Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 32003R0960

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 960/2003 tat-2 ta’ Ġunju 2003 li jimponi taxxi kompensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw mill-Indja.

    ĠU L 138, 5.6.2003, str. 1–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
    Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 11 Volum 046 P. 250 - 274

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, BG, RO)

    Pravni status dokumenta Ne velja več, Datum konca veljavnosti: 05/06/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/960/oj

    32003R0960

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 960/2003 tat-2 ta’ Ġunju 2003 li jimponi taxxi kompensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw mill-Indja.

    Official Journal L 138 , 05/06/2003 P. 0001 - 0025
    CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 250 - 274
    ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 250 - 274
    HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 250 - 274
    LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 250 - 274
    LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 250 - 274
    MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 250 - 274
    PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 250 - 274
    SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 250 - 274
    SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 250 - 274


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 960/2003

    tat-2 ta’ Ġunju 2003

    li jimponi taxxi kompensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw mill-Indja.

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. PROĊEDURA

    1. Proċediment preżenti

    (1) Fis-17 ta’ Mejju 2002, il-Kummissjoni ddikjarat, permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea [2], il-bidu ta’ proċediment kontra s-sussidju b’rigward għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati ("CD-Rs") li joriġinaw mill-Indja u bdiet investigazzjoni.

    (2) Il-bidu ta’ proċediment paralleli kontra d-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ l-istess prodott li joriġinaw mill-istess pajjiż kien iddikjarat permezz t’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea [3], fl-istess data.

    (3) Il-proċediment kien mibdi bħala riżultat ta’lment iddepożitat f’April 2002 mill-Kumitat tal-Manifatturi Ewropej CD-Rs ("CECMA"), li jaġixxi għan-nom tal-produtturi li jirrapreżentaw proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tas-CD-Rs. L-ilment kien fih provi ta’ sussidjazzjoni tal-prodott ikkonċernat u tad-danni materjali li jirriżultaw minn dan, li kienu kkunsidrati suffiċjenti biex jiġġustifikaw il-bidu ta’ proċediment.

    (4) Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lil-produtturi tal-Komunità li għamlu l-ilment, kif ukoll lill-produtturi l-oħra magħrufa tal-Komunità, lil produtturi li jesportaw, l-importaturi u l-assoċjazzjoni ta’ l-utenti li huma magħrufa li għandhom interess kif ukoll lir-rappreżentanti ta’ l-Indja li bdew il-proċediment. Il-partijiet interessati ingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom bil-miktub u li jagħmlu talba għal seduta fiż-żmien stipulat fin-notifikazzjoni tal-bidu tal-proċess.

    (5) Il-Gvern ta’ l-Indja, l-uniku produttur li jesporta fl-Indja waqt l-IP, kif ukoll dawk li għamlu l-ilment u produtturi oħra tal-Komunità, importaturi, assoċċjazzjonijiet ta’ konsumaturi u fornituri, esprimew l-opinjoni tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha li għamlu din it-talba fiż-żmien hawn fuq isstipulat u li indikaw li kien hemm raġunijiet partikolari il-għala għandhom ikollhom smiegħ kienu allokati seduta.

    (6) Ċerti partijiet sostnew li l-produtturi applikanti tal-Komunità ma ssodisfawx il-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 10(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 ("Regolament bażiku") u li l-bidu ta’ l-investigazzjoni ma kienx iggarantit. Għal dan ir-rigward, għandu jkun nnutat li l-kondizzjonijiet għall-inizjazzjoni, u partikolarment il-limiti tal-25 % u 50 % ta’ l-Artikolu 10(8), ġew milqugħa, u għalhekk, l-inizjazzjoni ta’ l-investigazzjoni kienet iggarantita.

    (7) Kien iddikjarat li wieħed mill-produtturi tal-Komunità li għamel l-ilment ma kellux jittieħed f’konsiderazzjoni sabiex tkun iddeterminata r-rappreżentanza ta’ l-applikanti minħabba li l-kumpannija allegatament tilfet id-dritt tagħha li tipproduċi l-prodott ikkonċernat għar-raġunijiet ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

    (8) Għandu jkun innutat li l-kumpannija imsemmija kienet qed tipproduċi u tbiegħ de facto l-prodott imsemmi fis-suq tal-Komunità waqt l-IP u li kkoperat f’din l-invstigazzjoni. Is-sempliċi fatt li dawn il-produtturi kien involuti fi proċeduri ġudizzjarji ma jimplikax awtomatikament it-tneħħija tagħhom mid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. Barra dan, ġie ssabbilit li l-kumpannija appellat id-deċiżjoni tal-Qorti li kienet twassal għat-telf tal-liċenza tagħha. Peress li l-ebda deċiżjoni finali ma ttieħdet ma kien ikun fl-ebda każ possibbli li jkun hemm konklużjoni li l-produtturi tilfu definitivament id-dritt tagħhom li jipproduċu CD-Rs. L-argument għalhekk ġie miċħud.

    (9) Il-Kummissjoni ppruvat, permezz ta’ kwestjonarji mibgħuta lil partijiet kollha magħrufa, u vverifikat l-informazzjoni kollha li derilha neċessarja sabiex jkun isstabbilit is-sussidju, d-danni u l-interess tal-Komunità. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għamlet visti ta’ verifika fil-propjeta’ tal-Gvern ta’ l-Indja ġewwa New Delhi ("GOI") u l-kumpanniji li ġejjin:

    (a) Produtturi li jesportaw fl-Indja

    - Moser Baer Indja Ltd, New Delhi, l-Indja;

    (b) Produturi fil-Komunità

    - Komputer Support Italcard S.R.L., Milan, l-Italja

    - C.D.A Datenträger Albrechts GmbH, Albrechts, il-Ġermanja

    - CPO Magnetic Products B.V., Oosterhout, l-Olanda

    - Fuji Magnetics G.m.b.H., Kleve, il-Ġermanja

    - Mitsui Advanced Media S.A., Ensisheim, Franza

    - MPO Media S.A.S, Averton, Franza

    - TDK Recording Media Europe S.A., Bascharage, il-Lussemburgu

    - Prime Disc Technologies GmbH, Wiesbaden, il-Ġermanja

    - IMAG Optical Storage Ltd, Limerick, l-Irlanda

    - Multimedia Info-Tech Ltd, Belfast, l-Irlanda ta’ Fuq;

    (ċ) Fornituri fil-Komunità

    - Bayer AG, Leverkusen, il-Ġermanja

    - Steag Hamatech, Sternenfels, il-Ġermanja.

    (10) L-investigazzjoni tas-sussidju u d-danni kopra l-perjodu mill-1 ta’ April 2001 sal-31 ta’ Marzu 2002 ("perjodu ta’ investigazzjoni" jew "IP"). L-eżaminazzjoni tad-tendenzi relevanti għall-istima tad-danni kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 1998 sa l-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni ("il-perjodu kkunsidrat" jew "IIP").

    2. Miżuri proviżorji

    (11) Minħabba l-bżonn li jkunu eżaminati aktar fil-fond ċerti aspetti ta’ sussidju, l-ebda taxxi kompensatorji proviżżorji ma kienu mposti fuq CD-Rs li joriġinaw fl-Indja.

    3. Proċediment sussegwenti

    (12) Il-partijiet kollha kienu informati bil-fatti essenzali u konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien intiż li tirrikmanda l-imposizzjoni ta’ taxxi kompensatorji definittivi. Huma ġew mogħtija wkoll perjodu li matulu jkunu jistgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għal dan l-isvelar. Il-kummenti orali u bil-miktub mressqa mill-partijiet ikkonċernati u, meta approprjat, ir-riżultati kienu mmodifikati għal dik ir-raġuni.

    4. Miżuri fis-seħħ dwar l-importazzjoni ta’ CD-Rs li joriġinaw mit-Taiwan

    (13) F’Ġunju 2002, permezz ta’ Regolament (KE) Nru 1050/2002 [4] il-Kunsill impona dazju kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ CD-Rs li joriġinaw mit-Taiwan.

    B. PRODOTT F’EŻAMINAZZJONI U PRODOTT SIMILI

    1. Prodott f’eżaminazzjoni

    (14) Il-prodott f’eżaminazzjoni huwa l-istess bħal fil-proċediment ta’ kontra d-dumping kontra t-Taiwan i.e. CD-Rs li dan l-aħħar kienu kklassifikati taħt il-kodiċi CN ex85239000.

    (15) CD-R hija disk, li hi miksija b’kopertura ta’ żeba’, b’kopertura ta’ materjal li jirrifletti bħalma hu d-deheb jew il-fidda u b’kopertura protettiva. L-irrekordjar fuq din id-disk jista’ jsir darba biss u għalhekk id-disk hi tat-tip "WORM" (Write Once Read Many). Id-disk hi strument ta’ ħażna ottika għal data jew mużika diġitali. L-irrekordjar iseħħ billi l-kopertura taż-żeba’ tiġi esposta għal dija ta’ laser infrared f’rekorder tas-CD-R.

    Is-CD-Rs jistgħu jkunu magħrufa skond it-tip ta’ data maħżuna (data CD-R versus musika CD-R), il-kapaċità tal-ħażna, il-kopertura tal-metall li jirrifletti (il-biċċa l-kbira fidda) u skond jekk is-CD-R għandiex stampar fuqha jew le.

    Il-prodott jinbiegħ f’kwalitajiet differenti u jiġi fis-suq f’tipi differenti ta’ ippakjar mill-liema dawk li jinstabu l-aktar frekwenti huma kaxxetti fejn jintrefgħu l-ġojjelli regolari jew irqaq li jkun fihom CD-R waħda, żrażar imgeżwra ta’ minn 10 sa 100 CD-Rs, laned tal-kejkijiet ta’ minn 10 sa 100 CD-Rs, envelops li jkun fihom CD-R waħda ippakjata fis-selofejn, jew f’envelop tal-kartun jew tal-karti, eċċ.

    Għalkemm l-użu u l-kwalità tat-tipi vajri tas-CD-Rs li jinbiegħu tista’ tvarja, dan ma jinvolvix xi differenzi sinifikattivi fil-karatteristiċi fisikali u tekniċi basiċi tat-tipi differenti. Huma għalhekk ikkonsidrati bħala prodott wieħed għall-għan ta’ din l-investigazzjoni.

    2. Prodott simili

    (16) L-inviestigazzjoni wriet li s-CD-Rs magħmula u mibugħa fis-suq domestiku ta’ l-Indja għandhom karatteristiċi fisikali u tekniċi basiċi u użi simili meta mqabbla ma’ dawk esportati minn dan il-pajjiż fil-Komunità. Bl-istess mod, CD-Rs iffabbrikati mill-applikant u produtturi oħra tal-Komunità u mibugħa fi-suq tal-Komunità għandhom karatteristiċi fisikali u tekniċi basiċi u użi simili meta mqabbla ma’ dawk esportati fil-Komunità mill-pajjiż imsemmi.

    (17) B’riżultat ta’ dan, CD-Rs mibjugħa fis-suq domestiku ta’ l-Indja u esportati fil-Komunità kif ukoll CD-Rs magħmula u mibugħa fil-Komunità huma kkunsidrati bħala prodott simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(5) tar-Regolament basiku.

    C. SUSSIDJI

    1. Daħla

    (18) Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li tinstab fl-ilment u t-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-Komunità, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-ikkonċessar ta’ sussidji ta’ esportazzjoni, kienu investigati:

    (i) - Skema ta’ Eżenzjoni tat-Taxxa Eżenti fuq l-Introjtu;

    (ii) - Skema ta’ Żoni ta’ l-Ipproċessar ta’ l-Esportazzjoni/Unità Indirizzati lejn l-Esportazzjoni (EPZ/EOU).

    (19) Barra dawn iż-żewġ skemi, l-ilment jelenka tlett skemi oħra: Skema ta’ Reġistru ta’ Intitolament ghad-Dazju (DEPB), skema ghal-Protezzjoni ta’ l-Esportazzjoni ta’ l-Oġġetti Kapitali (EPCG) u skema għal-Avvanz tal-Liċenzja bħala egħjun possibbli għas-sussidji għall-produtturi ta’ l-Indja li jesportaw is-CD-Rs. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li hemm biss produttur wieħed li jesporta s-CD-Rs fl-Indja u li jopera l-EOU. Dan il-produttur ta’ l-esportazzjoni ikkopera bis-sħiħ ma’ l-investigazzjoni u m’għamilx użu minn xi skemi oħra għajr dawk mniżżla f’premessa 16. Prattikament, m’għandhux bżonn juża skemi oħra għax huwa kiseb l-istess benefiċċji taħt l-iskema EOU. Dawn l-iskemi ma kienux, għalhekk, ikkunsidrati aktar fil-kuntest ta’ din l-ivestigazzjoni.

    L-iskema ta’ Eżenzjoni tat-Taxxa fuq l-Income hija bbażata fuq l-Att tat-Taxxa fuq l-Income 1961 li tkun emendata kull sena mill-Att tal-Finanzi.

    L-iskema tal-EPZ/EOU kurrenti hi bbażata fuq il-liġi dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolament) 1992 (Nru 22 ta’ 1992) li daħħlet fis-seħħ fis-7 t’Awissu 1992 ("Liġi dwar il-Kummerċ Barrani"). Il-liġi dwar il-Kummerċ Barrani (Taqsima 5) tawtorizza lil GOI biex joħroġ notifiki rigward il-politika ta’ l-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn huma miġbura fil-qosor fil-"Politika ta’ l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni" dokumenti li jintħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ full ħames snin u li jiġu aġġornati ta’ kull sena. Dokument wieħed tal-Politika ta’ l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni hu relevanti għall-perjodu ta’ l-invistigazzjoni ta’ dan il-każ i.e. il-pjan ta’ ħames snin rigward il-perjodu ta’ l-1.4.1997-31.3.2002. Barra dan, il-GOI jistabilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-politka barranija tal-kummerċ ta’ l-Indja fil-"Manwal tal-Proċeduri għall-Esportazzjoni u Importazzjoni ta’ l-1.4.1997-31.3.2002" (Volum 1).

    Skema ta’ l-Eżenzjoni tat-Taxxa Eżenti fuq l-Income (ITES)

    (a) Bażi Legali

    (20) L-Att tat-Taxxa dwar l-Income 1961 huwa l-bażi legali fejn titħaddem l-ITES. L-Att, li jkun emendat ta’ kull sena mill-Att tal-Finanzi, jistabilixxi l-bażi għall-kollezzjoni ta’ taxxi kif ukoll għall-eżenzjonijiet/riduzzjonijiet varji li jistgħu jkunu mitluba. Fost l-eżenzjonijiet li jistgħu jkunu mitluba minn-ditti huma dawk koperti mit-taqsimiet 10A, 10B u 80HHC ta’ l-Att, li jipprovdu eżenzjoni fuq it-taxxa dwar l-income fuq profitti mill-bejgħ ta’ l-esportazzjoni.

    (b) Eliġibiltà

    (21) Eżenzjoni taħt Taqsima 10A tista’ tkun mitluba minn ditti li jinsabu fiż-Żoni ta’ l-Ipproċessar ta’ l-Esportazzjoni (EPZ). Eżenzjoni taħt Taqsima 10B tista’ tkun mitluba mill-Unità Indirizzati lejn l-Esportazzjoni (EOU). Eżenzjoni taħt Taqsima 80HHC tista’ tkun mitluba minn kwalunkwe ditta li tesporta l-merkanzija.

    (ċ) Implimentazzjoni prattika

    (22) Sabiex ikun hemm benefiċċju mir-riduzzjonijiet/eżenzjonijiet tat-taxxi hawn fuq imsemmija, kumpannija għandha tagħmel it-talba għar-riduz zjoni/eżenzjoni meta tissottometti l-prospett tat-taxxa tagħha lill-Awtoritajiet tat-Taxxa fl-aħħar tas-sena tat-taxxa. Is-sena tat-taxxa tibda mill-1 ta’April sal-31 ta’ Marzu. Il-prospett tat-taxxa għandu jkun mogħti lill-awtoritajiet sa’ mill-inqas it-30 ta’ Novembru li ġej. L-istima finali mill-awtoritajiet tista’ tieħu sa tlett snin wara s-sottomissjoni tal-prospett tat-taxxa. Kumpannija tist’ tagħmel talba biss għal waħda mir-riduzzjonijiet disponibbli taħt it-tlett taqsimiet hawn fuq imsemmija.

