This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0742
Commission Regulation (EC) No 742/2003 of 28 April 2003 amending for the 17th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban, and repealing Council Regulation (EC) No 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 742/2003 tat- 28 ta' April 2003 li jemenda għas-17-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, il-moviment Al-Qaida u t-Taliban, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 742/2003 tat- 28 ta' April 2003 li jemenda għas-17-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, il-moviment Al-Qaida u t-Taliban, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
ĠU L 106, 29.4.2003, pp. 16–17
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32002R0881 | Emenda | anness 2 | 30/04/2003 |
Official Journal L 106 , 29/04/2003 P. 0016 - 0017
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 742/2003 tat- 28 ta' April 2003 li jemenda għas-17-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, il-moviment Al-Qaida u t-Taliban, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, il-moviment Al-Qaida u t-Taliban, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 tas-27 ta' Mejju 2002 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerta merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjiriet u li jestendi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi finanzjarji oħra għal dak li għandu x'jaqsam mat-Taliban ta' l-Afganistan [1], kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 561/2003 [2], u b'mod partikolari bl-Artikolu 7(1), it-tieni inċiż, fih imsemmi, Billi: (1) L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li lilhom għandhom jintbagħtu l-informazzjoni u t-talbiet li jikkonċernaw il-miżuri imposti minn dak ir-Regolament. (2) L-Olanda, l-Isvezja u r-Renju Unit talbu li jiġu emendati d-dettalji ta' l-indirizzi li jikkonċernaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u b'riżultat ta' bidliet fil-persunal id-dettalji ta' l-indirizzi li jikkonċernaw lill-Kummissjoni għandhom jiġu emendati, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' April 2003. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9. [2] ĠU L 82, tad-29.3.2003, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS L-ANNESS II tar-Regolament (KE) Nru. 881/2002 huwa emendat kif ġej: 1. Id-dettalji ta' l-indirizz taħt l-intestatura "l-Olanda" għandhom ikunu sostitwiti minn: "Ministerie van Financiën Directie Financiële Markten, afdeling Integriteit Postbus 20201 2500 EE Den Haag The Netherlands Tel (31-70) 342 89 97 Fax (31-70) 342 79 18" . 2. Id-dettalji ta' l-indirizz taħt l-intestatura "l-Isvezja" għandhom ikunu sostitwiti minn: "— Rigward l-Artikolu 2a: Riksförsäkringsverket (RFV) S-103 51 Stockholm Tel. (46-8) 786 90 00 Fax (46-8) 411 27 89 — Rigward l-Artikolu 4: Rikspolisstyrelsen (RPS) Box 12256 S-102 26 Stockholm Tel. (46-8) 401 90 00 Fax (46-8) 401 99 00 — Rigward l-Artikolu 5: Finansinspektionen Box 7831 S-103 98 Stockholm Tel. (46-8) 787 80 00 Fax (46-8) 24 13 35". 3. Id-dettalji ta' l-indirizz taħt l-intestatura "ir-Renju Unit" għandhom ikunu sostitwiti minn: "— Rigward ir-restrizzjonijiet fl-esportazzjoni: Department of Trade and Industry Export Control and Non-Proliferation Directorate 3-4, Abbey Orchard Street London SW1P 2JJ United Kingdom Tel. (44-207) 215 05 10 Fax (44-207) 215 05 11. — Rigward l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi: HM Treasury International Financial Services Team 1, Horse Guards Road London SW1A 2HQ United Kingdom Tel. (44-207) 270 55 50 Fax (44-207) 270 43 65 Bank of England Financial Sanctions Unit Threadneedle Street London EC2R 8AH United Kingdom Tel. (44-207) 601 46 07 Fax (44207) 601 43 09". 4. Id-dettalji ta' l-indirizz taħt l-intestatura "Komunità Ewropea" għandhom ikunu sostitwiti minn: "Il-Kummissjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għar-Relazzjonijiet Esterni Direttorat CFSP Unit A.2: Affarijiet legali u istituzzjonali għar-relazzjonijiet esterni - Sanzjonijiet CHAR 12/163 B-1049 Brussels Tel. (32-2) 295 81 48, 296 25 56 Fax (32-2) 296 75 63 E-mail: relex-sanctions@cec.eu.int" . --------------------------------------------------