-għajnuna 1. Il-għajnuna għat-tadam, il-ħawħ u l-lanġas għandha titħallas mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi li tiffirma l-kuntratt ikollha l-uffiċċju ewlieni tagħha, hekk kif dawn l-awtoritajiet ikunu ċċekkjaw l-applikazzjoni għall-għajnuna u stabbilew illi l-prodotti koperti b’din l-applikazzjoni ġew ikkunsinnati u aċċettati għall-proċessar, fuq il-bażi, b’mod partikolari, tal-kontrolli pprovvduti fl-Artiklu 31(1)(a). Meta l-proċessar isir fi Stat Membru ieħor, dan l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi li tiffirma l-kuntratt ikollha l-uffiċċju ewlieni tagħha bi prova illi l-prodott kien fil-fatt ikkunsinnat u aċċettat għall-proċessar. Fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara li yiġI rċewvuta l-għajnuna, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tħallas għal kollox l-ammonti rċevuti, bi trasferiment bankarju jew postali, lill-membri tagħha u, meta japplika, lill-produtturi riferiti fl-Artikolu 12(3). Fil-każijiet koperti l-Artikolu 42(2)(b), il-ħlas jista’ jsir bil-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu. Meta organizzazzjoni tal-produtturi tkun magħmula fl-intier tagħha jew f’parti minnha minn mmbri li huma nfushom huma organizzazzjonijiet b’personalità legali magħmula minn produtturi, il-ħlasijiet ipprovvduti fit-tielet subparagrafu għandhom jitħallsu minn dawn l-organizzazzjonijiet membri lill-produtturi fi żmien 15-il jum. 2. Il-għajnuna għall-prun u t-tin imqadded għandha titħallas mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn il-prodott jiġi pproċesat, ġaladarba dawn l-awtoritajiet ikunu stabbilew illi ġew sodisfatti l-ħtiġiet għall-konċessjoni tal-għajnuna. Meta l-proċessar isir ‘il barra mill-Istat Membru li fih ikun ġie mkbbar il-prodott, dan l-Istat Membru għandu jforni prova lill-Istat Membru li jħallas il-għajnuna illi jkun tħallas il-prezz minimu li jrid jitħallas lill-produttur. Meta dan il-prezz jitħallas fiż-żona ta’ l-euro, tista’ tiġi fornita prova tal-ħlas mill-proċessur permezz ta’ konferma tat-trasferiment bankarju. 3. Ma għandha tingħata l-ebda għajnuna fuq il-kwantitajiet li rigward tagħhom ma jkunu ġew kondotti l-ebda kontrolli dwar l-intitolament għall-għajnuna. 4. Il-għajnuna għandha titħallas lill-organizzazzjoni tal-produtturi u lill-proċesuri mhux iktar tard minn: (a) 60 jum wara d-data li fiha tiġi ssottomessa l-applikazzjoni, inkluż it-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikoli 24 u 26 ta’ dan ir-Regolament, fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ, tal-lanġas u tat-tin imqadded; (b) 90 jum wara d-data li fiha l-applikazzjoni tiġi ssottomessa, fil-każ tal-prun. Il-KAPITOLU IV IL-KONTROLLI U L-PENALI Artikolu 28 Il-miżuri nazzjonali tal-kontroll 1. Mingħajr preġudizzju għat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex: (a) jiżguraw illi jitħares dan ir-Regolament; (b) jipprevjienu u jħarrku l-irregolaritajiet u japplikaw il-penali pprovvduti f’dan ir-Regolament; (ċ) jirkupraw is-somom mitlufa bħala riżultat ta’ l-irregolaritajiet jew in-negliġenza; (d) jivverifikaw ir-reġistri pprovvduti fl-Artikoli 29 u 30, billi jiżguraw illi jaqblu mal-mod tal-kontijiet meħtieġ mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-proċessuri skond il-liġijiet nazzjonali; (e) iwettqu kontrolli mhux imħabbra kif riferit fl-Artikoli 31 u 32 matul il-perjodi approprjati taż-żmien; (f) iwettqu kontrolli fuq iż-żoni