    (d) Konklużjoni dwar l-ITES

    (23) Punt (e) tal-Lista Illustrattiva tas-sussidja ta’ l-esportazzjoni (L-Anness I għar-Regolament bażiku) jirreferi għall-"eżenzjoni sħiħa jew parzjali ………speċifikament relatat għall-esportazzjoni, ta’ taxxi diretti" bħala kostituenti ta’ sussidju ta’ l-esportazzjoni. Taħt l-ITES, il-GOI tikkonferixxi kontribuzzjoni finanzjarja lill-kumpannija billi tiċċaħħad mid-dħul tal-gvern fil-forma ta’ taxxi diretti li jkunu dovuti jekk l-eżenzjonijiet tat-taxxa dwar l-income ma ġewx mitluba mill-kumpannija. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja tikkonferixxi benefiċċju għar-reċipjent billi titnaqqas ir-responsabbiltà tiegħu tat-taxxa fuq l-income.

    (24) Is-sussidju jista’ jintlaħaq skond il-liġi jekk kemm-il darba jkun hemm eżekuzzjoni ta’ l-esportazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li dan jeżenta l-profitti mill-bejgħ biss ta’ l-esportazzjoni, u hu għalhekk maħsub speċifiku.

    (e) Kalkolazzjoni ta’ l-ammont tas-sussidju

    (25) IL-kumpannija li kienet investigata tiffabbrifika CD-Rs f’EOU. Għaldaqstant tista’ titlob eżenzjoni tat-taxxa ta’ l-income taħt Taqsima 10B fuq profitti mill-bejgħ ta’ l-esportazzjoni ta’ l-EOU. Għalkemm il-kumpannija inkorporat komputazzjoni għall-eżenzjoni ta’10B fil-prospett tat-taxxa tagħha, hija finalment ma talbitx eżenzjoni tat-taxxa ta’ l-income taħt 10B, għax il-prospett tat-taxxa ta’ l-income tagħha ma wera l-ebda profitti taxxabbli għall-kumpannija fl-intier taħha waqt l-IP. Huwa nnotat li l-kumpannija topera unità oħra għal prodotti differenti li jaqgħu barra l-EOU. Madankollu, il-komputazzjonijiet tat-taxxa ta’ l-income fil-prospett tat-taxxa magħmul mill-kumpannija u l-ispeċifikazzjonijiet mehmużin miegħu wrew li l-kumpannija żiedet id-deprezzament tagħha ta’ l-assi fissi b’mod sinifikattiv billi biddlet l-assi minn kategorija (magni) b’rata aktar baxxa ta’ deprezzament fil-kalkolazzjoni tat-taxxa tas-sena ta’ qabel għal kategorija (forom) b’rata ta’ deprezzament sinifikament aktar għolja fil-kalkolazzjoni tat-taxxa ta’ l-IP.

    (26) Il-Kummissjoni kkunsidrat ir-riklassifikazzjoni ta’ l-assi għar-raġunijiet ta’ tassazzjoni bħala waħda kwestjonabbli legalment, partikolarment minħabba li l-kumpannija irriklassifikat l-assi biss għar-raġunijiet ta’ tassazzjoni u mhux fir-rekords tal-kontijiet tagħha, kif ikun jidher li hu rikjest mill-liġi. Tabilħaqq, kemm il-liġi tal-kumpanniji ta’ l-Indja (li hi applikabbli għal raġunijiet ta’ kontabilità) u l-liġi tat-taxxa fuq l-income ta’ l-Indja (li hi applikabbli għal raġunijiet ta’ tassazzjoni) jipprovdu l-istess rata ta’ deprezzament għall-kategorija li fiha l-assi kienu kklassifikati għal raġunijiet ta’ tassazzjoni. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni talbet spjegazzjonijiet mill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ l-Indja u mill-kumpannija. L-awtoritajiet tat-taxxa ta’ l-Indja naqsu milli jipprovdu xi risposta li setgħet tikkjarifika s-sitwazzjoni. Il-kumpannija oriġinarjament sostniet li din il-bidla kienet neċessarja sabiex tikkoreġi żball fil-klassifikazzjoni ta’ ċerti assi għal raġunijiet ta’ tassazzjoni fis-snin li għaddew. Iżda, wara l-iżvelar tar-riżultati ta’ l-investigazzjoni, hija sostniet li din il-bidla fil-kategorija ta’ l-assi kienet fuq parir tal-konsulenti tat-taxxa, u li r-raġuni għal din il-bidla kienet li jitnaqqsu l-profitti taxxabbli sabiex jkun evitat li titħallas it-taxxa fuq l-income.

    (27) Madankollu, jidher li l-benefiċċju tal-flus kontanti li l-kumpannija kisbet permezz ta’ din ir-riklassifikazzjoni ta’ l-assi kient diġa’ disponibbli għaliha permezz tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 10B tal-liġi tat-taxxa dwar l-income ta’ l-Indja. Barra dan, il-benefiċċju li l-kumpannija setgħet tikseb taħt Taqsima 10B mingħajr ir-riklassifikazzjoni kwestjonabbli ta’ l-assi hu ugwali għal benefiċċju tat-taxxa ta’ l-income mill-istess riklassifikazzjoni kwestjonabbli ta’ l-assi.

    (28) Is-sitwazzjoni proposta hawn fuq uriet li l-kumpannija, f’dan l-istadju, ma bbenefikatx direttament minn sussidju ikkontrobilanċjat taħt Taqsima 10B waqt l-IP. Dan hu deċiż fuq il-bażi li biex sussidju jkun ikkontrobilanċjat dan irid ikun attwarjament riċevut mill-kumpannija jew inkella trid tkun ittieħdet deċiżjoni biex dan jingħata.

    (29) Żoni ta’ l-Ipproċessar ta’ l-Esportazzjoni (EPZ)/Unità Indirizzati lejn l-Esportazzjoni (EOU).

    (a) Bażi legali

    (30) L-iskema EPZ/EOU, li kienet introdotta fl-1965, hi instrument taħt Politika ta’ l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni. Waqt l-IP l-iskema kienet regolata minn-Notifikazzjonijiet Doganali Nru 53/97 u 133/94. Dettalji ta’ l-iskemi jinsabu f’Kapitolu 9 u Appendiċi I tad-dokument tal-"Politika ta’ l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni" ta’ l-1997/2002, kif ukoll fil-Manwal tal-Proċeduri relevanti.

    (b) Eliġibiltà

    (31) Fil-prinċipju, kumpanniji li jaċċettaw li jesportaw il-produzzjoni kollha tagħhom ta’ mekanzija u servizzi jistgħu jkunu sstabbiliti taħt l-iskema. Ladarba l-istatus ta’ l-EPZ/EOU huwa mogħti, dawk il-kumpanniji jistgħu jagħmlu użu minn ċerti benefiċċji. Hemm erba’ EPZs identifikati fl-Indja. L-EOUs jistgħu jkunu kulfejn ikunu fl-Indja. Dawn huma unità mqiegħda fid-depost taħt is-sorveljanza ta’ l-uffiċjali Doganali skond it-Taqsima 65 tal-liġi Doganali. Il-produtturi li jesportaw li kienu investigati ingħataw l-istatus ta’ EOU għall-unità tal-produzzjoni li timmanifattura s-CD-Rs. Għalkemm il-kumpanniji li joperaw fi ħdan l-iskema tal EOU/EPZ huma normalment mistennija li jesportaw il-produzzjoni intiera tagħhom, il-GOI ma tħallix lil dawn l-unità jbiegħu parti mill-produzzjoni tagħhom fis-suq domestiku taħt ċerti kondizzjonijiet.

    (ċ) Implimentazzjonijiet prattiċi

    (32) Kumpanniji li jirrekjedu trattament bħala EOUs jew li huma lokati f’EPZ ghandhom japplikaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti. Din l-applikazzjoni għandha tinkludi dettalji għal perjodu tal-ħames snin li ġejjin, fuq, iner alia, il-kwantitajiet tal-produzzjoni ippjanati, l-valur proġettat ta’ l-esportazzjoni, r-rekwiżiti ta’ l-importazzjoni u rekwiżiti indiġeni. Jekk l-awtoritajiet jaċċettaw l-applikazzjoni tal-kumpannija, it-termini u l-kondizzjonijiet mehmużin ma’ l-aċċettazzjoni jkunu kkomunikati lil-kumpannija. Kumpanniji fl-EPZs u l-EOUs jistgħu jkunu involuti fil-produzzjoni ta’ kwalunqwe prodott. Il-ftehim li jkunu rikonoxxuti bħala kumpanniji f’EPZ/EOU huwa validu għall-perjodu ta’ ħames snin. Il-ftehim jista’ jiġġedded għall-aktar perjodi.

    Unità ta’ l-EPZ/EOU huma ntitolati għal benefiċċji li ġejjin:

    (i) eżenzjoni mid-dazji ta’ l-importazzjoni fuq kull tip ta’ merkanzija (inkluż merkanzija tal-kapital, materja prima u oġġetti tal-konsum) kif rikjesti għal minifattura, produzzjoni, proċessar, jew in konnessjoni magħhom;

    (ii) eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa fuq merkanzija pprokurata minn egħjun indiġenu;

    (iii) eżenzjoni minn taxxa fuq l-income normalment dovuta fuq profitti realizzati fuq bejgħ ta’ l-esportazzjoni skond it-Taqsima 10A jew 10B tal-liġi tat-taxxa fuq l-income, sa l-2010 (ara ITES hawn fuq);

    (iv) rimborż tat-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ mħallsa fuq merkanzija pprokurata loclament;

    (v) possibiltà ta’ 100 % ta’ propjetà barranija eqwitabbli;

    (vi) faċilità li tinbiegħ parti mill-produzzjoni fis-suq domestiku fuq pagament tad-dazju applikabbli, bħala eċċezzjoni għar-rekwiżit ġenerali li tiġi esportata l-produzzjoni kollha.

    (33) EOUs jew kumpanniji li jinsabu f’EPZ għandhom iżommu, fil-forma speċifikata, kont propju ta’ l-importazzjoni kollha u tal-konsum u l-utilizzazzjoni tal-materjal kollu importat u ta’ l-esportazzjoni kollha li ssir. Dawn għandhom jkunu sottometti perjodikament, skond il-bżonn, lill-awtoritajiet kompetenti.

    (34) Għandhom jiżguraw ukoll dħul minimu tal-kambju barrani bħala perċentaġġ ta’ l-esportazzjoni u l-esekuzzjoni ta’ l-esportazzjoni kif hu sstipulat fil-Politika ta’ l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni. L-operazzjonijiet kollha ta’ EOU/EPZ għandhom iseħħu f "depost doganali."

    (d) Konklużjonijiet fuq l-EPZ/EOU

    (35) Fl-investigazzjoni preżenti, l-iskema ta’ l-EPZ/EOU kienet użata għall-importazzjoni tal-materja prima, merkanzija tal-kapital u għall-prokurament tal-merkanzija fis-suq domestiku. Irriżulta li l-konċessjonijiet relatati ma’ l-eżenzjoni tat-taxxa tas-sisa fuq materja prima u merkanzija tal-kapital, kif ukoll l-eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa fuq merkanzija pprokurata minn egħjun indiġenu, kienu wżati mill-produtturi ta’ l-esportazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni eżaminat l-ikkontrobilanċjar ta’ dawn il-konċessjonijiet. F’dan ir-rigward, l-eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa fuq materja prima u merkanzija tal-kapital tinvolvi l-għotja ta’ sussidji minħabba li dawn il-konċessjonijiet jikkostitwixxu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-GOI, peress li d-dħul tal-gvern li kieku kien ikun dovut hu mitluf u benefċċju jkun mogħti lir-reċipjent. Peress li l-għoti ta’ dan is-sussidju huwa kontinġenti skond il-liġi ta’ l-Indja dwar l-andament ta’ l-esportazzjoni fis-sens ta’l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku, hu għalhekk meqjus speċifiku u bħala riżultat ikkontobilanċjat. Fil-każ ta’ eżenzjoni ta’ taxxa tas-sisa, instab li t-taxxa mħallsa fuq xiri minn unità li mhix EOU hi akkreditata bħala żvantaġġ (CENVAT) u hi utilizzata lejn pagament tat-taxxa tas-sisa fuq bejgħ domestiku. Għalhekk, permezz ta’ l-eżenzjoni tat-taxxa tas-sisa fuq xiri minn unità ta’ l-EOU, l-ebda dħul addizzjonali tal-gvern m’hu mitluf u konsegwentament l-ebda benefiċċju addizzjonali ma jingħata lil EOU.

    (e) Kalkolazzjoni ta’ l-ammont tas-sussidju

    Eżenzjoni mit-taxxi ta’ l-importazzjoni fuq materja prima

    (36) Għalkemm il-kumpannija li topera fi ħdan l-iskema hi normalment mistennija li tesporta il-produzzjoni kollha tagħha, l-iskema tħalli l-kumpannija tbiegħ parti mill-produzzjoni tagħha fis-suq domestiku taħt ċerti kondizzjonijiet wWaqt il-vista tal-verifka, il-kumpannija setgħet turi li l-materja prima kollha importata, li ġiet eżentata mit-taxxa ta’ l-importazzjoni, kienet użata jew fil-produzzjoni tal-merkanzija esportata, jew, waqt il-bejgħ tal-merkanzija li tinkorpora din il-materja prima fis-suq domestiku, li l-kondizzjonijiet relevanti ġew sodisfatti. B’mod partikolari, ġie sstabbilit li t-taxxa applikabbli mħallsa mill-kumpannija fuq il-bejgħ domestiku kopriet it-taxxa kollha mitlufa fuq materja prima importata li ġiet użata għal produzzjoni ta’ merkanzija mibjugħa fis-suq domestiku.

    (37) Skond dak li ssemma hawn fuq, ġie konkluż li l-eżenzjoni mit-taxxa ta’ l-importazzjoni fuq materja prima mogħija lill-kumpannija kkonċernata tissodisfa l-kriterji ta’ l-Anness I u II tar-Regolament bażiku, speċjalment peress li l-ebda remissjoni eċċessiva tat-taxxa ta’ l-importazzjoni ma seħħet f’dan il-każ. Għalhekk ġie kkunsidrat li l-kumpannija li ġiet investigata ma kisbet l-ebda benefiċċju kkontrobilanċjat waqt l-importazzjoni tal-materja prima waqt l-IP f’dan il-każ.

    Eżenzjoni mit-taxxa ta’ l-importazzjoni fuq il-merkanzija tal -kapital

    (38) B’differrenza għall-materja prima, merkanzija tal-kapital mhix fiżikalment inkorporata fil-merkanzija mlestija. Għal raġunijiet ta’ kalkolazzjoni, l-ammont ta’ taxxa mitluf hu ekwivalenti għall-għotja fuq kull importazzjoni tal-merkanzija tal-kapital. Konsegwentament, il-benefiċċju għall-kumpannija investigata ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ l-ammont ta’ taxxa tas-sisa mhux imħallsa fuq il-merkanzija tal-kapital importata billi dan l-ammont ġie mifrux matul perjodu ta’ deprezzament applikabbli għar-raġunijiet ta’ kontabilità.

    (39) Il-produtturi li jesportaw qalu li l-perjodu ta’ deprezzament ta’ 13-il sena kif mniżżla fir-rekords ta’ kontabilità jirrifletti aħjar is-sitwazzjoni reali tal-kumpannija, għax dan huwa skond il-liġi tal-kumpanniji ta’ l-Indja u huwa ddeterminat mill-immaniġjar u l-awdituri tagħha. Barra dan, hu kkummenta li f’investigazzjonijiet oħra kontra s-sussidju l-metodu ta’ deprezzament kif isstabbilit fir-rekords ta’ kontabilità ġie wżat bħala l-bażi ta’ allokament għal dawn il-benefiċċji. Hu rrefera wkoll għal rapport tal-grupp informali ta’ esperti fuq is-sussidji tal-WTO, "li indikaw li x’aktarx aktar tirrifletti l-ħajja attwarja ta’ l-assi". Il-produtturi li jesportaw argumentaw wkoll li huwa żbaljat li jiġi sstabbilit il-perjodu ta’ deprezzament fuq il-bażi wżata għal raġunijiet ta’ taxxa, għax din hi bbażata fuq il-metodu tal-bilanċ li dejjem jonqos u mhux il-metodu tal-linja dritta li hu normalment użat għal dan il-għan.

