Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0142

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 142/2003 tas-27 ta’ Jannar 2003 li jtemm il-proċeduri ta’ salvagwardja għal ċerti prodotti tal-azzar u li tiddisponi għar-rifużjoni ta’ ċerti dazji

    ĠU L 23, 28.1.2003, p. 9–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/142/oj

    32003R0142

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 142/2003 tas-27 ta’ Jannar 2003 li jtemm il-proċeduri ta’ salvagwardja għal ċerti prodotti tal-azzar u li tiddisponi għar-rifużjoni ta’ ċerti dazji

    Official Journal L 023 , 28/01/2003 P. 0009 - 0017
    CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 6 - 14
    ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 6 - 14
    HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 6 - 14
    LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 6 - 14
    LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 6 - 14
    MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 6 - 14
    PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 6 - 14
    SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 6 - 14
    SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 6 - 14


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 142/2003

    tas-27 ta’ Jannar 2003

    li jtemm il-proċeduri ta’ salvagwardja għal ċerti prodotti tal-azzar u li tiddisponi għar-rifużjoni ta’ ċerti dazji

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 518/94 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2474/2000 [2], u in partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importi minn ċerti pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1765/82, (KEE) Nru 1766/82 u (KEE) 3420/83 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1138/98 [4], u in partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

    Wara konsultazzjonijiet mal-Kumitat ta’ Konsulenza stabbilit skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3285/94 u tar-Regolament (KE) Nru 519/94 rispettivament,

    Billi:

    PROĊEDURA

    (1) Fis-6 ta’ Marzu 2002, ċerti Stati Membri ("l-Istati Membri interessati") informaw il-Kummissjoni li t-tendenzi fl-importi kienu jsejħu għal miżuri ta’ salvagwardja, ressqu informazzjoni li kien fiha l-evidenza disponibbli kif determinata fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 3285/94 u l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 519/94, u talbu lil Kummissjoni timponi miżuri ta’ salvagwardja proviżorji u biex tibda investigazzjoni ta’ salvagwardja.

    (2) Skond l-Istati Membri interessati kien hemm żieda reċenti sostanzjali fl-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar u li l-egħluq tas-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika b’riżultat tal-miżuri ta’ difiża kummerċjali tal-Istati Uniti mhux talli ċaħħad sostanzjalment lil produtturi Komunitarji minn fetħa importanti għall-esportazzjonijiet tagħhom, iżda ħoloq ukoll il-kondizzjonijiet għal devjazzjoni enormi tal-kummerċ tal-azzar mill-Istati Uniti tal-Amerika lejn il-Komunità Ewropea ("il-Komunità"). Huma sostnew li l-azzar destinat għall-Istati Uniti tal-Amerika ser ikun ridirett lejn il-Komunità. Dan jista’ jwassal għal żieda drastika fuq il-livelli diġà għoljin ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx, b’detriment ulterjuri għas-suq tal-azzar tal-Komunità li kien diġà milqut minn żidiet fl-importazzjonijiet preċedentement b’riskju ta’ preġudizzju serju għal-produtturi tal-Komunità.

    (3) L-Istati Membri interessati għarrfu li l-produtturi tal-Komunità kienu ssottomettew informazzjoni rilevanti u rrikjedew li jkunu addottati miżuri ta’ salvagwardja tal-Komunità b’urġenza minħabba li kwalunkwe dewmien fl-addozzjoni tagħhom jista’ jikkawża danni li diffiċilment ikunu jistgħu jiġu evitati.

    (4) Il-Kummissjoni informat l-Istati Membri kollha bis-sitwazzjoni u ikkonsultathom dwar it-termini u l-kondizzjonijiet tal-importazzjonijiet, it-tendenzi tal-importazzjonijiet u l-preġudizzju serju jew it-theddida ta’ preġudizzju għal kull settur ikkonċernat, u l-aspetti varji tas-sitwazzjoni ekonomika u kummerċjali rigward il-prodotti tal-Komunità in kwistjoni.