miżrugħa t-tadam kif riferit fl-Artikolu 31 wara ż-żrigħ u qabel il-ġbir. 2. L-Istati Membri għandhom jipprogrammaw il-qbil tagħhom dwar il-kontrolli kif riferit fil-paragrafu 1(d) ta’ dan l-Artikolu, fl-Artikolu 31(1)(a), (b) u (ċ), l-Artikolu 31(2)(ċ) u l-Artikolu 32(1), fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju li jqis, fost ħwejjeġ oħra: (a) l-osservazzjonijiet magħmula matul il-kontrolli kondotti fis-snin ta’ qabel; (b) l-iżviluppi mis-sena ta’ qabel; (ċ) il-produzzjoni tal-materja prima għal kull żona omoġenja tal-produzzjoni; (d) ir-relazzjoni bejn il-kwantitajiet ikkunsinnati u l-wiċċ totali stmat; (e) il-produzzjoni tal-materja prima f’termini tl-prodott imlesti. Għandhom jiġu aġġornati b’mod regolari l-kriterji ta’ l-analiżi tar-riskju. 3. Meta jinstabu irregolaritajiet jew anomaliji, l-Istati Membri għandhom iżidu l-frekwenza u l-perċentwali tal-kontrolli riferiti fl-Artikoli 31 u 32 filwaqt li jqisu l-gravità tas-sejbiet. Artkolu 29 Ir-reġistri u t-tagħrif li jridu jinżammu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi 1. L-organizzazzjomijiet tal-produtturi għandhom iżommu reġistri għal kull wieħed mill-prodotti kkunsinnati għall-proċessar skond ir-Regolament (KE) Nru 2201/96. li jkun fihom mill-inqas it-tagħrif li ġej: (a) fil-każ tal-kwantitajiet ikkunsinnati skond il-kuntratti: (i) il-kunsinni kkunsinnati kull jum, u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-kuntratt li jkollu x’jaqsam magħhom; (ii) il-kwantità ta’ kull kunsinna kkunsinnata u, fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, il-kwantità aċċettata għall-proċessar, wara t-tnaqqis ta’ kull riduzzjoni, u n-numu ta’ l-identifikazzjoni taċ-ċertifikat rilevanti tal-kunsinni; (b) fil-każ tal-kwantitajiet ikkunsinnati xorta oħra milli skond il-kuntratt: (i) il-kunsinni kkunsinnati kull jum, u l-identità tal-proċessur interesat; (ii) il-kwantità ta’ kull kunsinna konsinnata u aċċettata għall-proċessar. (ċ) il-kwantitajiet mibjugħa fuq is-suq ta’ l-oġġetti friski, dawk irtirati mis-suq u l-ħażniet tal-prodotti interessati. 2. L-organizzazzjoniet tal-produtturi għandhom iżommu disponibbli lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-ispezzjon it-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jiġi ċċekkjat illi jitħares dan ir-Regolament. Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, dan it-tagħrif irid jagħmilha poissibbli li tiġi identifikata, għal kull wieħed mill-produtturi, ir-rabta bejn iż-żoni, il-kwantitajiet ikkunsinnati, iċ-ċertifikati tal-kunsinni, u l-ħlas tal-għajnuna u l-prezzijiet. 3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema għamla għandhom jieħdu r-reġistri u t-tagħrif riferiti fil-paragrafi 1 u 2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu illi r-reġitri riferiti fil-paragrafi 1 u 2 iridu jkunu ċċertifikati bl-istess mod bħar-reġistri jew id-dokumenti tal-kontijiet meħtieġa skond il-liġijiet nazzjonali. 4. Ir-reġistri jew id-dokumenti tal-kontijiet meħtieġa skond il-liġijiet nazzjonli jistgħu jintużaw għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, sakemm ikun fihom it-tagħrif kollu riferit fil-pragrafu 1. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet u l-kontrolli meqjusa meħtieġa mill-Istat Membru u għandhom iżommu r-reġistri addizzjonali kollha meħtieġa mill-Istat Membru għall-għanijiet tal-kontrolli meqjusa meħtieġa. Artikolu 30 Ir-reġistri u t-tagħrif li jrid jinżamm mill-proċessuri 1. Il-Proċessuri għandhom iżommu reġistri li mill-inqas juru t-tagħrif li ġej: (a) fil-każ tal-kwantitajiet mixtrija skond il-kuntratt: (i) il-kunsinni mixtrija u aċċettati fl-azjenda għall-proċessar kull jum, u n-numri ta’ l-identifikazzjoni tal-kuntratt li jkollom x’jaqsmu miegħu; (ii) il-kwantità ta’ kull kunsinna aċċettata għall-proċessar u, fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, in-numru ta’ l-identifikazzjoni taċ-ċertifikat rilevanti tal-kunsinna; (b) fil-każ tal-kwantitajiet mixtrija xorta oħra milli skond il-kuntratt: (i) il-kunsinni rċevuti kull jum, u l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ; (ii) il-kwantità ta’ kull kunsinna aċċettata għall-proċessar; (ċ) il-kwantitajiet għal kull wieħed mill-prodotti mlestija, fejn jispeċifikaw il-kwantitajiet miksuba mill-kunsinni aċċettati skond il-kuntratt; (d) il-kwantitajiet u l-prezz ta’ kull prodott imlesti mixtri mill-proċessur kull jum, fejn jingħata l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ. Dan it-tagħrif jista’ jiġi rreġistrat b’referenza għad-dokumenti ta’ appoġġ, sakemm dawn ta’ l-aħħar ikun fihom il-partikolaritajiet imsemmija hawn fuq; (e) il-kwantitajiet u l-prezz ta’ kull prodott imlesti li jħalli l-fond tal-proċessur kull jum, fejn jingħata l-isem u l-indirizz tad-destinatarju. Dan it-tagħrif jista’ jiġi rreġistrat b’referenza għad-dokumenti ta’ appoġġ, sakemm dawn ta’ l-aħħar ikun fihom il-partikolaritajiet imsemmija hawn fuq. Fil-każ tal-prun u t-tin imqadded, it-tagħrif meħtieġ fiċ-(ċ) hawn fuq għandu jiċċertifika separatament il-kwantità tal-prodott imlesti li fuqu trid titħallas il-għajnuna. 2. Il-proċessuri għandhom iżommu reġistri separati għall-prodotti riferiti fl-Artikolu 2(1), (2), (9), (11), (12), (13) u (14) użati sabiex jiġu ffabbrikati l-frott imħallat u z-zlazi mħejjija kif riferit fl-Artikolu 2(3) u (15), li juru t-tagħrif li ġej, b’żieda ma’ dak ipprovdut fil-paragrafu 1(a), (b), (ċ) u (d) ta’ dan l-Artikolu: (a) il-kwantitajiet tal-frott imħallat u z-zlazi mħejjija miksuba kull jum, imqassma skond il-komposizzjoni tal-prodott fit-tifsira ta’ l-Artikolu 16; (b) il-kwantitajiet u l-prezzijiet tal-frott imħallat u z-zlazi mħejjija li jħallu l-fond tal-proċessur, skond il-kunsinna, bid-dettalji tad-destinatarju; (ċ) il-kwantitajiet u l-prezzijiet tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 2(1), (2),(9), (11), (12), (13) u (14) mixtija u li jidħlu fl-istabbiliment kull jum, bid-dettalji tal-bejjiegħ. 3. Il-proċessuri għandhom jaġġornaw kuljum ir-reġistri tagħhom tal-ħażna rigward il-prodotti riferiti fil-paragrafu 1(ċ), (d) u (e) u l-paragafu 2(a), (b) u (ċ) għal kull fabbrika. 4. Il-proċessuri għandhom iżommu prova tal-ħlas tal-materji prima kollha mixtrija skond il-kuntratt u prova tal-ħlas għall bejgħ u x-xiri kollu tal-prodotti mlestija għal ħames snin mit-tmiem tas-sena interessata tal-proċessar. 5. Il-proċessuri għandhom jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet u l-kontrolli mejusa meħtieġa u għandhom iżommu r-reġistri kollha addizzjonali meħtieġa minnhom għall-għanijiet tal-kontrolli meqjusa meħtieġa. 6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar liema għamla għandhom jieħdu r-reġistri riferiti fil-paragafi 1 u 2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu illi r-reġistri riferiti fi-lparagafi 1 u 2 iridu jiġu ċċertifikati fl-istess manjiera bħar-reġistri jew id-dokumenti tal-kontijiet meħtieġa skond il-liġijiet nazzjonali. 