    (40) L-investigazzjoni madankollu wriet li hemm informazzjoni li ma taqbilx mill-kumpannija dwar id-deprezzament ta’ l-assi msemmija. Il-kumpannija biddlet il-klassifikazzjoni ta’ dawn l-assi għal raġunijiet ta’ tassazzjoni, i.e. għal raġunijiet ta’ tassazzjoni li kienu kkunsidrati bħala forom aktar milli magni, u ddeprezzati skond il-metodu tal-bilanċ li dejjem jonqos. Madankollu, il-kumpannija kompliet tikkunsidra dawn il-magni għal raġunijiet ta’ tassazzjoni minkejja l-fatt li l-liġi tal-kumpanniji ta’ l-Indja u l-liġi tat-taxxa fuq l-income ta’ l-Indja jipprovdu għall-istess klassifikazzjoni li għandha tkun applikata kemm għal tassazzjoni kif ukoll għal raġunijiet ta’ kontabilità. Jekk il-kumpannija kklassifikat l-assi bħala forom għal raġunijiet wkoll ta’ kontabilità, il-perjodu eżistenti ta’ deprezzament għal magni i.e. 13-il sena, ma setgħax jkun applikat. Infatti, il-perjodu kien ikun jew ta’ sitt snin, jekk metodu tal-linja dritta kien applikat, jew, jekk metodu ta’ bilanċ li dejjem jonqos kien applikat kif kien fir-rendikont tat-taxxa għal forom, approssimament 80 % tal-valur ta’ l-assi kien ikun deprezzat fl-ewwel tlett snin.

    (41) Għalkemm huwa mifhum li perjodi ta’ deprezzament differenti jistgħu jintużaw għal raġunijiet ta’ tassazzjoni u kontabilità, mhux ikkunsidrat aċċettabbli li assi jiġu kklassifikati bħala forom għal raġunijiet ta’ taxxa u bħala magni għal raġunijiet ta’ kontabilità. Ikun jidher li l-assi msemmija jistgħu jkunu biss magni jew forom, iżda mhux it-tnejn f’daqqa. Din il-loġika hija segwita mill-leġislazzjoni relevanti ta’ l-Indja li tippovdi klassifikazzjoni konsistenti għal raġunijiet kemm ta’ taxxa kif ukoll ta’ kontabilità.

    (42) F’dan il-każ, il-kumpannija applikat metodu ta’ bilanċ li dejjem jonqos għat-tassazzjoni li rriżulta f’approssimament 80 % ta’ l-assi li kienu qed jiġu deprezzati fl-ewwel tlett snin. Għaldaqstant, il-kwestjoni li jibqa’ hi li jkun stmat x’kien ikun il-perjodu adegwat ta’ deprezzament, li kieku l-kumpannija mxiet mal-konsegwenzi tar-riklassifikazzjoni ta’ l-assi tagħha għal raġunijiet ta’ taxxa b’riklassifikazzjoni simili għal raġunijiet ta’ kontabilità.

    (43) F’dan ir-rigward, żewġ għażliet kienu ikkunsidrati t-tnejn li huma speċifikati bħala għażliet possibbli taħt il-liġi tal-kumpanniji ta’l-Indja, i.e. perjodu ta’ deprezzament ta’ sitt snin b’metodu ta’ linja dritta ta’ deprezzament jew metodu ta’ bilanċ li dejjem jonqos fejn il-valur ta’ l-assi hu deprezzat, fuq il-bażi tal-valur li jibqa’, b’40 % kull sena. Il-kumpannija ma ndikat l-ebda preferenza iżda kompliet targumenta għall-applikazzjoni tal-perjodu ta’ deprezzament ta’ 13-il sena li kienu ġew applikati għal magni.

    (44) F’dan ir-rigward, kien konkluż li l-aktar metodu raġonevoli li jkun deċiż perjodu xieraq ta’ deprezzament kien li jittieħed kont ta’ x’inhu normali għall-industrija, u li jikkonsidraw iċ-ċirkostanzi speċjali ta’ din il-kumpannija li hi profitabbli ħafna u qed tinvesti kontinwament u bil-kbir fil-prodott ikkonċernat. Mill-informazzjoni miġbura matul din l-investigazzjoni jidher li l-biċċa l-kbira tal-kumpanniji qed jagħmlu telf, u ilhom jagħmlu telf għal perjodu sinifikattiv. Dan inaqqas l-investiment u għandu t-tendenza li jirriżulta f’perjodu aktar twil ta’ deprezzament. Il-perjodu medju għal dawn il-kumpanniji li qed jagħmlu telf hu approssimament ta’ sitt snin.

    (45) Madankollu, l-pożizzjoni tal-produtturi li jesportaw hija differenti ħafna għal dik tal-kumpannija medja. Hija profitabbli ħafna, qiegħda tinvesti kontinwament u bil-kbir u għalhekk huwa raġonevoli li tissoponi li l-perjodu ta’ deprezzament tiegħu jkun sinifikament aktar baxx mill-medju hawn fuq imsemmi. Għalhekk huwa kkonsidrat xieraq li jkun applikat metodu ta’ bilanċ dejjem jonqos u li jieħu kont tal-fatt li dan jippermetti deprezzament aktar mgħaġġel mill-metodu ta’ linja dritta. Kien innutat li f’ċirkostanzi ta’ investimenti regolari li ma jaqtgħux, il-metodu ta’ bilanċ li dejjem jonqos ta’ deprezzament kif previst mill-liġi tal-kumpanniji ta’ l-Indja msemmi f’premessa 43 jippermetti 30 % ta’ deprezzament aktar mgħaġġel mill-metodu ekwivalenti ta’ linja dritta fuq perjodu rappreżentattiv ta’ sitt snin li hu applikabbli meta jkun użat il-metodu ta’ linja dritta. Dan jikkorrispondi għall-perjodu ta’ 4,2 snin kif ikkomparat għal sitt snin għall-metodu ta’ linja dritta u dan il-perjodu iqsar kien applikat sabiex jkun assenjat il-benefiċċju miksub.

    (46) L-ammont ikkalkolat li imbgħad kien attribwit lil IP kien adattat billi kien miżjud l-interess waqt l-IP sabiex jistabilixxi l-benefiċċju kollu ta’ din l-iskema lir-reċipjent. Minħabba n-natura ta’ dan is-sussidju, li hu ekwivalenti għal konċessjoni ta’ darba, r-rata ta’ l-interess kummerċjali fit-tul waqt l-IP fl-Indja kienet ikkunsidrata xierqa. L-ammont ta’ sussidju kien imbagħad assenjat tul il-valur totali tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni ta’ l-EOU.

    (47) L-ammont ta’ sussidju definittiv ad valorem li kien isstabbilit għall-eżenzjoni mit-taxxa ta’ l-importazzjoni fuq merkanzija tal-kapital għall-kumpannija investigata waqt l-IP kien ta’ 7,3 %.

    2. L-ammont ta’ sussidji kkontrobilanċjati

    (48) L-ammont definittiv ta’ sussidji kkontrobilanċjati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għal produttur ta’ l-esportazzjoni investigat kien ta’ 7,3 %. Peress li hemm biss produttur wieħed li jisporta fl-Indja, dan japplika għall-esportazzjonijiet kollha ta’ l-Indja.

    Tip ta’ sussidju | EOU/EPZ | ITES | Total |

    | 7,3 % | 0 % | 7,3 % |

    D. DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

    1. Produzzjoni tal-Komunità

    (49) Waqt l-IP CD-Rs kienu iffabbrikati fil-Komunità mill-kumpanniji li ġejjin:

    - ħames produtturi li għamlu l-ilment u li ikkoperaw fil-proċediment,

    - erba’ produtturi li m’għamlux l-ilment u li jappoġġjaw l-ilment u li ikkoperaw fil-proċediment,

    - żewġ produtturi li m’għamlux l-ilment u li jappoġġjaw l-ilment iżda li naqqsu milli jikkoperaw b’mod suffiċenti fl-investigazzjoni,

    - produttur wieħed li m’għamilx l-ilment u li appoġġja l-ilment u pprovda xi informazzjoni ġenerali lil Kummissjoni,

    - produtturi oħra li m’għamlux l-ilment u li ma kkoperawx fil-proċeduri.

    (50) Il-fatt li ħafna produtturi tal-Komunità li m’għamlux l-ilment ikkoperaw fil-qafas ta’ l-investigazzjoni ipprovda lil-Kummissjoni bl-opportunità li jeżamina l-istatus tagħhom fir-rigward ta’ l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku f’aktar dettal. Xi wħud mill-produtturi li ikkoperaw (inkluż xi wħud li oriġinarjament ma kienux applikanti) nstabu li importaw CD-Rs iżda l-ebda minnhom mill-Indja. Barra dan, parti sostanzjali ta’ dawk ix-xirjiet kienet magħmula biss sabiex tissodisfa d-domanda tas-suq għal żmien qasir filwaqt li kapaċità ġdida jew addizzjonali kienet qed ttkun installata, u din irrapreżentat perċentaġġ relativament baxx tax-xirjiet meta kkomparati mal-bejgħ totali u l-produzzjoni tagħha fl-IP. Għalhekk ma’ kien hemm l-ebda raġuni sabiex dawk il-kumpanniji jkunu esklużi mid-definizzjoni tal-produzzjoni tal-Komunità.

    (51) Fuq il-bażi hawn fuq imsemmija, ikun ikkunsidrat li s-CD-Rs iffabbrikati mill-kumpanniji kollha hawn fuq imsemmija tikkostitwixxi l-produzzjoni tal-Komunità fis-sens ta’ l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

    2. Definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

    (52) Kif imsemmi fil-premessa 49, disa’ produtturi oħra tal-Komunità, li appoġġjaw l-ilment bis-sħiħ ikkoperaw fl-investigazzjoni. Dawn il-produtturi rrappreżentaw proporzjon kbira tal-produzzjoni totali tal-Komunità tas-CD-Rs waqt l-IP, f’dan il-każ aktar minn 60 %. Fuq din il-bażi, dawn huma maħsuba li jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fis-sens ta’ l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku. Dawn huma msejħa minn hawn "il quddiem" l-industrija tal-Komunità.

    E. ĦSARA

    1. Konsum tal-Komunità

    (53) Il-konsum tal-Komunità kien ikkalkolat fuq il-volum ta’ bejgħ tal-produzzjoni propra ta’ l-industrija tal-Komunità ta’ CD-Rs, il-volum ta’ bejgħ taż-żewġ kumpanniji li naqqsu milli jikkoperaw b’mod suffiċenti u għalhekk ma’ kienux parti mill-industrija tal-Komunità, il-volum ta’ bejgħ tal-kumpannija li forniet biss informazzjoni ġenerali, informazzjoni pprovduta mill-produtturi ta’ l-esportazzjoni li ikkoperaw, data ta’ l-importazzjoni tal-Eurostat li tikkonċerna il-volum ta’ l-importazzjoni li toriġina f’pajjiżi terzi oħra u fuq stima tal-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità li jibqa’ u li ma kkoperawx u li hi bbażata fuq informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni waqt li kkunsidrat l-aċċettazzjoni ta’ l-ilment.

    (54) Fuq din il-bażi, kien misjub li l-konsum tal-Komunità żdiet b’mod sinifikattiv bejn l-1998 u l-IP (+ 1759000 il elf t’unità). F’aktar dettal, dan żdiet bil-kbir bejn l-1998 u l-2000 biex jilħaq l-ogħla punt tiegħu fl-2001. Dan imbagħad naqas kemmxejn bejn l-2001 u l-IP. L-iżvilupp tal-konsum għandu jkun ikkunsidrat fid-dawl tal-fatt li s-CD-Rs huma prodotti relattivament riċenti. Dawn ġew għad-dispożizzjoni tal-pubbliku in ġenerali biss riċentament u l-iżvilupp tagħhom seħħ il-biċċa l-kbira waqt l-1997-1998. Minn dak iż-żmien l’hawn, iż-żieda fid-domanda għal dan l-instrument ġdid ta’ ħażna kien spettakolari. Dan jispjega il-għala numru ta’ indikaturi, bħal inter alia l-konsum juru żvilupp kbir.

    Konsum tal-Komunità | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | IP |

    CD-Rs (f”000 unità) | 459166 | 1172950 | 2017557 | 2461271 | 2218563 |

    Indiċi | 100 | 255 | 439 | 536 | 483 |

    2. Importazzjoni ta’ CD-Rs fil-Komunità

    (a) Il-volum u l-ishma fis-suq ta’ l-importazzjoni li toriġina mill-Indja

    (55) Fuq il-bażi tal-figuri tal-Eurostat, il-volum ta’ l-importazzjoni mill-Indja żdied drastikament matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li din l-importazzjoni kient insinjifikanti fl-1988 u l-1999, din ammontat għal kważi 200-il miljun unità matul l-IP. Iż-żieda ta’ l-importazzjoni kienet partikolarment evidenti bejn l-1999 u l-2000 (l-importazzjoni immultiplikat b’26), għalkemm għandu jkun innutat li l-ishma fis-suq ta’ l-importazzjoni ta’ l-Indja kienu għadhom f’livell de minimis f’dak iż-żmien, u bejn l-2000 u l-2001, meta l-volum immultiplika b’10. B’konsegwenza ta’ dan, skond il-Eurostat, l-Indja fl-2001 u waqt l-IP, saret it-tieni l-aktar kumpannija importanti ta’ l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità.

    Importazzjoni | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | IP |

    CD-Rs (f”000 unità) | 1184 | 712 | 18462 | 179904 | 196091 |

    Indiċi | 100 | 60 | 1559 | 15196 | 16563 |

    (56) L-ishma fis-suq miżmuma mill-pajjiż ikkonċernat tela’ minn żero għal 9 % bejn l-1998 u l-IP. Iż-żieda kienet partikolarment evidenti bejn l-2000 u l-2001 meta telgħet b’ 6 punti perċentwali.

    (57) It-tkabbir ta’ l-ishma fis-suq ta’ l-Indja għandu jkun ikkunsidrat fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tkabbir ta’ l-ishma fis-suq ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu mill-1998 sa’ l-IP. Waqt li l-ishma fis-suq ta’ l-Indja żdied b’ 9 punti perċentwali matul il-perjodu kkonċernat, l-industrija tal-Komunità żdiedet biss b’ 3,7 punti perċentwali matul l-istess perjodu.

    Ishma fis-suq | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | IP |

    CD-Rs | 0 % | 0 % | 1 % | 7 % | 9 % |

    (b) Evoluzzjoni tal-prezzijiet

    (58) Il-medja tal-prezz ta’ l-importazzjoni ta’ CD-Rs mill-Indja l-ewwel żdied sinifikament bejn 1998 u 1999. Madankollu, din iż-żieda fil-prezzijiet probabbilment ma kienitx rappreżentattiva ħafna meta jkun kkunsidrati l-kwantitajiet żgħar li ġew esportati.

    (59) Mill-1999, il-prezzijiet baqgħu dejjem jonqsu sa l-2000 (b’ total ta’ 77 % matul dan il-perjodu) qabel ma jerġgħu jiżdiedu, anke jekk biss b’ 17 %, bejn l-2001 u l-IP fejn instabu li kienu madwar 0,33 euro għal kull unità. Sussegwentament, mill-2000 sa l-2001, il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni reġgħu naqqsu bil-kbir. Dan kien akkumpanjat b’żieda daqstant oħra kbira fil-volum ta’ l-importazzjoni mill-Indja. It-tnaqqis fil-prezzijiet mill-2000 sa’ l-aħħar ta’ l-IP b’kollox kien jammonta għal 59 %.

    Prezzijiet ta’ l-unità | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | IP |

    CD-Rs (EUR/’000 unità) | 126 | 1227 | 823 | 285 | 334 |

    Indiċi | 100 | 975 | 654 | 226 | 265 |

    Bażi ta’ l-indiċi 100 fl-2000 | | | 100 | 35 | 41 |

    (60) Il-produtturi ta’ l-esportazzjoni li kkoperaw qalu li huma kienu l-uniċi produtturi ta’ l-esportazzjoni fl-Indja waqt l-IP, u li huma kienu taw bidu għall-produzzjoni tas-CD-Rs biss fl-1999. Minħabba dawn, il-figuri ta’ l-Eurostat użati mill-Kummissjoni kienu qarrieqa u ma provdewx il-bażi xierqa biex issir stima ta’ l-iżvilupp tal-prezzijiet ta’ l-Indja. Finalment, huma qalu li dan l-approċċ jwassal għal nuqqas fil-prezzijiet ta’ l-importazzjoni ta’ 59 % bejn l-2000 u l-IP li hi mkabbra artifiċjalment.

    (61) Madankollu, kif diġa’ msemmi f’premessa 10, l’analiżi tad-tendenzi relevanti għall-istima tad-danni jkopri perjodu itwal mill-IP (i.e. l-IIP). Barra dan, kif jidher hawn taħt, il-figuri tal-Eurostat iwasslu għal tendenza simili għal dik li tidher mill-figuri provvduti mill-produtturi ta’ l-esportazzjoni innifishom.