    (5) Fit-28 ta’ Marzu 2002, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni dwar il-preġudizzju serju jew it-theddida ta’ preġudizzju fuq il-produtturi Komunitarji ta’ prodotti bħal jew li jikkompetu direttament ma’ ċerti prodotti tal-azzar importati. Il-21 prodott tal-azzar koperti mill-investigazzjoni huma (1) non-alloy hot-rolled coils, (2) pjanċi u folji non-alloy u hot-rolled, (3) strixxi irqaq non-alloy hot-rolled, (4) prodotti ċatti alloy u hot-rolled, (5) folji cold rolled, (6) electrical sheets (minbarra dawk GOES), (7) folji miksija bil-metall, (8) folji b’kisi organiku, (9) prodotti stanjati, (10) pjanċi quarto, (11) wide flats, (12) non-alloy merchant bars u light sections, (13) alloy merchant bars u light sections, (14) rebars, (15) vireg stainless u light shapes, (16) stainless wire rod, (17) stainless steel wire, (18) fittings (< 609,6 mm), (19) flanges (minbarra dawk stainless steel), (20) pajpijiet tal-gass u (21) hollow sections.

    (6) Fl-istess jum, fuq il-bażi ta’ informazzjoni miġbura u verifikata qabel il-bidu tal-investigazzjoni, kienu ordnati miżuri proviżorji fuq 15 mil-prodotti tal-azzar koperti mill-investigazzjoni. Dawn huma il-prodotti Numru 1, 2, 3, 4, 5, 6, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 17, 18 u 19 imsemmija fil-premessi 5 hawn fuq.

    (7) Il-Kummissjoni għamlet investigazzjoni sħiħa rigward kull wieħed mil-21 prodott. Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi li jesportaw u l-importaturi kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom notorjament interessati, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi u l-produtturi tal-Komunità. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil dawn il-partijiet kollha u lil dawk li mmanifestaw ruħhom fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-avviż tal-bidu. Skond l-artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 u l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 il-Kummissjoni tat ukoll lil partijiet direttament interessati l-opportunità li jagħmlu l-veduti tagħhom magħrufa bil-miktub u biex jitolbu seduta.

    (8) Ċerti produtturi li jesportaw, produtturi, importaturi u utenti tal-Komunità, l-assoċjazzjonijiet tagħhom, kif ukoll gvernijiet ta’ pajjiżi terzi issottomettew kummenti bil-miktub. Il-partijiet interessati kollha li talbu seduta fil-limitu ta’ żmien stabbilit u li indikaw li probabbilment kienu ser jintlaqtu mir-riżultat tal-proċeduri u li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ġew mogħtija tali seduta. Il-kummenti orali u bil-miktub sottomessi mil-partijiet ittieħdu in konsiderazzjoni biex jintlaħqu l-konklużjonijiet definittivi. Il-Kummissjoni talbet u ivverifikat l-informazzjoni kollha li kkonsidrat meħtieġa bil-għan li ssir determinazzjoni definittiva. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti ta’ 30 produttur Komunitarju, 12-il produttur li jesporta u żewġ importaturi.

    (9) Ir-riżultati tal-investigazzjonijiet in relazzjoni mal-prodotti Numru 1, 2, 3, 4, 5, 18 u 19 huma mniżżla fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1694/2002 [5] li imponiet miżuri ta’ salvagwardja definittivi b’relazzjoni ma’ dawk il-prodotti, filwaqt li dawk in relazzjoni mal-prodotti Numru 6, 7, 8, 11, 12, 13, 15, 16, 17, 20 u 21 huma mniżżla fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1695/2002 [6] li temm il-proċeduri ta’ salvagwardja in relazzjoni ma’ dawk il-prodotti, stabbilixxa sistema ta’ kontroll ta’ ċerti prodotti tal-azzar u provda għar-rifużjoni ta’ ċerti dazji.

    (10) F’Settembru 2002, il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni ġdida dwar il-prodotti Numru 9, 10 u 14, li kienu juru li t-tendenzi ta’ importazzjoni għall-2002 kienu jidhru ferm ogħla minn dawk tal-2001, u li l-produtturi Komunitarji kienu qed isofru telf finanzjarju u tnaqqis fil-bejgħ fl-2002. Għalhekk, il-Kummissjoni ikkonsidrat li kien xieraq li jitkomplew l-investigazzjonijiet fuq dawn il-prodotti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tat avviż fil-11 ta’ Diċembru 2002 [7] li, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li kienu deskritti, il-limitu ta’ żmien għal-konklużjoni tal-investigazzjonijiet ta’ salvagwardja rigward dawk il-prodotti kien estiż mis-27 ta’ Diċembru 2002 għas-27 ta’ Frar 2003. Il-Kummissjoni ġabret u vverifikat iktar informazzjoni li kkonsidrat meħtieġa mil-produtturi Komunitarji u l-esportaturi lejn il-Komunità, u għamlet iktar żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti ta’ 14-il produttur Komunitarju. Dawk l-investigazzjonijiet huma issa kompluti, u r-riżultati in relazzjoni mal-prodotti Numru 9,10 u 14 huma mniżżla hawn taħt.

    RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONIJIET

    Prodott 9: Prodotti Stanjati

    Prodott ikkonċernat

    (11) Il-prodotti ikkonċernati huma ċerti prodotti flat-rolled tal-ħadid jew azzar non-alloy:

    - f’coils, mhux miksija jew ikkowtjati, mhux maħduma iktar milli cold rolled, jew

    - miksija jew ikkowtjati bil-landa, chromium oxides jew chromium u chromium oxides, miżbugħa, ivverniċjati jew miksija bi plastiks, jew ċerti sostanzi oħrajn.

    (12) Il-prodotti ikkonċernati (hawnhekk iżjed il quddiem msejħa "prodotti stanjati") huma attwalment klassifikabbli b’dawn il-kodiċi CN72091899, 72101110, 72101190, 72101211, 72101219, 72101290, 72105010, 72105090, 72107031, 72109033, 72112351, 72121010, 72121091, 72121093, 72121099, 72124010, 72124095

    (13) Il-prodotti stanjati huma magħmula mil-cold-rolling ta’ pjanċi tal-ħadid jew azzar non-alloy u, skond il-każ, żebgħa, verniċjar jew kowting bil-landa jew materjali oħrajn. Dawn huma ġeneralment użati fil-produzzjoni ta’ bottijiet tal-landa u tipi oħrajn ta’ ippakkjar.

    Żieda fl-importazzjonijiet

    (14) Il-Kummissjoni analizzat l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat tul il-perijodu mill-1997 għall-2001, f’termini assoluti u b’relazzjoni mal-produzzjoni destinata għal bejgħ u mal-produzzjoni Komunitarja totali inkluż l-użu vinkolat (

    "produzzjoni totali"

    ). Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-iżvilupp tal-importazzjonijiet fl-2002, kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi. It-tabella li ġejja turi dan l-iżvilupp għal kull sena mill-1997 sal-2001. Għal-2002, qed jidhru wkoll l-importazzjonijiet effettivi sa Ġunju flimkien ma’ stima għas-sena kollha.

    Prodott Nru 9

    Prodotti Stanjati

    Konsum

    | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | 2002 Stima | 2002 Jannar sa Ġunju |

    Volum (f’tunnellati metriċi) | 3947987 | 4147807 | 3932959 | 4249024 | 3889003 | 4006821 | 2109939 |

    Data dwar l-importazzjoni | | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | 2002 Stima | 2002 Jannar sa Ġunju |

    Volum (f’tunnellati metriċi) | 338999 | 479313 | 616680 | 536302 | 524836 | 547780 | 299709 |

    Rata ta’ żieda (f’%) | | 41,4 | 28,7 | -13,0 | -2,1 | 4,4 | |

    Porzjon tas-suq (f’%) | 8,6 | 11,6 | 15,7 | 12,6 | 13,5 | 13,7 | 14,2 |

    Proporzjon bejn importazzjoni u produzzjoni totali (f’%) | 7,5 | 10,1 | 14,4 | 11,4 | 12,1 | 12,4 | 12,9 |

    Proporzjon bejn importazzjoni u prodotti mibjugħa (f’%) | 7,5 | 10,3 | 14,5 | 11,5 | 12,2 | 12,6 | 13,2 |

    Unità ta’ Prezzijiet (f’EUR/tunnellata metrika) | n/a | 583 | 539 | 676 | 596 | 550 | 557 |

    | 1998/1997 | 1999/1998 | 2000/1999 | 2001/2000 | 2002/2001 |

    Volum bħala medja (f’tunnellati metriċi) | 409156 | 547997 | 576491 | 530569 | 536308 |

    (15) L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat żdiedet bi 80 % f’termini assoluti bejn l-1997 u l-1999, iżda wara niżlet bi 15 % mill-1999 sal-2001. L-importazzjoni żdiedet b’4 % fl-2002. B’relazzjoni mal-produzzjoni totali u l-produzzjoni destinata għal-bejgħ, l-importazzjonijiet żdiedu minn xi 7.5 % fl-1997 għal madwar 14.5 % fl-1999. Dawn reġgħu naqsu għal madwar 11.5 % fl-2000, qabel ma reġgħu żdiedu fl-2001. Fl-2002, l-importazzjonijiet żdiedu kemm b’relazzjoni mal-produzzjoni totali kif ukoll mal-produzzjoni destinata għal-bejgħ, iżda baqgħet taħt il-livelli tal-1999.