7. Ir-reġistri jew id-dokumenti tal-kontijiet meħtieġa skond il-liġijiet nazzjonali jistgħu jintużaw għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, sakemm ikun fihom it-tagħrif kollu riferit fil-paragrafi 1, 2 u 3. Artikolu 31 Il-kontrolli fuq it-tadam, il-ħawġ u l-langas 1. Għall kull waħda mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jikkunsinnaw it-tadam, il-ħawħ u l-lanġas, għandhom jiġu kondotti l-kontrolli li ġejjin għal kull wieħed mill-prodotti u f’kull sena tas-suq: (a) kontrolli fiżiċi fuq: - mill-inqas 5 % taż-żoni riferiti fl-Artikoli 10 u 12, - mill-inqas 7 % tal-kwantitajiet ikkunsinnati għall-proċessar, sabiex jiġi ċċekkjat li jaqblu maċ-ċertifikati riferiti fl-Artikolu 20 u jħarsu l-ħtiġiet mimnimi tal-kwalità; (b) il-kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet fuq mill-inqas 5 % tal-produtturi koperti bil-kuntratti, sabiex jiġi ċċekkjat illi d-dettalji dwar kull produttur, b’mod partikolari ż-żoni, il-ġbir kollu tal-wiċċ, il-kwantità mqiegħda fis-suq mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-kwantità kkunsinnata għall-proċessar u l-kwantità indikata fiċ-ċertifikati tal-kunsinni, huma konsistenti mal-prezzijiet imħallsa kif ipprovvdut fl-Artikolu 22(1) u l-għajnuna mħallsa kif ipprovvdut fl-Artikolu 27(b); (ċ) il-kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet sabiex jiġi vverifikat illi l-kwantitajiet totali tal-prodotti kkunsinnati lill-organizzazzjoni tal-produtturi mill-produtturi kif riferit fl-Artikolu 12(1) u (3), il-kwantitajiet totali kkunsinnati għall-proċessam, iċ-ċertifikati kollha tal-kunsinni riferiti fl-Artikolu 20 u l-kwantitajiet totali kollha ddikjarati fl-applikazzjoni għall-għajnuna jaqblu mal-prezzijiet imħallsa kif ipprovvdut fl-Artikolu 2(1) u l-għajnuna mħallsa kif ipprovvdut fl-Artikolu 17(1); (d) il-kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet fuq mill-inqas 5 % tal-ftehimijiet riferiti fl-Artikolu 12(4) (e) il-kontrolli fuq l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna u d-dokumenti ta’ appoġġ u, fil-każ tat-tadam, kontrolli inkroċjati fuq il-qatgħat kollha ta’ l-art iddikjarati. 2. Għall-proċessuri tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, għandhom jiġu kondotti kontrolli fuq kull fabbrika, prodott u sena tas-suq: (a) checks on at least 5 % of finished products to verify that the applicable minimum quality standards have been complied with; (a) kontrolli fuq mill-inqas 5 % tal-prodotti mlestija sabiex jiġi vverifikat illi tħarsu l-istandards minimi applikabbli tal-kwalità; (b) il-konrolli fiżiċi u tal-kontijiet fuq mill-inqas 5 % tal-prodotti mlestija sabiex jiġi vverifikat illi l-produzzjoni mil-ġbir tal-materji prima pproċessati f’termini tal-prodott imlesti miksub skond il-kuntratt u xorta oħra milli skond il-kuntratt; (ċ) il-kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet sabiex jiġi vverifikat, fuq il-bażi tal-fatturi maħruġa u rċevuti u fuq il-bażi ta’ l-informazzoni tal-kontabbiltà, illi l-kwantità tal-prodott imlesti miksuba mill-materji prima rċevuti u l-kwantitajiet tal-prodotti mlestija mixtrija jaqblu mal-kwantitajiet tal-prodotti mlestija mibjugħa; (d) il-kontrolli fiżiċi u tal-kontabbiltà fuq il-ħażniet kollha tal-prodotti mlestija mill-inqas darba fis-sena, sabiex jiġi żgurat illi jaqblu mal-prodotti mlestija ffabbikati, mixtrija u