    (62) Tabilħaqq biex jkun evitat kull dubju rigward l-approċċ segwit, il-figuri provvduti mill-produtturi ta’ l-esportazzjoni ġew madanakollu eżaminati u huma ppreżentati hawn taħt f’forma ta’ indiċi, bil-ħsieb li dawn il-figui huma bbażati fuq is-sena fiskali i.e. minn April sa Marzu, kif oppost mis-sena kalendarja i.e. Jannar sa Diċembru.

    Indiċi | April 1997 Marzu 1998 | April 1998 Marzu 1999 | April 1999 Marzu 2000 Sena fiskali 2000 | April 2000 Marzu 2001 Sena fiskali 2001 | IP |

    Volumi | | | 100 | 711 | 2829 |

    Ishma fis-suq | 0 % | 0 % | 0 % | 5 %-10 % | 10 %-15 % |

    Prezzijiet ta’ l-untià | | | 100 | 38 | 46 |

    (63) Fuq din il-bażi, il-volum ta’ l-importazzjoni mill-produtturi ta’ l-Indja li jesportaw żdied b’mod drastiku minħabba li ġew immultiplikati b’28 bejn il-bidu tal-produzzjoni minn dan il-produttur ta’ l-esportazzjoni partikolari fl-1999 u l-IP, is-sehem fis-suq tiegħu tela’ minn żero għal aktar minn 10 % bejn l-2000 u l-IP u l-prezzijiet tal-bejgħ naqqsu b’54 % bejn l-2000 u l-IP.

    (64) It-tendenza hawn fuq indikata għall-perjodu mill-2000 sa l-IP kienet simili għal dawk misjuba fuq il-bażi tal-figuri tal-Eurostat għal dan il-perjodu simili. Barra dan, l-analiżi tad-danni hi magħmula fuq bażi li hi mifruxa mal-pajjiż u m’għandhix tkun ristretta għall-analiżi ta’ kumpannija individwali. Peress li ma jistax jkun eskluż li manifatturi oħra ta’ l-Indja li m’humiex magħrufa pproduċew u esportaw CD-Rs fil-Komunità waqt l-IIP, kien deċiż li tintuża l-Eurostat għat-tendenza relevanti għall-analiżi tad-danni. Madanakollu, l-konklużjonijiet b’rigward għad-danni kienu iffukati fuq il-perjodu 2000 sa l-IP, i.e. il-perjodu li matutlu l-produttur ikkonċernat attwarjament esporta. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, u għal raġunijiet imfissra hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel l-analiżi tad-danni fuq il-bażi tal-Eurostat.

    (ċ) Tnaqqis taħt il-prezz

    (65) Għal finijiet ta’ determinazzjoni ta’ tnaqqis taħt il-prezz id-data tal-prezzijiet li kienet ivverifikata u li tirreferi għall-IP kienet analiżżata. Il-prezzijiet tal-bejgħ relevanti ta’ l-industrija tal-Komunità huma prezzijiet netti wara t-tnaqqis ta’ skonti, nżul fil-prezz u taxxa fuq il-bejgħ (levies). Fejn neċessarju dawn il-prezzijiet kienu aġġustati għal livell ta’ ex-xogħolijiet, i.e. bl-esklużjoni ta’ l-ispejjeż tat-togħbija fi ħdan il-Komunità. Prezzijiet ikkomparati ta’ l-importazzjoni ta’ l-Indja huma wkoll netti għal tnaqqis u skonti u huma aġġustati fejn neċessarju għal fruntiera tal-Komunità cif.

    (66) Wara l-kjarifikazzjoni rikjesta mill-produttur ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Indja huwa ikkonfermat kif imsemmi hawn fuq (ara premessa 65), li fej hu xieraw, xi aġġustament kien magħml għal prezzijiet tal-bejgħ tal-Komunità sabiex ikunu ridotti t-taxxi fuq il-bejgħ (levies) tad-dritt ta’ l-awtur.

    (67) Ibbażati fuq it-tweġibiet għall-kwestjonarju, familji differenti tal-prodott tas-CD-Rs jistgħu jkunu definiti għal raġunijiet ta’ paragun ibbażati fuq il-kriterji li ġejjin: il-kapaċità tal-ħażna, t-tip ta’ data rrekordjata, n-natura tas-saff li jiffletti, l-istampar u l-ippakkjar. Bħal fil-każ preċedenti tat-Taiwan, il-karatteristiċi fisiċi tas-CD-Rs madankollu kienu misjuba li għadhom influenza inqas deċiżiva fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tas-CD-Rs, filwaqt li l-ippakkjar kien ippruvat li hu kriterju partikolarment influwenti għal raġunijiet ta’ paragun.

    (68) Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni tal-produtturi ta’ l-esportazzjoni ta’l-Indja kienu mqabbla ma’livell ta’ ex-xogħlijiet u l-fruntiera tal-Komunità rispettivament u lil klijenti indipendenti fi ħdan is suq tal-Komunità, aġġustati kif xieraq fejn hu approprjat.

    (69) Fuq dik il-bażi, l-eżistenza tat-tnaqqis taħt il-prezz kien ssabbilit għall-importazzjoni mill-Indja. Il-livell ta’ tnaqqis taħt il-prezz, ippreżentat bħala perċentaġġ tal-medja tal-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità, kien ivarja mill-3,47 % sas-66,25 %. Il-peżati tal-prezz medju tat-tnaqqis taħt il-prezz marġini kien 17,69 %. Barra dan, minħabba t-telf li ġarrbet l-industrija tal-Komunità u l-inżul fil-prezzijiet, il-bejgħ ta’ oġġetti bi prezzijiet inqas milli jiswew tassew kien isstabilit b’mod sinifikattiv.

    (70) Il-produttur ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Indja sostna li l-paragun ma kienx magħmul fuq il-livell xieraq tal-kummerċ, peress li l-maġġoranza vasta ta’ l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità kienet tikkonċerna bejgħ lil Manifatturi ta’ Apparat Oriġinali ("OEM"), waqt li l-industrija tal-Komunità hi allegatament l-aktar mixħuta lejn il-utenti finali u l-ħwienet ta’ l-imnut.

    (71) Mill-bidu nett għandu jkun innutat li l-kumpannija mill-Indja iddefenit it-terminu OEM f’sens kemmxejn wiesgħa. Bħala eżempju, kien inkluż ukoll bejgħ lil kumpanniji li jimmanifatturaw prodotti oħra għajr CD-Rs u li jerġgħu jbiegħu dawn is-CD-Rs taħt it-trademark proprja tagħhom. Id-definizzjoni ta’ l-OEM użata mill-kumpannija ta’ l-Indja ma tikkorrispondix għal dik normalment użata mill-Istituzzjonijiet. Madankollu, anke jekk il-bejgħ lil OEM huma meħuda li għandhom it-tifsira wiesgħa li ngħatat lilha mill-kumpannija ta’ l-Indja, l-peżati tal-prezz medju tat-tnaqqis taħt il-prezz marġini misjub xorta waħda jkun sinifikanti, i.e. madwar 12 %.

    3. Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

    (a) Kumment preliminarju

    (i) Effett ta’dumping passat

    L-industrija tal-Komunità għada fil-proċess ta’ rkupru mill-effetti ta’ dumping passat ta’ l-importazzjoni ta’ CD-Rs li joriġinaw mit-Taiwan. Tabilħaqq, peress li Regolament (EC) Nru 1050/2002 [5] li jimponi miżuri definittivi kontra l-importazzjoni mit-Taiwan daħal fis-seħħ biss reċentament (f’Ġunju 2002), l-industrija tal-Komunità għada mhix kapaċi li tirkupra bis-sħiħ.

    (ii) Il-bidu tal-produzzjoni ta’ CD-Rs’ fil-Komunità

    (72) Kif imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru 2479/2001 tas-17 ta’ Diċembru 2001 li jimponi dazji proviżżorji kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw mit-Taiwan [6] li għandha x’taqsam ma’ CD-Rs mit-Taiwan, l-ewwel mewġa ta’ installazzjoni ta’ faċiliajiet ġodda Ewropej tista’ tkun madwar l-1997, li għalhekk għandha tkun ikkunsidrata bħala s-sena tal-punt ta’ tluq b’infiq tal-produzzjoni għal kull unità inevitabbilment għoli u b’kapaċità baxxa għall-utilazzjoni. Wara li nkisbet skala raġoneli ta’ produzzjoni u wara t-tnaqqis konsiderevoli fl-infiq tal-produzzjoni, l-prospetti għal din l-industrija kienu favorevoli fl-1999. Dan ġibed aktar investimenti u dħul ġodda fis-suq. Barra dan il-kondizzjoni straordinarja tas-suq msemmija diġa’ f’premessa 54 għandha tkun mfakkra. Iż-żieda tal-konsum tal-Komunità kien spettakolari matul il-perjodu kkunsidrat u dan jispjega il-għaliex numru ta’ indikaturi, bħal inter alia l-produzzjoni jew il-volum tal-bejgħ juru tkabbir għoli.

    (b) Produzzjoni, kapaċità u kapaċità ta’ l-utilizzazzjoni

    | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | IP |

    (73) Minħabba l-espansjoni tal-konsum tal-Komunità, l-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità tas-CD-Rs kibret kontinwament matul il-perjodu kkunsidrat peress li żdiedet b’medja ta’ 80 miljun unità kull sena bejn l-1998 u l-IP. Iż-żieda kienet partikolarment għolja bejn l-1999 u l-2000 (+ 74 %) u bejn l-2000 u l-2001 (+ 30 %), iżda naqqset waqt l-IP (+ 4 %).

    (74) Il-kapaċità tal-produzzjoni kient skond it-tendenza simili għal produzzjoni. Kienet immultiplikata b’5 bejn l-1998 u l-IP. Mill-1998 sa l-aħħar ta’ l-1999, iż-żieda fil-kapaċità kienet l-aktar dovuta għall-investimenti importanti fil-makkinarju u t-tagħmir, li saru wara l-perjodu tal-punt tat-tluq u li kienu skond iż-żieda esponenzjali fil-konsum. Sa mill-2001 madankollu, ż-żieda fil-kapaċità kienet limitata u tista’ tkun ispjegata l-aktar b’investimenti biex il-makkinarju ta’ l-ewwel ġenerazzjoni jkun midbul b’makkinarju ġdid u tagħmir aktar effiċenti.

    (75) Bħala konsegwenza ta’ l-evoluzzjoni parallela tal-produzzjoni u tal-kapaċità, l-utilità tal-kapaċità żdiedet b’anqas minn 3 punti perċentwali bejn l-1998 u l-IP.

    (ċ) Il-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-fatturi li jaffetwaw il-prezzijiet, is-sehem fis-suq u t-tkabbir

    Bejgħ fil-Komunità | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | IP |

    Volum (f”000 unità) | 44621 | 124041 | 168594 | 279445 | 296743 |

    Indiċi | 100 | 278 | 378 | 626 | 665 |

    Ishma fis-suq | 9,7 % | 10,6 % | 8,4 % | 11,4 % | 13,4 % |

    Indiċi | 100 | 109 | 86 | 117 | 138 |

    Prezzijiet tal-bejgħ (EUR/’000 unità) | 997 | 941 | 633 | 417 | 406 |

    Indiċi | 100 | 94 | 63 | 42 | 41 |

    (76) Il-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità kiber b’mod sinifikattiv matul il-perjodu kkunsidrat. Mill-1998 sa l-IP, il-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità bħala volum kienu multiplikati b’6,6 jiġifieri b’żieda ta’ madwar 250 miljun unità. Din iż-żieda fil-volum tal-bejgħ għandha madankollu tkun ikkunsidrata fid-dawl ta’ l-evoluzzjoni tal-konsum tal-Komunità li żdied b’ 1759 miljun unità matul il-perjodu kkunsidrat. Għandu jkun innutat, madankollu, li waqt li l-volumi żdiedu b’66 % bejn l-2000 u l-2001, dawn żdiedu biss b’ 6 % fl-IP kif ipparagunati ma’ l-2001.

    (77) Il-prezzijiet tal-bejgħ medji fl-industrija tal-Komunità naqqsu b’59 % waqt il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis kien l-aktar evidenti bejn l-2000 u l-IP meta l-prezzijiet tal-bejgħ naqqsu b’36 %.

    (78) Meta jkun hemm evalwazzjoni tal-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi l-analiżi tiffoka primarjament fuq il-kontrazzjoni tad-domanda bejn l-2001 u l-IP u l-ispejjeż tal-produzzjoni. Peress li l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet ssussidjati kienu baxxi ħafna fis-suq tal-Komunità, huwa kkunsidrat li l-kontrazzjoni tad-domanda fiha nnifisha ma’ kellix impatt importanti fuq il-prezzijiet peress dan huwa l-aktar minħabba t-tnaqqis ta’ l-importazzjonijiet bi prezz baxx mit-Taiwan wara l-imposizzjoni tal-miżuri ta’ kontra d-dumping. Kif kien spjegat hawn taħt (ara premessa 90) in-nefqa tal-produzzjoni naqqset kontinwament bejn l-1998 u l-IP. Normalment, f’kondizzjonijiet ġusti tas-suq, dan it-tnaqqis fl-ispejjeż għandu jkollu impatt dirett fuq il-profitabilità. Madankollu, dan ma kienx il-każ peress kif jidher f’premessa 91 il-profitabilità kient posittiva darba biss fl-1999 u baqgħet negattiva sa l-IP.

    (79) L-industrija tal-Komunità żiedet 3,7 punti perċentwali tas-sehem fis-suq bejn l-1998 u l-IP meta l-bejgħ tagħhom kien jirrapreżenta 13,4 % tal-konsum tal-Komunità.

    (d) Ħażniet

    (80) Ħażniet ta’ CD-Rs b’manifattura proprja żdiedet b’mod sinifikattiv lejn l-aħħar ta’ l-1999 u b’livell aktar ogħli lejn l-aħħar ta’ l-2001. Dan hu dovut għal fatt li l-volum tal-bejgħ żdied anqas milli previst. Ħażniet, espressi bħala perċentwali ta’ produzzjoni ta’ CD-Rs, laħħqu l-15 % waqt l-IP.

    Ħażniet | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | IP |

    f”000 unità | 6976 | 18763 | 64724 | 66956 | 58817 |

    Indiċi | 100 | 269 | 928 | 960 | 843 |

    (81) Il-produttur ta’ l-esportazzjoni argumenta li l-evalwazzjoni tal-ħażniet magħmula mill-Kummissjoni mhix korretta peress li l-figuri jkunu jinkludu l-livell tal-ħażna ta’ tlett kumpanniji konnessi mal-manifatturi tat-Taiwan u li dawn il-kumpanniji jkunu żiedu l-ħażna tagħhom ta’ CD-Rs b’manifattura proprja sabiex jassorbu l-kwantitjiet kbar ta’ CD-Rs importati mit-Taiwan qabel l-imposizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping.

    (82) L-ewwel nett, għandu jkun imfakkar li waħda mill-kumpanniji msemmija mill-produttur ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Indja ma kienitx inkluża fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità għaliex naqqset milli tikkopera suffiċentament fl-investigazzjoni.

    (83) Għal waħda miż-żewġ kumpanniji l-oħra msemmija mill-produttur ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Indja, il-ħażna ta’ CD-Rs b’manifattura proprja, meta bdiet tixtri l-prodott ikkonċernat, kienet l-aktar waħda baxxa għal perjodu kollu ta’ l-1998 sa l-IP u l-parti tagħha fil-figuri totali tal-ħażna ta’ l-industrija tal-Komunità hija negliġibbli. Għalhekk, il-ħażniet ta’CD-Rs b’manifattura proprja ma kienux miżjuda artifiċjalment mix-xirjiet tagħha u barra dan, ma nfluwenzawx b’mod sinifikattiv il-figuri ta’ l-evoluzzjoni tal-ħażna ta’ l-industrija tal-Komunità.

    (84) Għat-tielet kumpannija, għandu jkun innutat li din ta’ l-aħħar daħlet fis-suq tas-CD-Rs biss fl-2000 u kellha taderixxi mad-domanda b’prodotti mixtrija qabel ma l-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħha setgħu jkunu operati bis-sħiħ. Dan hu kkonfermat bil-fatt li l-kapaċità ta’ l-utilizzazzjoni tal-produzzjoni tagħha kienet dik l-aktar għolja tal-perjodu kollu kkunsidrat meta hi bdiet tixtri, għalhekk ma kellha l-ebda għażla ħlief li tissodisfa xi domanda addizzjonali mix-xirjiet tagħha.

    (85) Kien argumentat ukoll li waħda minn dawn il-kumpanniji kienet ħa tnaqqas il-produzzjoni tagħha deliberatament biex tassorbi ix-xirjiet tagħha tas-CD-Rs mit-Taiwan li saru qabel l-imposizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping.