    Konklużjoni

    (16) Fid-dawl tat-tnaqqis ta’ importazzjonijiet bejn l-1999 u l-2001, kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi, u minkejja ż-żieda fl-importazzjonijiet fl-2002, ma jistax ikun stabbilit li kien hemm żieda f’daqqa, għal għarrieda u sinjifikanti fl-importazzjonijiet fil-passat reċenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li m’hemmx il-kondizzjoni bażika għall-addozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja definittivi.

    Prodott Nru 10: Pjanċi quarto

    Prodotti ikkonċernati

    (17) Il-Prodotti ikkonċernati huma:

    ċerti prodotti ċatti tal-ħadid jew azzar non-alloy li mhux miksija jew ikkowtjati, mhux f’coils u mhux maħduma iktar minn hot rolled:

    - differenti minn dawk li għandhom forom ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew iktar u ħxuna ta’ iktar minn 10 mm, attwalment klassifikabbli bħala kodiċi CN ex72085130 (kodiċi TARIC 7208513010), ex72085150 (kodiċi TARIC 7208515010), ex72085191 (kodiċi TARIC 7208519110 ), ex72085199 (kodiċi TARIC 7208519910 ), jew ta’ wisa’ ta’ 2050 mm jew iktar u ħxuna ta’ 4,75 mm jew iktar iżda inqas minn 10 mm, attwalment klassifikabbli bħala kodiċi CN )ex72085291 (kodiċi TARIC 7208529110), jew

    - ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew iktar, li mhux maħduma iktar minn hot rolled, attwalment klassifikabbli bħala kodiċi CN 72089010 u 72089090,

    ċerti prodotti ċatti tal-ħadid jew ta’ azzar non-alloy ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew iktar, miksija jew ikkowtjati, iżda mhux bil-landa, ċomb (inkluż terne-plate), żingu, chromium oxides jew chromium u chromium oxides, aluminju, jew miżbugħa, verniċjati jew miksija bi plastiks; li mhux arġentat, indurat, miksi bil-platinu jew żmaltat; mhux maħdum iktar minn trattat fil-wiċċ, inkluż ir-rivestiment, jew sempliċement maqtugħ f’forom li mhumiex rettangolari (inkluża l-forma kwadra), miksija (KEFA), attwalment klassifikabbli bil-kodiċi CN 72109031, u

    ċerti prodotti ċatti ta’ azzar alloy (minbarra stainless steel), ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew iktar, li mhux azzar silicon electrical jew azzar high speed,

    - mhux maħdum iktar minn hot rolled, mhux f’coils, bi ħxuna ta’ iktar minn 4,75 mm (KEFA), attwalment klassifikabbli bħala kodiċi CN 72254020 u 72254050; u

    - differenti minn mhux maħduma iktar minn hot rolled jew cold rolled; differenti minn miksija biż-żingu, mhux iktar maħduma minn trattati fil-wiċċ, inkluż kisi, jew sempliċement maqtugħ f’forom li mhux rettangolari (inkluża l-forma kwadra) (KEFA) attwalment klassifikabbli bħala kodiċi CN 72259910.

    (18) Il-prodott ikkonċernat hu fabbrikat billi tkun irromblata pjanċa tal-azzar fuq l-erba’ naħat. Dan jintuża f’bosta applikazzjonijiet, inkluż fil-bini ta’ bastimenti, l-inġinerija u l-manifattura ta’ tubi u pajpijiet.

    Żieda fl-importazzjoni

    (19) Il-Kummissjoni analizzat l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat tul il-perijodu 1997 sal-2001, f’termini assoluti u relattivi għal-produzzjoni destinata għal-bejgħ u għal-produzzjoni totali Komunitarja inkluż l-użu vinkolat. (

    "produzzjoni totali"

    ). Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-iżvilupp tal-importazzjonijiet fl-2002, kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi. It-tabella li ġejja turi dan l-iżvilupp għal kull sena mill-1997 sal-2001. L-importazzjonijiet effettivi sa Ġunju tal-2002 qed jidhru flimkien ma’ stima għas-sena kollha.