mibjugħa; (e) il-kontrolli amministrattivi u tal-kontabbiltà fuq mill-inqas 10 % tal-ħlasijiet tal-prezzijiet riferiti fl-Artikolu 22(1). Fil-każ ta’ l-azjendi approvati ġodda, il-kontrolli riferiti fid-(d) għandhom ikunu kondotti mill-inqas darbtejn fl-ewwel sena. Artikolu 32 Il-kontrolli fuq il-prun u t-tin imqadded 1. Għal kull organizzazzjoni tal-produtturi li tikkunsinna l-prun u t-tin imqadded, il-kontolli amministrattivi u tal-kontabbiltà għandhom ikunu kondotti fuq mill-inqas 5 % tal-produtturi koperti b’kuntratti sabiex jiġi vverifikat li dan li ġej jaqbel: (a) il-materji primi kkunsinnati minn kull wieħed mill-produtturi għall-proċessar; u (b) il-ħlasijiet ipprovvduti fl-Artikolu 2(1). 2. Għal kull fabbrika, prodott imlesti u sena tas-suq, għandhom jiġu kondotti l-kontrolli li ġejjin: (a) kontrolli fiżiċi mhux imgħarrfa bil-quddiem; (b) kontrolli amministrattivi u tal-kontabbiltà. Il-kontrolli fiżiċi mhux imgħarrfa bil-quddiem għandhom jiġu kondotti fuq mill-inqas 5 % tal-prodotti mlestija eliġibbli għall-għajnuna tal-produzzjoni, sabiex jiġi vverifikat illi jħarsu l-ħtiġiet minimi tal-kwalità applikabbli. Meta r-riżultati ta’ l-analiżi tal-kampjuni uffiċjali jvarjaw mill-partikolaritajiet imdaħħla fir-reġistri tal-proċessuri u jindikaw illi l-ħtiġiet minimi Komunitarji tal-kwalità ma ġewx imħarsa, ma għandha titħallas l-ebda għajnuna għall-ħidmiet interessati tal-poċessar. Għandhom jiġu kondotti kontrolli fiżiċi u tal-kontabbiltà sabiex jiġi vverifikat illi: (a) il-kwantitajiet tal-materji prima wżati għall-proċessar jikkorrispondu ma’ dawk indikati fl-applikazzjoni għall-għajnuna; (b) il-prezz imħallas għall-materji prima pproċessati fil-prodotti kif riferit fil-(a) huwa mill-inqas daqs il-prezz minimu stabbilit; (ċ) l-ordnijiet tat-trasferiment riferiti fl-Artikolu 22(10ż). Artikolu 33 It-tnaqqis fil-għajnuna fl-eventwalità ta’ diskrepanzi bejn il-għajnuna applikata għaliha u l-ammont mistħoqq 1. Meta jkun aċċertat, għal prodott mogħti, illi l-għajnuna għal prodott applikat għalih rigward kull sena tas-suq jaqbeż l-ammont mistħoqq, għalhekk dan l-ammont għandu jitnaqqas, għajr jekk id-differenza tkun biċ-ċar minħabba żball. It-tnaqqis għandu jkun daqs id-differenza. Jekk il-għajnuna tkun diġà tħallset, il-benefiċjarju għandu jħallas lura darbtejn id-differenza, flimkien ma’ l-imgħax ikkalkolat fuq iż-żmien li jgħaddi bejn il-ħlas u r-rifużjoni mill-benefiċjarju. Ir-rata ta’ l-imgħax għandha tkun dik applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew lill-ħidmiet ewliena tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, fis-seħħ fid-data tal-ħlas mhux mistħoqq, bi tliet punti perċentwali miżjuda. 2. Jekk id-differenza riferita fil-paragafu 1 tkun iktar minn 20 %, il-benefiċjarju għandu jitlef l-intitolament għall-għajnuna u, jekk il-għajnuna tkun diġà tħallset, jirrifondi l-għajnuna totali flimkien ma’ l-imgħax ikkalkolat skond il-paragafu 1. Jekk id-differenza tkun iktar minn 30 %, l-organizzazzjoni tal-produtturi jew il-proċessur għandhom jitilfu wkoll id-dritt għal kull intitolament rigward il-għajnuna għall-prodott interessat għat-tliet snin tas-suq ta’ wara. 3. L-ammonti rkuprati u l-imgħax skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu lill-aġenzija kompetenti tal-ħlas u jitnaqqsu min-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji. Artikolu 34 It-tnaqqis fil-għajnuna li tirriżulta mill-kontrolli fuq iż-żoni 1. Fil-każ tat-tadam, jekk il-kontrolli taż-żona riferiti fl-Artikolu 31(1)(a) u (e) jiżvelaw illi ż-żona ddikjarata hija ikbar minn dik attwalment stabbilita, fil-livell taż-żona totali ċċekkjata, il-għajnuna li trid titħallas lill-organizzazzjoni tal-podutturi għandha tiġi mnaqqsa, għajr jekk id-differenza tkun biċ-ċar minħabba zball: (a) bil-perċentwal tad-diskrepanza stabbilita, jekk tkun iktar minn 5 % imma inqas minn 20 % taż-żona stabbilita, (b) bi 30 % jekk id-diskrepanza tkun iktar minn 20 % taż-żona stabbilita. Meta ż-żona ddikjarata tkun inqas miż-żona attwalment stabbilita, u d-diskrepanza hija iktar minn 10 % taż-żona stabbilita, il-għajnuna li trid titħallas lill-organizzazzjoni tal-produtturi għandha titnaqqas b’nofs ta’ perċentwal tad-diskrepanza stabbilita. 2. It-tnaqqis ipprovvdut fil-paragrafu 2 ma għandux japplika meta l-organizazzjoni tal-produtturi tkun issottomettiet tagħrif korrett fattwalment jew tista’ turi xorta oħra li ma għandhiex żball. It-tnaqqis ipprovvdut fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-informazzjoni li l-organizzazzjoni tal-produtturi jew il-membri tagħha jgħarrfu lill-awtorità kompetenti bil-miktub li mhix korretta jew saret mhux korretta minn mindu ntbagħat it-tagħrif riferit fl-Artikolu 12(1), sakemm l-organizzazzjoni tal-produtturi jew il-membri tagħha ma jkunux ġew imgħarrfa bil-ħsieb ta’ l-awtorità kompetenti li twettaq kontroll fuq il-post u li ma kenux imgħarrfa mill-awtorità kompetenti dwar kull irregolarità misjuba. 3. Meta organizzazzjoni tikkommetti ksur ripetut, l-Istat Membru għandu jirtira l-għarfien ta’ l-orgnizzazzjoni, jew il-għarfien preliminari fil-każ ta’ grupp tal-produtturi konċess għarfien preliminari. Artikolu 35 Il-penali fl-eventwalità ta’ diskrepanzi bejn il-kwantitajiet aċċettati għall-proċessar u l-kwantitajiet attwalment ipproċessati 1. Għajr fil-każijiet ta’ forza maġġuri, meta jinstab illi l-kwantità sħiħa tad-tadam, tal-ħawħ jew tal-lanġas aċċettata għall-proċessar skond il-kuntratt ma tkunx ġiet ipproċessata f’wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 6a(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u fl-Anness I ta’ miegħu, il-proċessur għandu jħallas lill-awtoritajiet kompetenti ammont egwali għal darbtejn l-ammont ta’ l-unità immoltiplikat bil-kwantità tal-materja prima interessata li ma tkunx ġiet ipproċessata, flimkien ma’ l-imgħax ikkalkolat skond l-Artikolu 33(1). B’żieda ma’ dan, għajr fil-każijiet iġġustifikati kif mistħoqq għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru, għandha tiġi sospiża l-approvazzjoni tal-proċessur kif ipprovvdut fl-Artikolu 5: (a) għas-sena tas-suq ta’ wara s-sejba, jekk id-differenza misjuba bejn il-kwantità aċċettata għall-proċessar u l-kwantità attwalment ipproċessata tkun iktar minn 10 % iżda mhux iktar minn 20 % tal-kwantità aċċettata għall-proċessar; (b) għal sentejn tas-suq wara s-sejba, jekk id-differenza tkun iktar minn 20 %. Għall-għanijiet sabiex jiġu applikati l-ewwel u t-tieni subparagrafi, kull kwantità ta’ materji prima wżati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti mlestija li ma jħarsux il-ħtiġiet minimi tal-kwalità, f’eċċess ta’ tollernza ta’ 8 %, għandhom jiġu ttrattati bħala kwntitajiet mhux ipproċesati. 2. Meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet sabiex jiġi applikat il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-approvazzjoni riferita fl-Artikolu 5 trid tiġi rtirata minn għand il-proċessuri fil-każijiet li ġejjin: (a) meta l-organizzazzjoni tal-produtturi tagħmel dikjarazzjoniet foloz bil-kollaborazzjoni tal-proċessur, (b) meta l-proċessur jonqos milli jħallas il-prezz riferit fl-Artikolu 7(1)(e), (ċ) meta l-proċessur jonqos milli jħallas il-penali pprovvduti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. L-Istat Membru għandu jiddeċiedi dwar it-tul taż-żmien li għalih il-proċesur ma jkunx jista’ jissotometti applikazzjoni ġdida għall-approvazzjoni wara li titqies il-gravità tal-każ. 3. L-ammonti rkupati u l-imgħax skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu lill-aġenzija kompetenti tal-ħlas u mnaqqsa min-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji. Artikolu 36 L-eżami tal-konformità ma’ l-għetiebi tal-proċessar Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, il-konformità mal-għetiebi nazzjonali u Komunitarji tal-proċessar kif riferit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/95 għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri kollha interessati fuq il-bażi tal-kwantitajiet li għalihom tkun konċessa l-għajnuna matul l-aħħar tliet snin tas-suq li għalihom tkun disponibbli informazzjoni definittiva. Fil-każ ta’ irregolaritajiet ippruvati jew issuspettati u meta jkunu ġew varati investigzzjonijiet amministrattivi jew kriminali sabiex jiġi stabbilit jekk l-applikazzjonijiet għall-għajnuna kenux iġġustifikati, il-kwantitajiet fil-kontroversja ma għandhomx jitqiesu mal-għetiebi fl-eżami tal-konformità. Artikolu 37 Il-penali nazzjonali L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati sabiex jiżguraw illi kemm il-prezzijiet u kemm il-għajnuna jitħallsu skond l-Artikoli 22 u 27 rispettivament. Għandhom jipprovdu b’mod partikolari l-penalitajiet li jridu jiġu imposti fuq l-uffiċjali ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi skond il-gravità ta’ kull irregolarità. Artikolu 38 Il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati sabiex jistabbilixu kooperazzjoni amministrattiva reċiproka għalbiex jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi applikat kif xieraq. Il-KAPITOLU VII IN-NOTIFIKA LILL-KUMMISSJONI Artikolu 39 In-notifika 1. Qabel il-bidu ta’ kull sena tas-suq, kull wieħed mill-Istati Membri interessati għandu jinnotifika lill-Kummissjoni jekk kellu rikors għall-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u bil-kwantitajiet ta’ kull waħda mill-għetiebi interessati. 2. Mhux iktar tard mill-15 ta’ April fil-każ tat-tadam, u tal-ħawħ, mhux iktar mill-15 ta’ Mejju fil-każ tal-lanġas u mhux iktar mill-1 ta’ Ġunju filkaż tal-prun u tat-tiu imqadded, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bit-tagħrif li ġej: (a) il-kwantità tal-materji prima li li għaliha tkun ġiet konċessa l-għajnuna, inkluża l-kwantità tal-materji prima ppoċessati fi Stat Membru ieħor, meta japplika mqassma f’sub-għetiebi; (b) il-kwantità tal-prodotti mlestija riferiti fl-Artikolu 2 minn (1) sa (15), imqassma skond il-kantitajiet koperti bil-kuntratti u l-kwantitajiet mhux koperti bil-kuntratti fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, u bil-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-kwantitajiet mhux koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna il-każ tal-prun u tat-tin imqadded; (ċ) il-kwantità tal-materji prima wżati għall-fabbrikazzjoni ta’ kull wieħed mill-prodotti riferiti fil-(b), inkluża