    (86) Madankollu, għandu jkun innutat li x-xirjiet minn din il-kumpannija bdew ħafna qabel l-inizjazzjoni ta’ l-investigazzjoni ta’ kontra d-dumping fit-Taiwan (i.e. fl-2000 meta l-inizjazzjoni kienet ippubblikata fl-2001). M’huwiex għalhekk probabbli li dawn ix-xirjiet ġew magħmula biex jkun evitat il-ħlas ta’ dazji ta’ kontra d-dumping u aktar għandhom jitqiesu bħala mezz għal din il-kumpannija biex tkompli s-sensiela ta’ prodotti li jixtieħbu. Barra dan, dawn ix-xirjiet naqqsu b’aktar minn 25 % bejn l-2000 u l-2001.

    (87) Fl-aħħar nett, il-produttur ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Indja sostna li għalkemm il-ħażniet ta’ l-industrija tal-Komunità meqjusa bħala perċentaġġ tal-produzzjoni tiegħu tas-CD-Rs, kienu jaslu sa 15 % waqt l-IP, figura ta’ 20 % kient msemmija għall-2000 fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2479/2001 li timponi miżuri fuq it-Taiwan, u għalhekk twassal għal meljorament ta’ 25 % fil-livell tal-ħażniet bejn l-20000 u l-IP.

    (88) F’dan ir-rigward, għalkemm meljorament żgħir seħħ bejn l-2000 u l-IP, xorta huwa l-bogħod minn meljorament ta’ 25 % kif sostna l-produttur ta’ l-esportazzjoni u barra dan għandu jkun innutat li l-figuri miż-żewġ investigazzjonijiet m’humiex komparabbli, peress li d-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità mhix l-istess f’dawn l-investigazzjonijiet.

    (89) Għal dawn ir-raġunijiet kollha hawn fuq imsemmija, l-argumenti kienu miċħuda.

    (e) L-ispiża tal-produzzjoni u profitabilità

    (90) L-ispiża ta’ l-unità totali naqqset b’mod sinifikattiv (i.e. bil-55 %) bejn l-1998 u l-IP. Bħala riżultat tal-meljoramenti u l-bidliet żgħar biex jitjieb il-proċess tal-produzzjoni, l-industrija tal-Komunità rnexxilha tnaqqas kontinwament l-ispiża tagħha tal-manifattura, li waqt l-IP kienet tirrapreżenta madwar 80 % ta’ l-ispiża totali tal-produzzjoni tas-CD-Rs.

    (91) Minkejja l-isforzi biex ittejjeb il-kompetività tagħha billi tnaqqas l-ispejjez, il-profitt ta’l-industrija tal-Komunità naqas b’9 punti perċentwali bejn l-1998 u l-IP. L-ewwel ma kien hemm meljorament kien bejn l-1998 u l-1999 fejn dan kien pożittiv. Imbagħad fl-2000 regħġet marret lura għall-istess livell ta’ telf bħal fl-1998 (i.e. - 1 %), naqqset bi 11-il punt perċentwali oħra fl-2001 u kienet f’telf ta’ 11 % fl-IP. In-nuqqas sinifikattiv fl-ispejjeż li seħħ bejn l-2000 u l-IP (i.e. – 30 %) ma kienx għalhekk suffiċenti biex jikkompensa għan-nuqqas fil-prezz ta’ 36 % li seħħ matul l-istess perjodu.

    | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | IP |

    L-ispiża tal-produzzjoni (f’ECU/EUR għal kull CD) | 1,01 | 0,75 | 0,64 | 0,47 | 0,45 |

    Indiċi | 100 | 75 | 63 | 47 | 45 |

    Profitabilità | – 1,11 % | 19,93 % | – 1,03 % | – 12,59 % | – 10,93 % |

    (f) Investimenti, prospett fuq investiment, fluss ta’ flus u l-abilità taż-żieda fil-kapital

    | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | IP |

    Investimenti (f”000 ECU/EUR) | 29410 | 58666 | 34586 | 12710 | 14317 |

    Indiċi | 100 | 199 | 118 | 43 | 49 |

    Prospett fuq investiment | – 1 % | 27 % | – 1 % | – 19 % | – 18 % |

    Fluss ta’ flus (f”000 ECU/EUR)) | 8983 | 38643 | 20510 | 6667 | 6472 |

    (92) Investimenti kbar saru matul l-1998, meta l-industrija tal-Komunità kienet għadha f’fażi ta’ punt ta’ tluq u parti mill-2000 meta seħħet it-tieni mewġa ta’ investimenti, inspirata minn kondizzjonijiet favorevoli tas-suq li kienu jeżistu fiż-żmien meta saru l-istimi ta’ l-investiment.

    (93) Minħabba t-tibdil drammatiku fil-kondizzjonijiet tas-suq u aktar speċifikament in-nuqqas fil-prezzijiet tal-bejgħ tas-suq, deċiżjonijiet ġodda ta’ l-investiment fl-2000 kienu differiti jew ikkanċellati, minkejja aktar tkabbir tal-konsum tal-Komunità.

    (94) Il-produttur ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Indja sostna li l-figuri ta’ l-investiment ma kienux konsistenti ma dawk relatati għal produzzjoni u l-kapaċità li juru tendenza li dejjem tiżdied. Barra dan hu argumenta li l-figuri ta’ l-investiment huma biss 14-il miljun EUR għall-IP billi skond it-tweġiba ta’ furnatur ta’ makkinarju għall-kwestjonarju li mhux kunfidenzjali, dan ta’ l-aħħar kien ikun qed ibiegħ waħdu, tagħmir lil produtturi Ewropej tas-CD-Rs għal total ta’ 17-il miljun EUR waqt l-IP.

    (95) L-ewwel nett, għandu jkun mfakkar li hemm differenza bejn investiment u evoluzzjoni tal-produzzjoni peress li jgħaddu ħafna xhur bejn ix-xiri tat-tagħmir u l-bidu tal-produzzjoni. Barra dan, iż-żieda fil-produzzjoni tirriżulta wkoll minn bidliet żgħar u meljoramenti għal proċess tal-produzzjoni u mhux neċessarjament biss mit-tagħmir il-ġdid. B’rigward għal kapaċità, għandu jkun innutat li l-kapaċità wżata bħala indikatur għal ħsara hi l-kapaċità teknika li tinbidel minn sena għal oħra minħabba l-problemi tekniċi u/jew id-deċiżjonijiet ta’ l-amministrazzjoni bbażati fuq proġettazzjoni tas-suq, mingħajr ma jħallu impatt fuq in-numru ta’ makkinarju.

    (96) It-tieni nett, b’rigward għal furnatur, il-visita ta’ verifikazzjoni fuq il-post tiegħu wriet li l-figuri rrapurtati fit-tweġiba tiegħu għal kwestjonarju ma setgħux jkunu mqabbla direttament mal-figuri ta’ l-investiment ta’ l-industrija tal-Komunità u kienu żbaljati peress li, l-ewwel nett inkludew klijenti Ewropej u mhux biss produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità u t-tieni nett, inkludew mhux biss bejgħ lil fornituri ta’ CD-Rs iżda wkoll lil tipi oħra ta’ klijenti produtturi ta’ diski ottiċi.

    (97) Il-prospett fuq l-investiment, imfisser bħala r-relazzjoni bejn il-profitt nett ta’ l-industrija tal-Komunità u l-valur nett kif imniżżel fil-kotba ta’ l-investimenti tagħha, segwew it-tendenza tal-profitabilità u naqqsu minn - 1 % fl-1998 sa - 18 % waqt l-IP.

    (98) Għalkemm il-fluss ta’ flus ta’ l-industrija tal-Komunità baqa’ posittiv, madankollu dan ma kienx suffiċenti biex isostni d-deprezzament, l-aġġustamenti fil-valur u dispożizzjonijiet. Il-fluss ta’ flus ilu fit-tnaqqis kontinwu sa mill-1999.

    (99) L-investigazzjoni stabbiliet li saret aktar u aktar diffiċli għall-industrija tal-Komunità biex ittella’ l-kapital matul il-perjodu kkunsidrat minħabba is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, u b’mod partikolari minħabba d-deterjorament tal-profitabbilità tagħha.

    (g) Impieg, produttività u pagi

    | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | IP |

    Impieg | 409 | 658 | 885 | 967 | 984 |

    Indiċi | 100 | 161 | 216 | 236 | 241 |

    Nefqa medja ta’ l-impieg għal kull impjegat (f”000 ECU/EUR) | 30 | 33 | 34 | 34 | 39 |

    Indiċi | 100 | 108 | 114 | 114 | 129 |

    Produttività (CDs għal kull impjegat) | 185 | 262 | 338 | 403 | 410 |

    Indiċi | 100 | 141 | 182 | 217 | 221 |

    (100) L-impieg għal prodott taħt konsiderazzjoni aktar milli rdoppja matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda mxiet ma’ l-installazzjoni ta’ kapaċità ġdida. Il-produttività għal kull impjegat żdiedet ukoll kontinwament bejn l-1998 u l-IP meta nstab li kienet importanti d-doppju ta’ dak li kienet fl-1998. Il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b’29 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    (h) Il-kobor tas-sussidju

    (101) Meta tqis kemm il-volum għoli u l-prezzijiet baxxi ta’ l-importazzjoni mill-Indja, l-impatt fuq is-sussidju fuq l-industrija tal-Komunità ma jistax jkun ikkunsidrat negliġibbli.

    4. Konklużjoni fuq ħsara

    (102) Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum ta’ importazzjoni bi prezz baxx mill-Indja żdied b’mod sinifikattiv. Is-sehem fis-suq tagħhom żdied minn żero sa 9 %, għalkemm il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni ta’ l-Indja żdiedu matul is-snin 1998-1999, dawn naqqsu sussegwentament għalkemm mhux għall-livelli tagħhom ta’ l-1998. Ta’ min jinnota li ż-żieda fl-importazzjoni ta’ l-Indja u n-nuqqas fil-prezzijiet tal-bejgħ kienu partikolarment ippronunzjati bejn l-2000 u l-IP. Il-volumi ta’ l-importazzjoni matul dak il-perjodu mmultiplikaw b’10 u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni naqsu b’59 %, u b’hekk irrenda inqas stabbli l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità (li kienu qed jagħmlu telf) b’madwar medja ta’ 17,7 % waqt l-IP.

    (103) Xi indikaturi ekonomiċi li jappartenu għas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, bħal l-produzzjoni ta’ CD-Rs, il-kapaċità tal-produzzjoni nstallata u l-kapaċità ta’ l-utilità, l-volum tal-bejgħ, is-sehem tas-suq, l-ispiża tal-produzzjoni, impieg u produttività, wrew żviluppi posittivi matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dawn l-iżviluppi pożittivi kienu aktar milli bbilanċjati b’numru ta’ indikaturi oħra li qalbu għall-agħar b’mod drammatiku matul l-istess perjodu bħall-prezzijiet tal-bejgħ medji, ħażniet, investimenti, profitabilità, prospett fuq investimenti u fluss ta’ flus.

    (104) Ir-riduzzjoni fl-ispiża tal-produzzjoni konnessa maż-żieda fil-prduttività, ħalliet l-industrija tal-Komunità tikseb probitabilità fl-1999, iżda aktar riduzzjonijiet fl-ispejjeż ma kienux suffiċjenti biex jikkompensaw għat-tnaqqis sinifikattiv fil-prezzijiet tal-bejgħ li jwasslu għal telf finanzjarju sustanzjali matul l-IP.

    (105) Meta jkunu meqjusa li l-fatturi kollha hawn fuq imsemmija, b’mod partikolari l-fatt li l-industrija tal-Komunità ma tħallitx tibbenefika mit-tnaqqis fl-ispejjez tagħha, li l-programmi ta’ l-investiment għas-CD-Rs kien imnaqqas b’mod sinifikattiv minħabba t-tendenza dejjem tonqos tal-prezzijiet tal-bejgħ, li l-prezzijiet baxxi tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità kienu magħmula inqas stabbli bl-importazzjonijiet ta’ l-Indja u t-telf finanzjarju matul l-IP, għandu jkun ikkunsidrat li l-industrija tal-Komunità sofriet ħsara materjali.

    F. KAWŻAR TA’ ĦSARA

    1. Daħla

    (106) Skond l-Artikolu 8(6) u (7) tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk l-importazzjoni sussidjata tas-CD-Rs li toriġina mill-Indja ikkawżatx ħsara lill-industrija tal-Komunità sal-punt li tippermetti li tkun ikklassifikata bħala materjali. Fatturi oħra magħrufa għajr l-importazzjoni sussidjata, li jistgħu jkunu fl-istess waqt qed jagħmlu ħsara lil-industrija tal-Komunità, kienu eżaminati wkoll biex jiżguraw li xi ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi ma tkunx attribwita għall-importazzjoni sussidjata.

    (107) Meta tkun analiżżata r-rabta każwali, għandu jkun imfakkar li aktar kmieni kien konkluż li l-importazzjoni li toriġina mit-Taiwan ikkawżat ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità. Il-perjodu ta’ investigazzjoni li jikkonċerna l-investigazzjoni tat-Taiwan kienet is-sena kalendarja 2000 u miżuri proviżżorji fuq l-importazzjoni li toriġina mit-Taiwan kienu imposti f’Diċembru 2001. Madankollu, importazzjonijiet mill-Indja kienu preżenti fis-suq tal-Komunità f’volumi sinifikattivi fl-2001 u l-IP, fi kliem ieħor ftit wara l-IP għall-proċediment tat-Taiwan. Minħabba dan l-iżvilupp matul iż-żmien, il-konklużjonijiet fil-każ preżenti għandhom jitqiesu flimkien mal-konklużjonijiet fil-proċediment tat-Taiwan.

    2. L-effett ta’ l-importazzjoni sussidjata

    (108) Il-konsum tal-Komunità tas-CD-Rs żdied drammatikament matul il-perjodu kkunsidrat minn 456-il miljun CD-Rs fl-1998 għal 2213-il miljun CD-Rs matul l-IP. Bejgħ fl-industrija tal-Komunità żdied bl-istess pass, billi importazzjoni ssusidjata li toriġina mill-Indja żdiedet b’mod sinifikattiv l-aktar matul l-istess perjodu, tlaħħaq mal-196 miljun unità fl-IP, li tikkorrispondi għal żieda tas-sehem tas-suq minn 0 % sa 9 %. Matul l-istess perjodu, l-industrija tal-Komunità żiedet is-sehem tagħha tas-suq b’3,7 punti perċentwali biss i.e. minn 9,7 % għal 13,4 %, biex tikkorrispondi ma’ bejgħ ta’ 297 million unità fl-IP. Barra dan, l-importazzjonijiet mill-Indja assumew parti mis-sehem tas-suq li tilef it-Taiwan, wara li dazji proviżżorji kienu imposti f’Diċembru 2001.

    (109) Għalkemm il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni ta’ l-Indja żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, għandu jkun imfakkar li l-volumi importati mill-Indja ma kienux sinifikattivi sa l-aħħar tas-sena 2000 meta l-volum ta’ l-importazzjoni beda jiżdied konsiderevolment. Bejn is-sena 2000 meta l-importazzjoni ta’ l-Indja laħqet għall-ewwel darba 1 % tal-konsum tal-Komunità u l-IP meta kienu jirrapreżentaw 9 % tal-konsum tal-Komunità, prezzijiet ta’ l-importazzjoni ta’ l-Indja naqqsu b’ 59 %. Skond il-figuri tal-Eurostat, il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni ta’ l-Indja kienu fl-2001, 32 % taħt il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità. Fl-IP, kienu għadhom 18 % taħt il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità u l-marġini medja misjuba ta’ prezz inqas stabbli kien madwar 17,7 %.

    (110) Barra dan, għalkemm il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni ta’ l-Indja żdiedu b’17 % bejn 2001 u l-IP, għandu jkun imfakkar li din iż-żieda ma kienitx suffiċenti biex tikkompensa għan-nuqqas kbir fil-prezzijiet ta’ 65 % li seħħ bejn 2000 u 2001. It-tendenza tal-prezz ġenerali li tirriżulta turi riduzzjoni sostanzjali, li anke meta tkun ikkunsidrata l-espansjoni sinifikanti tal-konsum tal-Komunità, tindika effett negattiv fuq is-suq. Barra dan, din iż-żieda fil-prezzijiet hi negliġibbli meta mqabbla maż-żieda fil-volum (multiplikata b’10 bejn 2000 u l-IP) li l-prezzijiet tas-sena 2000 ippermettew li tikseb l-importazzjoni ta’ l-Indja. Finalment, dan l-għaġir fil-prezzijiet ippermetta li l-importazzjoni ta’ l-Indja tottjeni 9 % mis-sehem tas-suq tal-Komunità fi żmien sentejn.

    (111) Il-produttur ta’ l-Indja li jesporta ma qabilx ma din l-analiżi u ssottolineja li l-importazzjoni ta’ l-Indja saret sinifikanti biss wara 2000 u li bejn l-2000 u l-IP, l-industrija tal-Komunità akkwistat 5 punti perċentwali tas-sehem tas-suq. Hu kkuntesta l-fatt ukoll li l-prezzijiet ta’ l-Indja naqsu b’59 % bejn 2000 u l-IP, u allega li n-nuqqas kien artifiċjalment istimat inqas mill-valur proprju minħabba l-użu tal-figuri tal-Eurostat. Għall-istess raġunijiet, hu ma qabilx man-nuqqas ta’ 65 % fil-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-Indja bejn l-2000 u l-2001.

    (112) Għalkemm huwa veru li bejn l-2000 u l-IP, is-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità żdied b’5 punti perċentwali, u li s-sehem tas-suq ta’ l-Indja matul l-istess perjodu żdied aktar, jiġifieri b’8 punti perċentwali. B’rigward tal-prezzijiet, instab f’premessa 63 li anke meta jkunu ikkunsidrati l-figuri tal-produttur ta’ l-esportazzjoni innifsu, n-nuqqas fil-prezzijiet tiegħu bejn l-2000 u l-2001 u bejn l-2000 u l-IP kienu qrib ħafna għar-riżultati miksuba fuq il-bażi tal-figuri tal-Eurostat. Peress li jekk jintużaw il-figuri tal-produttur innifsu ma jbiddilx materjalment it-tendenza tal-prezzijiet, il-pretensjoni għalhekk kienet miċħuda.

    (113) Kien konkluż għalhekk li l-pressjoni sinifikament l-isfel tal-prezzijiet kienet eżerċitata bl-importazzjoni mill-Indja fis-suq tal-Komunità sa mill-2000, u li dawn l-importazzjonijiet issusidjati bi prezz baxx kellhom effett sinfikament negattiv fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità immarkata b’telf u t-tnaqqis konsegwenzali fl-investiment.

    3. L-impatt ta’ fatturi oħra

    (a) L-iżvilupp tal-konsum

    (114) Matul il-perjodu kkunsidrat il-konsum tal-Komunità żdied b’madwar 1759-il miljun unità. L-iżvilupp tal-konsum għaldaqstant ma tax kontribuzzjoni għall-ħsara li sofriet l-industrija tal-Komunità.

    (b) L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

    (115) Kien ikkunsidrat jekk fatturi oħra, għajr l-importazzjonijiet issusidjati mill-Indja, setawx iwasslu jew jikkontribwixxu għall-ħsara li sofriet l-industrija tal-Komunità u speċjlament jekk importazzjoniet minn pajjiżi oħra għajr l-Indja setawx iwasslu għal-sitwazzjoni ta’ ħsara.

    (i) Taiwan

    (116) B’dak li jirrigwarda importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, dan kien diġa’ ddeterminat b’Regolament (KE) Nru 1050/2002, li importazzjonijiet ta’ prodotti simili mit-Taiwan kienu mixtrija taħt il-prezz u kkawżaw ħsara materjali lil-industrija tal-Komunità bejn l-1997 u l-2000. Importazzjonijiet mit-Taiwan żdiedu bejn l-2000 u l-2001 u naqqsu bi ftit bejn l-2001 u l-IP. Għalkemm il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tal-proċedura ta’ kontra d-dumping li wasslet għall-imposizzjoni ta’ miżuri ta’ kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ CD-Rs li joriġinaw mit-Taiwan kienet is-sena 2000, peress li d-dazji provissorji ta’ kontra d-dumping kienu imposti biss f’Diċembru ta’ l-2001, ma jistgħax ikun eskluż li importazzjonijiet mit-Taiwan kienu mixtrija wkoll bi prezz baxx fl-2001 sa Diċembru u għalhekk ikkawżaw parti mil-ħsara li sofriet l-industrija tal-Komunità bejn l-2000 u parti mill-IP.

    (117) Kien allegat mill-produttur ta’ l-esportazzjoni li kopera li l-prezz fis-suq tal-Komunità hu sstabilit mill-produtturi tat-Taiwan, u li l-kumpannija ta’ l-Indja m’għandhix għażla ħlief li ssegwi. Madankollu, il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni ta’ l-Indja naqqsu sa tali punt li l-importazzjonijiet ta’ l-Indja ma kienux kapaċi biss li jiffaċċjaw il-kompetizzjoni mit-Taiwan iżda wkoll li jiggwadanjaw aktar minn 8 % tas-sehem mis-suq bejn l-2000 u l-IP u li jassumu parti mis-sehem fis-suq li tilef it-Taiwan bejn l-2001 u l-IP. F’suq ikkaratteriżżat b’trasparenza u elastiċità ta’ prezzijiet, prezzijiet baxxi ta’ l-importazzjonijiet ta’ l-Indja kellhom influwenza sinifikattiva fuq l-istabbiliment tal-prezzijiet fil-Komunità. Għalhekk, għalkemm l-importazzjonijiet mit-Taiwan influwenzaw lis-suq tal-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat, mill-inqas sa Diċembru 2001, ma kienux tali li jiksru r-rabta każwali bejn l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja u l-ħsara riżultanti li sofriet l-industrija tal-Komunità.

    (118) L-istess kumpannija sostniet ukoll li t-tnaqqis fil-prezzijiet fl-2001 jkun l-effett ta’ importazzjonijiet ta’ volumi kbar ta’ CD-Rs mit-Taiwan fl-aħħar kwart tas-sena 2001, fuq naħa waħda minħabba l-prospett ta’ imposizzjoni probabbli ta’ dazji ta’ kontra d-dumping fuq importazzjonijiet mit-Taiwan, u fuq in-naħa l-oħra peress li l-esportaturi tat-Taiwan jkunu ttrasportaw bil-baħar volumi kbar ta’ CD-Rs li minħabba l-karatteristiċi tekniċi baxxi tagħhom kien se jkun għadda żmienhom.

    Din il-kwistjonijiet kienet eżaminata u l-istatistiċi tal-Eurostat ta’ kull xahar kienu wżati bħala bażi.

    Fuq il-bażi tal-figuri tal-Eurostat f’tunnellata metrika, l-volumi importati kull xahar mit-Taiwan bejn Settembru u Diċembru 2001 kienu darbtejn akbar mill-volumi ta’ kull xahar importati matul il-ħames xhur ta’ qabel, i.e. minn April sa Awissu 2001. Fuq il-bażi tal-figuri tal-Eurostat ikkonvertiti f’numri t’unità, n-numru ta’ CD-Rs importati fil-Komunità mit-Taiwan kull xahar kien 72 % aktar ogħli bejn Settembru u Diċembru 2001 milli bejn April u Awissu 2001. Madankollu, l-prezzijiet ta’ l-unità għal kull biċċa nstab li kien fuq medja 15 % aktar ogħli matul l-aħħar erba’ xhur ta’ l-2001 milli bejn April u Awissu 2001. Għalhekk, għalkemm il-volumi żdiedu minn Settembru sa Diċembru 2001, dawn l-importazzjonijiet kienu magħmula wkoll b’prezzijiet aktar ogħlja. Din iż-żieda partikolari fil-volum bjen Settembru u Diċembru 2001 mhix daqstant li tikser ir-rabta każwali bejn l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja u l-ħsara sofruta mill-industrija tal-Komunità.

    Il-produttur ta’ l-Indja li jikkopera sostna wkoll li t-taħlita ta’ prodotti mill-importazzjoni tat-Taiwan tbiddlet f’daqqa waħda minn Settembru 2001 u li l-proporzjon tal-prodott gross aktar milli rdoppja għad-detriment ta’ prodotti ppakkjati, tant li wassal għal volumi aktar għoljin u prezzijiet t’unità aktar baxxi. Madankollu, din l-ipoteżi mhix sostanzjata peress li kien allegat mill-istess kumpannija li din iż-żieda fl-importazzjonijiet mit-Taiwan saret sabiex tillikwida l-ħażniet ta’ prodotti li jkun se jgħalaq żmienhom. Konsegwentament dawn il-prodotti bilfors li ġew immanifatturati, u għalhekk mibjugħa, qabel Settembru 2001 u jekk xi bidla fil-mudell ta’ l-ippakkjar seħħet tassew, din x’aktarx li bdiet ftit xhur qabel Settembru 2001. Aktar importanti, iżda, l-ebda prova ma kienet provduta biex tikkonferma din il-bidla fil-mudell ta’ l-esportazzjoni. L-argument kien għalhekk miċħud.

    (ii) Pajjiżi terzi oħra

    (119) F’dak li jirrigwarda pajjiżi oħra għajr it-Taiwan u l-Indja, l-volum ta’ l-importazzjoni tagħhom żdied bi ftit bejn l-1998 u l-IP (+ 3 %). Apparti mill-Indja u t-Taiwan, il-pajjiżi prinċipali l-oħra ta’ l-esportazzjoni huma l-Ġappun, il-Hong Kong, l-iSvizzera, ċ-Ċina u s-Singapor li kollha flimkien kellhom biss 10 % tas-sehem tas-suq waqt l-IP.

    (120) Partikolarment, importazzjonijiet mill-Ġappun, li tradizzjonalment kienu importanti peress li ż-żewġ kumpanniji Ġappuniżi (Sony u Tai Yuden) ivvintaw l-proċess tal-produzzjoni tas-CD-Rs (flimkien mal-Philips), naqas b’20 % u saru biss it-tielet l-aktar oriġini importanti ta’ l-importazzjoni fis-suq tal-Komunità waqt l-IP. Dawn kienu l-isfel wisq mill-livell ta’ l-importazzjoni tat-Taiwan u ta’ l-Indja.

    Importazzjonijiet (f”000 unità) | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | IP |

    Taiwan (kopert b’ Regolazzjoni (KE) Nru 1050/2002) | 111447 | 612539 | 1248133 | 1545258 | 1262327 |

    Indiċi | 100 | 550 | 1120 | 1387 | 1133 |

    Pajjiżi terzi oħra | 227330 | 296673 | 702865 | 220675 | 233546 |

    Indiċi | 100 | 131 | 309 | 97 | 103 |

    Li minnu:

    Il-Ġappun | 80089 | 128640 | 195903 | 59549 | 63916 |

    Indiċi | 100 | 161 | 245 | 74 | 80 |

    Hong Kong | 2414 | 6536 | 8678 | 29457 | 42210 |

    Indiċi | 100 | 271 | 359 | 1220 | 1748 |

    L-iSvizzera | 5086 | 8204 | 18139 | 40874 | 39316 |

    Indiċi | 100 | 161 | 357 | 804 | 773 |

    Iċ-Ċina | 845 | 3746 | 12352 | 25208 | 33793 |

    Indiċi | 100 | 443 | 1461 | 2982 | 3998 |

    Is-Singapor | 53267 | 71220 | 56863 | 29587 | 20248 |

    Indiċi | 100 | 134 | 107 | 56 | 38 |

    (121) Is-sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet f’pajjiżi terzi għajr it-Taiwan u l-Indja naqas b’39 punti perċentwali bejn l-1998 u l-IP fejn instab li kienu 11 %. Għaldaqstant, importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi terzi ma setgħux jkissru r-rabta każwali bejn l-importazzjonijiet issussidjati u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

    Ishma fis-suq | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | IP |

    Taiwan (kopert bir-Regolament (KE) Nru 1050/2002) | 24 % | 52 % | 62 % | 63 % | 57 % |

    Indiċi | 100 | 215 | 255 | 259 | 234 |

    Pajjiżi terzi oħra | 50 % | 25 % | 35 % | 9 % | 11 % |

    Indiċi | 100 | 51 | 70 | 18 | 21 |

    Mill-liema

    Ġappun | 17 % | 11 % | 10 % | 2 % | 3 % |

    L-indiċi tal- | 100 | 63 | 56 | 14 | 17 |

    Hong Kong | 1 % | 1 % | 0 % | 1 % | 2 % |

    L-indiċi tal- | 100 | 106 | 82 | 228 | 362 |

    L-iSvizzera | 1 % | 1 % | 1 % | 2 % | 2 % |

    Indiċi | 100 | 63 | 81 | 150 | 160 |

    Iċ-Ċina | 0 % | 0 % | 1 % | 1 % | 2 % |

    Indiċi | 100 | 173 | 333 | 556 | 827 |

    Singapor | 12 % | 6 % | 3 % | 1 % | 1 % |

    L-indiċi tas- | 100 | 52 | 24 | 10 | 8 |

    Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet f’pajjiżi terzi m’humiex koperti b’miżuri ta’ kontra d-dumping mnaqqsa b’22 % bejn l-1998 u l-IP anke jekk it-tendenza hi differenti minn pajjiż għall-ieħor. Għalkemm il-prezz medju ta’ ċerti pajjiżi terzi jidher li hu aktar baxx minn prezzijiet ta’ l-Indja, l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni ta’ l-Indja huma fuq medja 34 % taħt il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi għajr mit-Taiwan. B’rigward b’mod aktar partikolari l-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Hong Kong, l-Isvizzera u ċ-Ċina li nstabu li huma aktar baxxi minn prezzijiet ta’ l-Indja matul l-IP, għandu jkun innutat li importazzjonijiet mill-Indja huma minn 5 sa 6 darbiet akbar fil-volum mill-importazzjonijiet ġejjin minn kull wieħed minn dawn it-tlett pajjiżi. Barra dan, għandha ssir riferenza għall-fatt li dawn il-pajjiżi ta’ l-aħħar kellhom sehem żgħir mis-suq matul il-perjodu kollu kkunsidrat u individwalment kellhom sehem mis-suq ta’ 2 % waqt l-IP, li skond il-volumi ta’ l-importazzjoni mit-Taiwan u l-Indja mhux sinifikanti biżżejjed biex jinfluwenza is-suq tal-Komunità.

    Prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni (EUR/’000 unità) | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | IP |

    Taiwan (kopert bir-Regolament (KE) Nru 1050/2002) | 563 | 436 | 312 | 246 | 258 |

    Indiċi | 100 | 78 | 55 | 44 | 46 |

    Pajjiżi terzi oħra | 653 | 623 | 210 | 544 | 507 |

    Indiċi | 100 | 95 | 32 | 83 | 78 |

    Li minnhom

    Il-Ġappun | 1196 | 886 | 421 | 1149 | 999 |

    Indiċi | 100 | 74 | 35 | 96 | 84 |

    Il-Hong Kong | 387 | 606 | 528 | 132 | 146 |

    Indiċi | 100 | 157 | 137 | 34 | 38 |

    L-Isvizzera | 643 | 538 | 261 | 205 | 212 |

    Indiċi | 100 | 84 | 41 | 32 | 33 |

    Iċ-Ċina | 928 | 694 | 296 | 205 | 218 |

    Indiċi | 100 | 75 | 32 | 22 | 23 |

    Is-Singapor | 388 | 353 | 278 | 378 | 511 |

    Indiċi | 100 | 91 | 72 | 98 | 132 |

    (ċ) Attività ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

    | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | Indiċi |

    Esportazzjonijiet (f”000 unità) | 5246 | 15332 | 27739 | 28678 | 28180 |

    Indiċi | 100 | 292 | 529 | 547 | 537 |

    (122) Il-volum ta’ l-esportazzjonijiet żdied matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, baqa’ stabbli sa mill-2000. Peress li l-esportazzjonijiet ta’ CD-Rs lejn pajjiżi terzi baqgħu attivitjiet relattivament minuri għall-industrija tal-Komunità (matul l-IP irrapreżentaw 9 % mill-bejgħ tagħha lil klijenti mhux relatati fil-Komunità ta’ CD-Rs b’manifattura proprja), huwa kkunsidrat li l-attività ta’ l-esportazzjoni x’aktarx m’għamlitx kontribut għall-ħsara li sofriet l-industrija tal-Komunità.

    (d) Xiri minn pajjiżi terzi oħra

    (123) Għandha ssir riferenza għall-fatt li l-industrija tal-Komunità ma’ importatx il-prodott ikkonċernat mill-Indja matul il-perjodu kkunsidrat.

    (124) L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Komunità xtrat CD-Rs minn għejun oħra sabiex tirrspondi għad-domanda tas-suq. Ix-xiri totali rrapreżenta 40 % tal-bejgħ totali fl-1998 iżda naqas biex jirrapreżenta biss 31 % fl-IP.

