Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0816

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 816/2003 tat-12 ta’ Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2808/98 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-Agrikoltura

    ĠU L 116, 13.5.2003, p. 12–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1913

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/816/oj

    32003R0816



    Official Journal L 116 , 13/05/2003 P. 0012 - 0012


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 816/2003

    tat-12 ta’ Mejju 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2808/98 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-Agrikoltura

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabblixxi arranġamenti agrimonetarji għall-Euro [1], u b’ mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2452/2000 [3], jipprovdi li r-rata ta’ kambju li għandha tintuża għall-konverżjoni fil-munita nazzjonali ta’ l-għajnuna għal kull ettaru u l-ammonti ta’ karattru strutturali jew ambjentali hija l-medja tar-rati ta’ kambju applikabbli matul ix-xahar qabel id-data tal-fatt operattiv maħduma pro rata temporis. Għandu jiġi stabbilit kif tinħadem dik il-medja.

    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 2808/98 għandu jiġi emendat f’dan is-sens.

    (3) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni in kwistjoni,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Is-sentenza li ġejja hija miżjuda ma’ l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98:

    "Il-medja tar-rati ta’ kambju għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni fix-xahar wara d-data tal-fatt operattiv."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Mejju 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 1.

    [2] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 36.

    [3] ĠU L 282, tat-8.11.2000, p. 9.

    --------------------------------------------------

    Top