This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0569
Commission Regulation (EC) No 569/2003 of 28 March 2003 amending Regulation (EC) No 1238/95 establishing implementation rules for the application of Council Regulation (EC) No 2100/94 as regards the fees payable to the Community Plant Variety Office
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 569/2003 tat-28 ta’ Marzu 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward tat-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċju tal-Komunità tal-Varjetà tal-Pjanti
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 569/2003 tat-28 ta’ Marzu 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward tat-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċju tal-Komunità tal-Varjetà tal-Pjanti
ĠU L 82, 29.3.2003, p. 13–16
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31995R1238 | Sostituzzjoni | artikolu 7.5 | 30/03/2003 | |
Modifies | 31995R1238 | abolizzjoni | artikolu 4.4 | 30/03/2003 | |
Modifies | 31995R1238 | Sostituzzjoni | artikolu 9.2 | 30/03/2003 | |
Modifies | 31995R1238 | Sostituzzjoni | artikolu 4.3 | 30/03/2003 | |
Modifies | 31995R1238 | Emenda | artikolu 10.1 | 30/03/2003 | |
Modifies | 31995R1238 | Sostituzzjoni | artikolu 4.5 | 30/03/2003 | |
Modifies | 31995R1238 | Sostituzzjoni | anness 1 | 30/03/2003 | |
Modifies | 31995R1238 | abolizzjoni | anness 2 | 30/03/2003 | |
Modifies | 31995R1238 | Żieda | artikolu 7.7 | 30/03/2003 | |
Modifies | 31995R1238 | Żieda | artikolu 10.3 | 30/03/2003 | |
Modifies | 31995R1238 | Sostituzzjoni | artikolu 9.1 | 30/03/2003 |
Official Journal L 082 , 29/03/2003 P. 0013 - 0016
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 569/2003 tat-28 ta’ Marzu 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward tat-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċju tal-Komunità tal-Varjetà tal-Pjanti IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar id-drittijiet tal-Komunità tal-varjetà tal-pjanti [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2506/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 113(4) miġjub fih, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward tat-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċju tal-Komunità tal-Varjetà tal-Pjanti [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 329/2000 [4], jistipula t-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċju tal-Komunità tal-Varjetà tal-Pjanti ("l-Uffiċju"), u l-livelli ta’ dawk it-tariffi. (2) Il-Kunsill Amministrattiv ta’ l-Uffiċju bagħat lill-Kummissjoni abbozz ta’ emendi li jirrelataw mat-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċju taħt ir-Regolament (KE) Nru 2100/94. (3) Il-metodu ta’ ħlas elettroniku bankarju SWIFT għandu jipprovdi xhieda dokumentata suffiċjenti li turi li applikant ikun ħa l-passi meħtieġa biex iħallas it-tariffa ta’ applikazzjoni fil-kont ta’ l-Uffiċju. (4) Taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, it-tariffa ta’ l-applikazzjoni hija maħsuba biex tkopri d-diversi stadji ta’ ipproċessar ta’ l-applikazzjoni. Għalhekk l-Uffiċju għandu jirrifondi proporzjon fiss tat-tariffa ta’ l-applikazzjoni fejn, wara l-eżami inizjali ta’ l-applikazzjoni, ikun jidher ċar li l-applikazzjoni ma tkunx valida. (5) Biex jiġu riflessi l-ispejjeż amministrattivi tas-sistema tal-Komunità ta’ drittijiet tal-varjetà tal-pjanti li m’humiex koperti b’tariffi oħra, it-tariffa annwali m’għandhiex tvarja skond l-ispeċji protett, lanqas tiżdied matul iż-żmien. (6) Ir-riserva finanzjarja ta’ l-Uffiċju laħqet livell li jeċċedi l-livell meħtieġ biex jissalvagwardja il-kontinwità ta’ l-operazzjonijiet tiegħu. Għalhekk, l-ammont tat-tariffa annwali għandhom ikunu marbuta ma’ tnaqqis fir-riserva għall-perjodu 2003 sa 2005. (7) Id-data li fiha għandu jsir il-ħlas tat-tariffa annwali għandha tippreċedi l-bidu tas-sena ta’ protezzjoni tad-dritt tal-varjetà tal-pjanti li għaliha tirrelta sabiex jiġi evitat li tiġi konferiti protezzjoni mingħajr ħlas fil-każ li ma titħallasx dik it-tariffa. (8) Huwa xieraq