    (125) Instab ukoll li l-volum ta’ CD-Rs mixtrija naqas meta mqabbel mal-produzzjoni proprja ta’ l-industrija tal-Komunità. Barra dan, kemm CD-Rs bi produzzjoni proprja u dawk mixtrija li jkunu mixtrija bl-istess prezz mill-industrija tal-Komunità, u billi ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-prezz tal-bejgħ lill-Industrija tal-Komunità kien aktar ogħli mill-infiq tal-produzzjoni, l-fatt li xi wħud mis-CD-Rs kienu mixtrija minn qabel bil-kuntrarju ta’ dawk bi produzzjoni proprja ma setgħux taw kontribut għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Komunità.

    (126) Ix-xiri kellu fil-biċċa ‘l kbira tiegħu jiffaċċja spazji fil-produzzjoni f’perjodi partikolari speċjalment peress li waħda mill-kumpanniji nkluża fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità daħlet fis-suq tas-CD-Rs biss fl-2000 u kellha tissodisfa d-domanda bi prodotti mixtrija qabel ma l-faċilitajiet tal-produzzjoni kienu qed joperaw bis-sħiħ. Ix-xirjiet għandhom jkunu meqjusa bħal konsegwenza għar-relazzjonijiet tal-pusses tas-sehem bejn uħud mill-kumpanniji ta’ l-industrija tal-Komunità u kumpanniji f’pajjiżi terzi.

    (127) Bla ħsara lejn dak li ntqal hawn fuq, xirjiet mill-industrija tal-Komunità minn pajjiżi għajr l-Indja ma kienux tali li jkissru r-rabta każwali bejn l-importazzjonijiet ssussidjati mill-Indja u l-ħsara li sofriet l-industrija tal-Komunità.

    (128) Il-produttur ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Indja saħaq li l-fatt li l-industrija tal-Komunità xtrat 31 % tal-bejgħ totali huwa nkonsistenti ma’ l-argument li l-industrija tal-Komunità hija vijabbli. Huwa ftakar li fl-investigazzjoni ta’ kontra d-dumping fuq-Taiwan, din il-proporzjon nstabet li kienet biss 22,1 % fl-2000.

    (129) Madankollu, għandha ssir riferenza għall-fatt li l-iskop ta’ l-industrija tal-Komunità mhix l-istess f’din l-investigazzjoni milli kif kienet fl-investigazzjoni fuq-Taiwan. Żewġ kumpanniji li għandhom relazzjonijiet ta’ pusses tas-sehem ma’ kumpanniji barranin jappartjenu għall-industrija tal-Komunità billi dan ma kienx il-fatt matul l-investigazzjoni fuq it-Taiwan. Barra dan, għandha ssir riferenza wkoll għall-fatt illi fl-investigazzjoni fuq it-Taiwan, din il-proporzjon għoliet għal 44 % fl-1998 u kienet 33 % bħala medja bejn l-1997 u l-2000. Għaldaqstant, il-livell ta’ xiri fl-investigazzjoni prezenti hi ta’ l-istess kobor daqs dik li nsabet fl-investigazzjoni fuq it-Taiwan.

    (130) Xorta waħda, kif diġa’ kien spjegat hawn fuq, prodotti mixtrija huma mibjugħa bl-istess prezz bħal CD-Rs b’produzzjoni proprja u ma setgħux taw kontribut għall-ħsara li sofriet l-industrija tal-Komunità.

    (e) Kompetizzjoni ta’ mezzi oħra ta’ ħażna ta’ data

    (131) L-investigazzjoni wriet li l-kompetizzjoni ta’ mezzi oħra ta’ ħażna ta’ data bħalma huma d-DVD u/jew CD-RW kienet għada limitata ħafna waqt l–IP u għalhekk ma kellha l-ebda influwenza sinifikattiva fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat.

    (f) Kapaċità produttiva dinjija ogħla minn dak li hu meħtieġ

    (132) Kien analiżżat ukoll jekk il-kapaċità produttiva dinjija ogħla minn dak li hu meħtieġ setgħetx ikkawżat ħsara lill-industrija tal-Komunità. Għalkemm huwa magħruf li l-provvista ta’ CD-Rs matul il-perjodu kkunsidrat sebaq id-domanda fuq bażi dinjija, għandha ssir refernza għall-fatt li l-industrija tal-Komunità kienet għada orjentata l-aktar għas-suq tal-Komunità fejn il-kapaċità kienet għada taħt id-domanda. Għaldaqstant, kapaċità produttiva dinjija ogħla minn dak li hu meħtieġ x’aktarx li ma kkawżatx ħsara lill-industrija tal-Komunità. Madankollu, jekk xorta waħda tkun ikkunsidrata bħala kawża għall-ħsara li sofriet l-industrija tal-Komunità, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-kapaċità produttiva dinjija ogħla minn dak li hu meħtieġ kienet diġa teżisti fl-1999, l-2000 u l-2001 meta l-kumpannija ta’ l-Indja daħlet fis-suq permezz ta’ installazzjoni ta’ kapaċità kbira u bdiet il-produzzjoni. Għalhekk, is-sitwazzjoni tas-suq tal-Kominutà f’dawn iċ-ċirkostanzi marret għall-agħar minħabba l-impatt ta’importazzjonijiet kbar addizzjonali mill-Indja fis-suq tal-Komunità.

    (g) Ħlas lura bl-għajnuna ta’ l-Istat

    (133) Kien allegat mill-produttur ta’l-esportazzjoni ta’ l-Indja li n-nuqqas ta’ profitabbilità għal applikant wieħed għandha toriġina mill-obbligazzjoni tiegħu li jħallas lura l-għajnuna ta’ l-Istat wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/796/KE tal-21 ta’ Ġunju 2000 dwar għajnuna ta’ l-Istat mogħtija mill-Ġermanja lil CDA Compact Disc Albrechts GmbH, Thuringia [7]. Madankollu, għandu jkun innutat li l-figuri provvduti f’premessi 91 u wzati għall-analiżi, m’humiex influwenzati b’din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-ħlas lura mill-għajnuna ta’ l-Istat ikun ikkunsidrat, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpannija kkonċernata kienet tkun agħar.

    (h) Drittijiet

    (134) Peress li d-drittijiet huma element mill-ispiża tal-produzzjoni, għandhom għalhekk influwenza fuq il-profitabilità tal-produtturi kollha tas-CD-Rs. Madankollu, l-ewwel nett għandu jkun innutat li ż-żewġ produtturi ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunià għandhom liċenza kif suppost mill-possessuri tal-patenti u jkollhom jħallsu d-drittijiet. Għaldaqstant, minnu nnifsu dan ma jistgħax jispjega d-differenza fil-prezz bejn is-CD-Rs ta’ l-Indja u dawk prodotti mill-industrija tal-Komunità, lanqas it-telf finanzjarju li kien inkors mill-industrija tal-Komunità. Fit-tieni lok, il-profitabilità ta’l-industrija tal-Komunità kienet madwar 20 % fl-1999, f’perjodu ta’ żmien meta d-drittijiet kienu diġa pagabbli, iżda qabel ma l-produttur ta’ l-esportazzjoni beda l-esportazzjoni tiegħu lejn il-Komunità. Għaldaqstant, id-drittijiet ma setgħux ikkawżaw ħsara bħala tali. Finalment, bħal kull spiża oħra assoċjata mal-produzzjoni tas-CD-R, il-fatt li importazzjonijiet issusidjati kienu qed jagħmlu pressjoni l’isfel fuq il-prezzijiet seta’ jippreveni l-industrija tal-Komunità milli tgħaddi l-ispiża tad-drittijiet għal fuq il-konsumaturi. Iżda f’dan il-każ, dan kien effet tal-ħsara u mhux kawża tiegħu. Bħala riżultat, il-ħlas ta’ drittijiet ma setgħax jkun ikkunsidrat li jikser dik ir-rabta każwali bejn l-importazzjonijiet issusidjati u l-ħsara sofferta mill-industrija tal-Komunità.

    (i) Fatturi oħra

    (135) Xi partijiet allegaw li l-ħsara tista’ toriġina minn xi abbuż allegat ta’ pożizzjoni dominanti. Madankollu, din l-allegazzjoni ma kienitx ikkonfermata minn xi deċiżjoni formali li tirriżulta minn investigazzjoni mmexxija mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u għalhekk ma jistgħux ikunu aċċettati.

    (136) Kien argumentat mill-produttur ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Indja li l-produzzjoni tas-CD-R mhix vijabbli fil-Komunità minħabba l-ispiża għolja tal-produzzjoni u b’mod speċjali minħabba l-ispejjeż akbar tax-xogħol. Għandha ssir riferenza għal fatt li l-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-unità tal-Komunità naqas b’59 % bejn l-1998 u l-IP u li l-industrija tal-Komunità kienet profitabbli fl-1999 fi żmien meta l-kumpannija ta’ l-Indja kienet għada mhux fuq is-suq tal-Komunità u minkejja li l-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità kienet għada 68 % aktar ogħlja f’dak iż-żmien milli matul l-IP.

    Aktar minn hekk, għandha ssir riferenza għal fatt li l-proċess tal-produzzjoni huwa l-istess fil-Komunità u fl-Indja speċjalment peress li l-produttur juża makkinarju Ewropew kif ukoll xi materjal mhux maħdum importat mill-Komunità.

    F’dak li jirrigwawrda d-differnza fl-ispiża tax-xoghol, l-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni tas-CD-Rs hi intensiva għall-kapital u, peress li hija kompletament awtomatika, mhux intensiva ħafna fuq ix-xogħol. Fil-fatt huwa biss l-aħħar stadju tal-proċess tal-produzzjoni i.e. l-ippakkjar li jirrekjedi x-xogħol, iżda biss sa ċertu punt. Barra dan, għandha ssir riferenza għal fatt li l-produttività ta’ l-impjegati ta’ l-industrija tal-Komunità rdoppjat matul il-perjodu in konsiderazzjoni.

    Finalment, għandu jkun innutat li xi kumpanniji mit-Taiwan bdew jipproduċu CD-Rs fil-Komunità reċentament, u din għandha t-tendenza li turi li tali produzzjoni fil-Komunità għandha lok tkun vijabbli u profittabbli minkejja lis-spiża tax-xogħol, jekk kompetizzjoni bil-fier terġa’ lura fis-suq tal-Komunità. Għaldaqstant l-argument kien miċħud.

    Kien allegat ukoll mill-istess kumpannija li n-niżla fil-prezzijiet fis-suq tal-Komunità hi minħabba l-fatt li l-life cycle tas-CD-R laħqet stadju ta’ maturità kkaratterizzata minn niżla fil-prezzijiet u n-niżla fl-ispiża tal-produzzjoni u kompetituri addizzjonali fis-suq.

    Għalkemm il-life cycle ta’ CD-Rs tispjega parti minn niżla fil-prezzijiet, kien jidher matul l-investigazzjoni li prezzijiet baxxi ta’ l-importazzjonijiet ta’ l-Indja kellhom influwenza sinifikattiva f’suq ikkaratteriżżat mit-trasparenza u elastiċità fil-prezzijiet.

    (137) Il-produttur ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Indja li jikkopera allega wkoll li l-industrija tal-Komunità daħlet fis-suq tas-CD-Rs fi żmien tard wisq meta l-prezzijiet tal-bejgħ kienu diġa naqsu.

    Għandha ssir riferenza għal fatt li l-produttur ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Indja hu nnifsu beda l-produzzjoni tas-CD-Rs ħafna aktar tard mill-industrija tal-Komunità u kien messu loġikament iltaqa’ ma’ diffikultajiet ħafna agħar biex jidħol fis-suq matul perjodu meta l-prezzijiet diġa kienu baxxi u meta l-kompetituri kollha kienu spiċċaw il-perjodu ta’ inizjazzjoni tagħhom. Għaldaqstant l-argument kien miċħud.

    (138) L-istess kumpannija ta’ l-Indja argumentat li l-industrija tal-Komunità hija wisq ifframmentata u mhix kapaċi tilħaq ekonomiji ta’ skala minħabba l-unità ta’ produzzjonijiet żgħar. Huwa madankollu ta’ min jinnota li waħda miż-żewġ kumpanniji kkunsidrati mill-produttur Indjan fis-sottomissjoni tiegħu bħala waħda mill-akbar kumpanniji u għaldaqstant kapaċi li tilħaq ekonomiji ta’ skala weħida, sostniet l-ilment, ikkoperat fl-investigazzjoni u nstab li din issofri danni bħal produtturi l-oħra kollha li jiffurmaw parti mill-industrija tal-Komunità. Għar-rigward b’mod partikolari l-ekonomiji ta’ skala u/jew kondizzjonijiet aħjar li l-produttur ta’ l-esportazzjoni Indjan kien allegatament jkun jista’ jikseb għax-xiri ta’ materjal mhux maħdum, dan ma setgħax ikun ikkonfermat mill-informazzjoni provvduta mill-fornituri ta’ materjal mhux maħdum u/jew makkinarju matul il-visiti ta’ verifikazzjoni. L-argument ta’ ekonomiji ta’ skala kien għalhekk miċħud.

    (139) Barra dan, għandha ssir riferenza għall-fatt li l-industrija tal-Komunità hija riċenti peress li, kif diġa’ kien isstabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2479/2001, din bdiet il-produzzjoni biss fl-1997. Sa mill-bidu, hi soffriet ħsarat ikkawżati l-ewwel, mill-importazzjonijiet mit-Taiwan li jifqgħu s-suq kif ingħad fir-Regolament hawn fuq imsemmi, u aktar riċenti kellha tiffaċċja pressjoni tal-prezzijiet eserċitati mill-importazzjonijiet mill-Indja.

    4. Konklużjoni fuq il-kawżazzjoni

    (140) B’ħarsa lejn dak li ntqal hawn fuq kien konkluż li l-ħsara materjali ta’ l-industrija tal-Komunità, li hi kkaratteriżżata minn tnaqqis ta’ prezzijiet tal-bejgħ, investimenti, prospett fuq investimenti u influss ta’ flus kif ukoll b’telf sinifikanti kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet issussidjati kkonċernati. Fil-fatt, l-effetti ta’ fatturi oħra bħalma huma l-importazzjonijiet mit-Taiwan jew il-life cycle tal-prodott ikkonċernat, fuq l-iżviluppi negattivi ta’ l-industrija tal-Komunità f’termini ta’ prezzijiet tal-bejgħ kien biss parzjali u mhux tali li jikser ir-rabta każwali bejn l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja u l-ħsara sofferta mill-industrija tal-Komunità.

    (141) Peress li l-analiżi t’hawn fuq li għamlet distinzjoni b’mod propizju u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità mill-effetti ta’ ħsara ta’ l-importazzjonijiet issussidjati, kien għalhekk konkluż li dawn il-fatturi l-oħra fihom innifishom ma jbiddlux il-fatt li l-ħsara stmata għandha tkun attribwita għall-importazzjonijiet issussidjati.

    G. INTERESS TAL-KOMUNITÀ

    1. Rimarki preliminari

    (142) Kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar l-eżistenza tas-sussidazzjoni ta’ ħsara, kienux jeżistu raġunijiet kompulsivi li setgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Komunità li jaddotta miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal din ir-raġuni, u skond l-Artikolu 31(1) tar-Regolament bażiku, l-impatt ta’ miżuri possibblli fuq l-interessi kollha kkonċernati b’dan il-proċediment kif ukoll tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ teħid ta’ miżuri kienu kkunsidrati fuq il-bażi tax-xiehda kollha mogħtija.

    (143) Sabiex jkun stmat l-impatt probabbli ta’ l-imposizzjoni jew nuqqas ta’ imposizzjoni ta’ miżuri, kienet rikjesta informazzjoni mill-partijiet kollha kkonċernati. Kwestjonarji kienu mibgħuta lill-ħames produtturi applikanti tal-Komunità, 18-il kumpannija oħra magħrufa bħala produtturi fil-Komunità, assoċċjazzjoni tal-konsumatrui u disa’ kumpanniji li jappartjenu għall-industrija aktar għolja ("fornituri") Barra l-ħames produtturi tal-Komunità applikanti, erba’ produtturi oħra taw tweġibiet sodisfaċenti. Erba’ fornituri wieġbu għall-kwestjonarju u l-assoċjazzjoni tal-konsumaturi bagħtet sottomissjoni.

    (144) Bla ħsara għan-numru kbir ta’ importaturi fil-Komunità u sabiex jgħinu lil Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kampjuni humiex neċessarji, l-importaturi kollha mhux relatati, jew rapreżentattivi li jaġixxu għar-rigward tagħhom, ġew mitluba jintroduċu lilhom infushom fi żmien 15-il ġurnata tal-bidu tal-proċediment u jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-importazzjonijiet tagħhom fis-suq tal-Komunità u bejgħ mill-ġdid li jsir fis-suq tal-Komunità. Żewġ kumpanniji ressqu ‘l quddiem u pprovdew l-informazzjoni mitluba. Kewstjonarji għat-tlestija kienu mibgħuta lil dawn iż-żewġ kumpanniji. Madankollu, l-ebda minnhom ma ssottomettiet risposta għall-kwestjonarju.