l-kwantità tal-materji prima pproċessati fi Stat Membru ieħor; (d) il-kwantità tal-prodotti riferiti fil-(a) fl-aħħar tas-sena tas-suq ta’ qabel fil-każ tal-prodotti pproċessati mit-tadam, mill-ħawħ u mil-lanġas, imqassma fil-każ tat-tadam skond il-prodotti mibjugħa u l-prodotti mhux mibjugħa. (e) il-kwantità fil-ħażna fl-1 ta’ Mejju, fil-każ tal-prun u tat-tin imqadded; (f) fil-każ tat-tadam: - il-firxa totali f’ettari imħawla matul is-sena tas-suq, - il-produzzjoni medja tal-ġbir, espressa f’tunnellati metriċi għal kull ettaru, għas-sena tas-suq, - il-firxa u l-produzzjoni tal-ġbir, imqassma skond il-varjetajiet bżengulin u l-varjetajiet ċatti, - il-kontenut medju tal-materjal niexef solubbli wżat sabiex jagħmel il-konċentrat/kunserva tat-tadam; (g) il-kwantità totali magħmula minn kull wieħed mill-prodotti riferiti fl-Artikolu 2(3) u (15), imqassma skond il-prodotti riferiti fil-(1), (2), (9), (11), (12), (13) u (14) ta’ dan l-Artikolu wżati għalbiex jagħmluhom. It-tagħrif riferit fil-punti (b), (ċ) u (d) għandhom jinkludn l-prodotti riferiti fl-Artikolu 2(1), (2), (9), (11), (12), (13) u (14) użati sabiex jagħmlu l-prodottin riferiti fil-(3) u l-(15) ta’ dan l-Artikolu. 3. Mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport dwar il-kontrolli magħmula matul is-sena tas-suq fil-progress, fejn jispeċifika n-numru tal-kontrolli u r-riżultati tagħhom, imqassma skond it-tip li jkunu nstabu. 4. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jinnotifika lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tat-tadam kopert bil-kuntratti, mhux iktar tard minn 60 jum wara d-data finali tal-firma tal-kuntratti. Il-KAPITOLU VIII DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI Artikolu 40 L-eżami tal-konformità mal-għetiebi tal-proċessar għas-sena tas-suq 2004/2005 Fil-każ tat-tadam u għall-għanijiet biex tiġi ffisata l-għajnuna għas-sena tas-suq 2004/2005, għandha tiġi stabbilita l-konformità mal-għetiebi nazzjonali u Komunitarji fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni għas-snin tas-suq 2001/2002 u 2002/2003 u l-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna matul is-sena tas-suq 2003/2004. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, mhux iktar tard mill-10 ta’ Diċembru 2003, bil-kwantità totali tat-tadam koperta bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, imqassma, meta japplika, skond is-sub-għatba. Artikolu 41 It-tħassir Ir-Regolament (KE) Nru 449/2001 huwa hawnhekk imħassar. Madankollu, l-Artikolu 12(2) tiegħu għandu jissokta japplika għas-sena tas-suq 2003/2004. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Artikolu 42 Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Awissu 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29. [2] ĠU L 72, ta’ l-14.3.2002, p. 9. [3] ĠU L 64, tas-6.3.2002, p. 16. [4] ĠU L 206, tat-3.8.2002, p. 4. [5] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 49. [6] ĠU L 262, tat-2.10.2001, p. 6. [7] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. [8] ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 64. [9] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p.1. [10] ĠU L 72, ta’ l-14.3.2001, p. 6. [11] ĠU L 327, tat-12.12.2001, p.11. [12] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 105. [13] ĠU L 153, tas-7.6.1986, p. 1. [14] ĠU L 10, tat-12.1.2002, p. 58. [15] ĠU L 35, tas-6.2.2002, p. 11. --------------------------------------------------