li titneħħa d-differenza bejn it-tariffi mitluba biex isiru talbiet fir-reġistru tad-drittijiet tal-Komunità tal-varjetà tal-pjanti u r-reġistru ta’ l-applikazzjonijiet. B’żieda tariffa waħda biss għandha tintalab biex issir l-istess daħla f’reġistru b’relazzjoni ma’ talba li tkopri aktar minn varjetà waħda ta’ l-istess proprjetarju. (9) Taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward ta’ proċedimenti quddiem l-Uffiċju tal-Komunit_ tal-varjetà tal-Pjanti [5], kif l-aħħar emendat bir-Regollament (KE) Nru 2181/2002 [6], l-Uffiċju għandu jħallas għall-eżamijiet tekniċi. Huwa meħtieġ li jiżdiedu t-tariffi mitluba lill-applikanti għall-eżamijiet tekniċi u li jiġu ntrodotti gruppi differenti ta’ tariffi. Iż-żieda fit-tariffi għandha tintlaħaq f’żewġ stadji, minħabba l-ammont kbir ta’ dik iż-żieda. (10) Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 għandu għalhekk jiġi hekk emendat. (11) Il-miżuri l-ġodda għandhom japplikaw b’relazzjoni mat-tariffi li jiġu dovuti mill-1 ta’ April 2003. (12) Il-Kunsill Amministrattiv ġie konsultat skond ir-Regolament (KE) Nru 2100/94. (13) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar id-Drittijiet tal-Varjetà tal-Pjanti, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 qiegħed jiġi emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej: (a) il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: "3. Fejn jitqies li l-ħlas ma jkunx ġie riċevut mill-Uffiċju fil-limitu ta’ żmien meħtieġ, dak il-limitu ta’ żmien għandu jitqies li jkun ġie osservat vis-à-vis l-Uffiċju fejn tiġi prodotta xhieda dokumentata suffiċjenti f’dak il-limitu ta’ żmien li turi li l-persuna li tagħmel il-ħlas tkun debitament tat ordni lill-stabbiliment bankarju jew uffiċju postali biex jittrasferixxi l-ammont tal-ħlas f’ewro għall-kont bankarju miżmum mill-Uffiċju f’dak il-limitu ta’ żmien."; (b) il-punt 4 huwa mħassar; (ċ) il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: "5. Xhieda dokumentata għndha titqies bħala suffiċjenti skond it-tifsira tal-punt 3 fejn konferma tal-provvista ta’ l-ordni tat-trasferiment, maħruġa minn stabbiliment bankarju jew uffiċju tal-posta tiġi prodotta. Iżda, fejn it-trasferiment ordnat kien trasferiment li juża l-metodu ekettroniku ta’ ħlas bankarju SWIFT, il-konferma tal-provvista ta’ l-ordni tat-trasferiment għandha tieħu l-forma ta’ kopja tar-rapport SWIFT, ittimbrat u ffirmat minn uffiċjal debitament awtorizzat tal-bank jew uffiċju tal-posta."; 2. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 5 jiġi mibdul b’dan li ġej: "5. Il-paragrafu 4 m’għandux japplika meta l-applikazzjoni tkun akkumpanjata minn xhieda suffiċjenti dokumentata li turi li l-persuna li tkun għamlet il-ħlas tkun debitament tat ordni lil stabbiliment bankarju jew uffiċju postali biex jittrasferixxi l-ammont ta’ ħlas f’ewro f’kont bankarju miżmum mill-Uffiċju; l-Artikolu 4(5) għandu japplika mutatis mutandis."; (b) il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud: "7. Fejn tiġi riċevuta t-tariffa ta’ l-applikazzjoni iżda l-applikazzjoni ma tkunx valida skond l-Artikolu 50 tar-Regolament bażiku, l-Uffiċju għandu jżomm ewro 300 mit-tariffa ta’ l-applikazzjoni u jirrifondi l-bqija meta jinnotifika lill-applikant bin-nuqqasijiet misjuba fl-applikazzjoni."; 3. L-Artikolu 9(1) u (2) huwa sostitwit b’dan li ġej: "1. L-Uffiċju għandu jiċċarġja lill-detentur ta’ dritt tal-Komunità ta’ verjetà ta’ pjanti (hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejjaħ ‘id-detentur’) tariffa għal kull sena tat-tul ta’ perjodu ta’ żmien ta’ dritt tal-Komunità ta’ varjetà ta’ pjanti (tariffa annwali) ta’ ewro 300 għas-snin 2003 sa 2005 u ta’ ewro 435 għas-sena 2006 u għas-snin ta’ wara. 2. Il-ħlas tat-tariffa annwali għandu jkun dovut: (a) b’relazzjoni ma’ l-ewwel sena tat-terminu ta’ dritt tal-Komunità ta’ varjetà ta’ pjanti, fi żmien 60 jum mid-data ta’ l-għoti tad-dritt; u (b) b’relazzjoni tas-snin sussegwenti tat-terminu tad-dritt tal-Komunità ta’ varjetà ta’ pjanti, fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar kalendarju li jiġi qabel ix-xahar li fih jiġi l-anniversarju tad-data mogħtija."; 4. L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej: (a) fil-ħames inċiż tal-paragrafu 1(b), "ECU 300" hija sostitwita bi "Ewro 100"; (b) il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud: "3. Fejn talba għad-dħul imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 1 tikkonċerna katar minn applikazzjoni jew dritt reġistrat wieħed, li dwarhom issir applikazzjoni jew ikunu miżmuma mill-istess persuna, għandha tintalab tariffa waħda biss."; 5. L-Anness I huwa emendat skond l-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament; 6. L-Anness II huwa mħassar. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill jum ta’ wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika b’relazzjoni ma’ tariffi li jsiru dovuti mill-1 ta’ April 2003. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Marzu 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 227, 01.9.1994, p. 1. [2] ĠU L 258, tat-28.10.1995, p. 3. [3] ĠU L 121, ta’ l-1.6.1995, p. 31. [4] ĠU L 37, tat-12.2.2000, p. 19. [5] ĠU L 121, ta’ l-1.6.1995, p. 37. [6] ĠU L 331, tas-7.12.2002, p. 14. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Anness I huwa mibdul b’dan li ġej: L-ANNESS I Tariffi li jirrelataw ma’ eżamijiet tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 8 It-tariffa li għandha titħallas għall-eżami tekniku ta' varjetà skond l-Artikolu 8 għandha tkun stabbilita, b'referenza għas-sena li fiha jibda l-perjodu tat-tkabbir u għall-grupp ta' l-ispeċji li minnu tkun tagħmel parti l-varjetà, skond it-tabella: (f'Ewro) | Grupp tan-nefqa | Tariffa fis-snin 2003 sa 2005 | Tariffa fis-sena 2006 u wara | | | Grupp agrikolu 1 | Uċuħ tar-raba regolari | 1020 | 1020 | 2 | Uċuħ tar-raba propagati veġittativament | 1190 | 1190 | 3 | Uċuħ tar-raba taż-żejt | 1020 | 1020 | 4 | Ħaxix | 1020 | 1020 | 5 | Uċuħ tar-raba tal-pitravi | 1020 | 1020 | 6 | Uċuħ tar-raba tal-fibri | 1020 | 1020 | 7 | Uċuħ tar-raba b'arranġamenti speċjali ta' test | 1020 | 1020 | 8 | Uċuħ tar-raba agrikoli oħra | 1020 | 1020 | Grupp ornamentali 9 | Speċji ta' kollezzjoni b'referenza ħajja, test tas-serra, koltivazzjoni twila | 1190 | 1190 | 9A | Speċji ta' kollezzjoni b'referenza ħajja, test tas-serra, koltivazzjoni twila u kondizzjonijiet speċjali fitosanitarji | 1200 | 2040 | 10 | Speċji ta' kollezzjoni b'referenza ħajja, test tas-serra, koltivazzjoni qasira | 1105 | 1105 | 11 | Speċji ta' kollezzjoni b'referenza ħajja, test ta' barra, koltivazzjoni twila | 1105 | 1105 | 12 | Speċji ta' kollezzjoni b'referenza ħajja, test ta' barra, koltivazzjoni qasira | 1105 | 1105 | 13 | Speċji mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test tas-serra, koltivazzjoni twila | 1200 | 1360 | 13A | Speċji mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test tas-serra, koltivazzjoni twila bi stadju ieħor ta' propagazzjoni | 1200 | 2040 | 14 | Speċji mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test tas-serra, koltivazzjoni qasira | 1105 | 1105 | 15 | Speċji mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test ta' barra, koltivazzjoni twila | 1105 | 1105 | 16 | Speċji mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test ta' barra, koltivazzjoni qasira | 1105 | 1105 | 17 | Speċji ġodda, test tas-serra | 1190 | 1190 | 18 | Speċji ġodda, test ta' barra | 1190 | 1190 | 19 | Speċji propagati miż-żerriegħa (li ma jaqgħux taħt xi kategorija oħra) | 1200 | 1360 | Grupp veġetali 20 | Speċji propagati miż-żerriegħa, test ta' barra | 1050 | 1445 | 21 | Speċji propagati miż-żerriegħa, test tas-serra | 1200 | 1955 | 22 | Speċji propagati veġettativament, test ta' barra | 1050 | 1700 | 23 | Speċji propagati veġettativament, test tas-serra | 1200 | 1360 | Gruppi ta' frott 24 | Siġar | 1050 | 1615 | 24A | Speċji ta' siġar b'kollezzjoni kbira permanenti ta' referenza ħajja | 1050 | 2380 | 25 | Arbuxelli | 1050 | 1190 | 26 | Abitat tad-dwieli | 1050 | 1190 | 27 | Żraġen | 1050 | 1 | --------------------------------------------------