    (145) Dawn ir-risposti u sottomissjonijiet iffurmaw il-bażi għall-analiżi ta’ l-interess tal-Komunità.

    2. L-interess ta’ l-indsutrija tal-Komunità

    (146) Għandha ssir riferenza għall-fatt li l-produtturi tal-Komunità diġa’ sofrew ħsara materjali fil-passat permezz ta’ importazzjonijiet ta’ CD-Rs li joriġinaw mit-Taiwan, kif deskritti f’Regolament (KE) Nru 1050/2002. Fl-2000, ħames produtturi Ewropej abbandunaw kompletament il-produzzjoni tas-CD-Rs, u tnejn oħra għamlu l-istess fl-2001.

    (147) L-industrija tal-Komunità kienet tkun vijabbli u hi kapaċi li tforni parti aktar kbira tas-suq għal prodott li jikkostitwixxi l-mezz bażiku ta’ ħażna għal numru akbar ta’ utenti tal-kompjuter.

    (148) Għandu jkun innutat ukoll li l-produzzjoni ta’ mezzi ta’ ħażna ta’ data hija żona ta’ importanza teknoloġika għall-Komunità kollha. It-teknoloġija tal-produzzjoni u l-esperjenza li akkwistat l-industrija tal-Komunità fil-produzzjoni tas-CD-Rs ipprovdiet, u tibqa’ tipprovdi bażi għal aktar innovazzjoni fil-manifattura ta’prodotti ta’ mezzi oħra relatati ta’ ħażna ta’ data. Għall-industrija tal-Komunità, li wieħed jibqa’ vijabbli fis-settur tas-CD-Rs hija l-bażi ekonomika għal parteċipazzjoni fis-suq dejjem jikber ta’ mezzi oħra ta’ ħażna. Hemm tassew sinerġiji importanti f’termini ta’ bejgħ bejn il-prodott ikkonċernat u prodotti ta’ mezzi oħra relatati ta’ ħażna ta’ data bħalma huma CD-RW u DVD. Għalhekk huwa importanti ħafna għall-industrija tal-Komunità li l-prodott ikkonċernat ikun ipproponut lil-klijenti tagħha u li twessa’ il-firxa tal-prodotti tagħha.

    (149) In vista tal-konklużjonijiet dwar is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità kif preskritti f’premessi 102 sa 105, speċjalment f’termini tat-telfiet li sofriet, huwa kkunsidrat li, fl-assenza ta’ miżuri kontra s-sussidjU ta’ ħsara, l-industrija tal-Komunità għandha mnejn tesperjenza xaqliba għall-agħar tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u hemm mnejn li l-produzzjoni fil-Komunità tonqos u li l-utenti/klijenti jkunu sinjifikament u aktar dependenti fuq l-importazzjonijiet.

    (150) F’każ ta’ nuqqas li jittieħdu miżuri definittivi fil-proċediment preżenti jkun hemm aggravazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità li diġa’ qiegħda tiddeterjora, evidenti b’telf u bi tnaqqis ta’ l-investiment bħala konsegwenza. Dan iwassal ukoll għat-tnaqqis fl-effettività tal-miżuri ta’ kontra d-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ l-istess prodott li joriġina mit-Taiwan. Dan wassal biex l-eżistenza kontinwa ta’ din l-industrija tkun f’riskju konsiderevoli. Jekk din l-industrija tkun sforzata li twaqqaf il-produzzjoni, il-Komunità ssir kważi kompletament dependenti fuq sorsi ta’ provvisti ta’ pajjiżi terzi f’żona ta’ żvilupp rapidu ta’ sinifikanza teknoloġika li dejjem qiegħda tiżdied. Peress li l-għan ta’ l-adozzjoni ta’ miżuri kompensatorji hu li tkun istabbilita mill-ġdid il-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Komunità, dan ikun fl-interess ta’ l-industrija tal-Komunità, peress li hija, minkejja d-danni li sofriet, irriżulta li fil-prinċipju hi vijabbli.

    (151) Finalment, it-taxxi kompensatorji assoċjati ma’ l-isforz kontinwu tagħha biex tkun ridotta in-nefqa tal-produzzjoni, tista’ biss tgħin l-industrija tal-Komunità biex tirkupra mit-telfiet finanzjarji, li huwa prerekwizit għal parteċipazzjoni fis-suq dejjem jikber ta’ mezzi oħra ta’ ħażna.

    3. L-interessi ta’ produtturi oħra tal-Komunità

    (152) It-tlett produtturi tal-Komunità, li ma kienux ikkunsidrati li jappartjenu lill-industrija tal-Komunità, kienu madanakollu favur it-taxxi kompensatorji.

    4. L-interessi ta’ fornituri tal-Komunità

    (153) Kif diġa spjegat f’premessa 143, disa’ kumpanniji li fornew produttur ta’ l-esportazzjoni mill-Indja u/jew l-industrija tal-Komunità bagħtu ittri lill-Kummissjoni u sostnew li kwalunkwe miżuri jirriżultaw li jkunu kontra l-interessi tagħhom. Kwestjonarju kien mibgħut lilhom sabiex jkun stmat l-impatt probabbli tal-miżuri fuq in-negozju tagħhom. Erba’ kumpanniji biss taw tweġiba u argumentaw kontra l-imposizzjoni ta’ taxxi kompensatorji.

    (154) Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-proporzjon tal-fabbrikanti tas-CD-Rs Ewropew fil-valur tal-bejgħ tal-fornituri li koperaw madanakollu kien sinifikattiv. Għaldaqstant, x’aktarx li aktar tnaqqis u/jew deterjazzjoni fl-industrija tal-Komunità jkollu mhux biss implikazzjonijiet negattivi għall-impieg u l-investiment fl-industrija tal-Komunità innifisha iżda jista’ jkollu effett qawwi fost il-fornituri ta’ l-industrja ta’ materjal prim u makkinarju. Barra dan, l-investigazzjoni wriet li l-impatt tal-miżuri ta’ kontra d-dumping imposti fuq il-prodott ikkonċernat li joriġina mit-Taiwan u li kienu madwar darbtejn ogħla mill-miżuri kompensatorji proposti fl-investigazzjoni preżenti, ma kellhomx impatt sinifikattiv fuq il-fornituri.

    (155) Kien argumentat ukoll mill-produttur ta’ l-esportazzjoni li s-sussidju mmirat permess ta’ dan ir-Regolament kien ta’ benefiċċju għall-fornituri Ewropej tal-merkanzija kapitali. Skond din il-kumpannija, jekk miżuri kompensatorji kellhom jkunu mposti, ordnijiet ikollhom ikunu kkanċellati b’konsegwenzi serji għall-fornituri Ewropej tal-makkinarju.

    (156) F’dan ir-rigward, għandha ssir referenza għall-fatt li meta r-rapporti finali kienu svelati lill-partijiet kollha kkonċernati ħadd mill-fornituri li kkoperaw ma kkontestaw il-konklużjoni hawn fuq ispjegata, jiġifieri li l-proporzjon tas-CD-Rs Ewropej manifatturati fil-valur tal-bejgħ tal-fornituri li kkoperaw kien sinifikanti, u li x’aktarx li aktar tnaqqis u/jew deterjorazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità jista’ jkollha effett qawwi fost il-fornituri ta’ l-industrija ta’ materjal prim u makkinarju. Fuq in-naħa l-oħra kif spjegat hawn fuq, l-impatt ta’ taxxa kompensatorja x’aktarx li ma jkollhux effett sinifikattiv dirett fuq l-attivitajiet tal-fornituri.

    5. L-interess ta’ l-importaturi

    (157) L-ebda importatur li mhux relatat ma kkopera ma l-investigazzjoni.

    (158) L-assenza ta’ koperazzjoni minn importaturi f’dan il-każ twassal għall-konkluzjoni li jekk xi miżuri għandhom jkunu mposti, dawn ma jkollhomx impatt sinifikattiv fuq is-sitwazzjoni ta’ importaturi mhux relatati u negozjanti ta’ CD-Rs fil-Komunità.

    6. Interessi ta’ utenti u konsumaturi

    (159) Utenti maġġurri ta’ CD-Rs jinkludu duplikaturi u konsumaturi finali. Id-duplikaturi għadhom m’għamlux ir-rapreżentazzjonijiet f’din l-investigazzjoni. Huwa għalhekk, b’kunsiderazzjoni għall-fatt li żieda fin-nefqa, jekk xejn, applikabbli għal dan is-settur meta kkomparata ma’ l-infieq globali tista’ tkun ikkunsidrata negliġibbli.

    (160) Madanakollu l-fatt li l-miżuri ma jkunux imposti jkun ta’ theddida serja għall-vijabilità ta’ l-industrija tal-Komunità, liema għibien jnaqqas il-provvista u l-kompetizzjoni, għad-detriment tad-duplikaturi u l-konsumaturi.

    (161) Għal dak li jirrigwarda l-konsumaturi, l-organizzazzjoni tal-Konsumaturi Ewropej ("BEUC") kienet ikkuntattjata u nbagħtitilha sottomissjoni. Għalkemm din l-organizzazzjoni kienet kontra l-imposizzjoni ta’ miżuri, l-ebda element li jindika li l-miżuri ta’ kontra d-dumping imposti fuq CD-Rs li joriġinaw mit-Taiwan kellhom effett kbir fuq il-konsumaturi ma kien provvdut. Ibbażat anke fuq l-agħar ipoteżi li l-miżuri kompensatorji jkunu mgħoddija fl-intier tagħhom lill-konsumaturi, dan iwassal għal żieda ta’ anqas minn 3 ċenteżmi euro għal kull CD-R li toriġina mill-Indja. Anke taħt din ix-xena, meta jkun ikkunsidrat it-tnaqqis fil-prezz fis-suq tal-Komunità mill-1998 u l-livell tal-miżuri proposti, l-ebda effetti kbar fuq il-konsumatur finali m’huma prevedibbli.

    (162) Għandu jkun innutat ukoll li m’hemm l-ebda indikazzjoni li r-ristabbilliment ta’ kondizzjonijiet tas-suq trasparenti u ġusti jipprevenu lill-produtturi f’pajjiżi terzi mill jikkompetu fis-suq tal-Komunità jew li, konsegwentament, inaqqsu l-kwalità u d-diversità tal-proviżżjoni. Filwaqt li huwa veru li l-produzzjoni fil-Komunità hi, fil-preżent, insuffiċenti biex tilħaq id-domanda għall-prodott ikkonċernat, miżuri kompensatorju jneħħu biss it-tagħwiġ fil-kompetizzjoni li jirriżulta mis-sussidji, u għalhekk ma jirrappreżentawx ostakoli milli jkun issodisfat in-nuqqas fid-domanda bi provvisti minn pajjiżi terzi bi prezzijiet ġusti. Fil-fatt, fejn il-livell tal-miżuri kompensatorji huwa ugwali għall-marġini ta’sussidju, iżda anqas mill-ammont rikjest biex titneħħa kompletament il-ħsara, huwa biss l-element inġust tal-vantaġġ tal-prezz ta’ l-esportaturi li ser ikun eliminat.

    (163) Barra dan, il-prodott ikkonċernat għad għadu jistà jkun impurtat minn pajjiżi oħra. Għandu jkun innutat ukoll li s-sehem fis-suq miżmum minn pajjiżi mhux koperti b’miżuri kompensatorji jista’ jiżdied fil-futur minħabba l-fatt li l-provvista ta’ CD-Rs fis-suq tal-Komunità minn pajjiżi li ma jissusidjawx kien fil-passat anqas attrajenti minħabba l-pressjoni kbira fil-prezz eżerċitata mill-Indja u mit-Taiwan. Huwa għalhekk wisq probabbli li, jekk il-kompetizzjoni ġusta kellha tkun ristabbilita, pajjiżi li ma jissusidjawx iżidu il-preżenza tagħhom fis-suq tal-Komunità.

    (164) Dan qisu jindika li la l-utenti u lanqas il-konsumaturi ma jkunu daqshekk affettwati bl-imposizzjoni ta’ miżuri.

    7. Konklużjoni fuq interess Komunitarju

    (165) A bażi ta’ li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hi li l-imposizzjoni ta’ miżuri kompensatorji definittivi ma tmurx kontra l-interess tal-Komunità.

    H. MIŻURI KOMPENSATORJI DEFINITTIVI

    1. Livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara

    (166) In vista tal-konklużjonijiet li ntlaħqu għar-rigward ta’ sussidji, danni, kawżazzjoni u interess Komunitarju, miżuri definittivi għandhom jittieħdu sabiex ikun evitat li ssir aktar ħsara lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet issussidjati.

    (167) Sabiex ikun stabbilit il-livell ta’ miżuri definittivi, għandu jkun ikkunsidrat kemm il-marġini misjub tas-sussidju kif ukoll l-ammont ta’ ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Komunità.

    (168) Il-miżuri definittivi għandhom ikunu imposti f’livell suffiċjenti biex tkun eliminata l-ħsara kkawżata minn dawn l-importazzjonijiet mingħajr ma’ jkun maqbuż il-marġini misjub. Meta jkun ikkalkolat l-ammont ta’ miżuri neċessarji biex jitneħħew l-effetti tas-sussidji li jagħmlu l-ħsara, kien ikkunsidrat li kwalunkwe miżuri għandhom iħallu l-industrija tal-Komunità tkopri l-infieq tagħha u takkwista profitt globali qabel it-taxxa li jista’ jkun raġonevolment akkwistat taħt kondizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ importazzjonijiet issussidjati, fuq il-bejgħ ta’ prodotti simili fil-Komunità. Il-marġini tal-profitt ta’ qabel it-taxxa wżat għal din il-kalkolazzjoni kien l-istess bħal fil-proċeduri ta’ kontra d-dumping kontra t-Taiwan, jiġifieri 8 % tal-valur tal-bejgħ.

    (169) Iż-żieda neċessarja fil-prezz kienet imbagħad iddeterminata a bażi ta’ komparament tal-prezz medju miżuratt a’ l-importazzjoni, kif isstabbilit għal-kalkolazzjonijiet mhux stabbli, bil-prezz li ma jaghmilx ħsara għall-mudelli differenti mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Il-prezz li ma jagħmilx ħsara għal kull mudell kien ottenut biż-żieda tal-marġini tal-profitt hawn fuq imsemmi ta’ 8 % tan-nefqa tal-produzzjoni għal kull mudell. In-nefqa tal-produzzjoni kienet ikkostruwita mill-ġdid mudell mudell, a bażi tal-prezzijiet tal-bejgħ għal-liema it-telfiet kienu miżjuda. Xi differenzi li jirriżultaw minn dan it-tqabbil kien imbagħad espress bħala perċentwal tal-valur tas-cif totali. Dawn id-differenzi kienu fil-każijiet kollha ‘l fuq mill-marġini tas-sussidju misjub.

    2. Miżuri definittivi

    (170) Peress li l-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara huwa ogħla mill-marġini tas-sussidju stabbilit, il-miżuri definittivi għandhom ikunu bbażati fuq dan ta’ l-aħħar. Peress li l-koperazzjoni kienet aktar ogħlja, u sabiex ma tkunx issottovalutata l-effettività tal-miżura, ir-rata tal-miżura kompensatorja definittiva għall-Indja għandha tkun isstabbilita għal 7,3 %,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Miżura kompensatorja definittiva hi hawnhekk imposta fuq l-importazzjonijiet ta’ compact disks li jistgħu jkunu rrikordjati (CD-Rs), bħallissa kklassifikati fil-kodiċi CN ex85239000 (kodiċi TARIC 8523900010), li joriġinaw mill-Indja.

    2. Ir-rata tal-miżura definittiva applikabbli għall-prezz nett li jkun b’xejn mal-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għandu jkun stabbilit għal 7,3 %.

    3. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul f’Lussemburgu, fit-2 ta’ Ġunju 2003.

    F’isem il-Kunsill

    Il-President

    K. Stefanis

    [1] ĠU L 288, 21.10.97, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1973/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 4).

    [2] ĠU C 116, 17.05.02, p. 4.

    [3] ĠU C 116, 17.05.02, p. 2.

    [4] ĠU L 160, 18.06.02, p. 2.

    [5] ĠU L 160, 18.06.02, p. 2.

    [6] ĠU L 334, 18.12.01, p. 8.

    [7] ĠU L 318, 16.12.00, p. 62.

    --------------------------------------------------

    Na vrh