    Prodott Numru 10

    Pjanċi quarto

    Konsum

    | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | 2002 Stima | 2002 Jannar sa Ġunju |

    Volum (f’tunnellati metriċi) | 9198227 | 10069103 | 8207564 | 8699946 | 9045288 | 8411598 | 4552723 |

    Data dwar l-importazzjoni

    Importazzjonijiet totali | | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | 2002 Stima | 2002 Jannar sa Ġunju |

    Volum (f’tunnellati metriċi) | 1811787 | 2285468 | 1423355 | 1173890 | 1715357 | 1453445 | 775131 |

    Rata ta’ żieda (f’%) | | 26,1 | -37,7 | -17,5 | 46,1 | -15,3 | -17,3 |

    Porzjon tas-suq (f’%) | 19,7 | 22,7 | 17,3 | 13,5 | 19,0 | 17,3 | 17,0 |

    Proporzjon bejn l-importazzjoni u l-produzzjoni totali (f’%) | 16,6 | 20,4 | 14,7 | 11,5 | 17,0 | 15,3 | 16,4 |

    Proporzjon bejn importazzjoni u l-produzzjoni mibjugħa (f’%) | 19,7 | 24,3 | 17,9 | 13,3 | 19,7 | 18,1 | 19,3 |

    Unità ta’ Prezzijiet (f’EUR/tunnellata metrika) | 269 | 330 | 268 | 320 | 323 | 332 | 330 |

    | 1998/1997 | 1999/1998 | 2000/1999 | 2001/2002 | 2002/2001 |

    Volum bħala medja (f’tunnellati metriċi) | 2048628 | 1854412 | 1298623 | 1444624 | 1584401 |

    (20) L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat żdiedet f’termini assoluti minn 1.8 miljun tunnellata metrika fl-1997 għal 2.3 miljun tunnellata metrika fl-1998, iżda naqset għal 1.2 miljun tunnellata metrika fl-2000, qabel ma reġgħet żdiedet għal 1.7 miljun tunnellata metrika fl-2001. Filwaqt li kien hemm żieda qawwija bejn l-2000 u l-2001, din iż-żieda trid tiġi ikkonsidrata fil-kuntest tal-importazzjonijiet li baqgħu taħt il-livelli tal-1997 u l-1998. L-importazzjonijiet huma stmati li ser jonqsu għal 1.5 miljun tunnellata metrika fl-2002.

    (21) L-istess tendenza tista’ tkun osservata in relazzjoni mal-iżvilupp ta’ kemm il-proporzjon tal-importazzjoni mal-produzzjoni totali kif ukoll l-importazzjoni mal-produzzjoni destinata għal-bejgħ.

    Konklużjoni

    (22) Fid-dawl ta’ l-iżvilupp tal-importazzjonijiet (u, in partikolari il-fatt li l-livelli ta’ importazzjoni reċenti baqgħu inqas minn dawk tal-1997 u l-1998), ma jistax ikun stabbilit li hemm żieda f’daqqa, għal għarrieda u sinjifikanti fl-importazzjonijiet fil-passar reċenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma teżistix il-kondizzjoni bażika għall-addozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja definittivi.

    Prodott Numru 14: Rebars

    Prodott ikkonċernat

    (23) Il-prodotti ikkonċernati huma vireg tal-ħadid jew azzar non-alloy, mhux iktar maħdum minn forġati, hot rolled, hot drawn jew hot extruded, iżda inklużi dawk milwija wara r-rolling u li fihom indentaturi, xquq jew deformazzjonijiet oħrajn prodotti waqt il-proċess ta’ rolling jew milwija wara r-rolling. Il-prodott ikkonċernat huwa attwalment klassifikat skond il-kodiċi CN 72142000 u 72149910.

    (24) Il-Prodott ikkonċernat jiġi prodott bl-użu ta’ billets (prodott nofsu maħdum) li huma hot rolled għad-djametru meħtieġ. Jintuża primarjament għar-rinforzar fl-industrija tal-kostruzzjoni.

    Żieda fl-importazzjonijiet

    (25) Il-Kummissjoni analizzat l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat tul il-perjodu 1997 sal-2001, f’termini assoluti kif ukoll relattivi għal-produzzjoni destinata għal-bejgħ u għal-produzzjoni Komunitarja totali inkluż l-użu vinkolat ("produzzjoni totali"). Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-iżvilupp tal-importazzjoni fl-2002, kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi. It-tabella li ġejja turi dan l-iżvilupp għal kull sena mill-1997 għall-2001. L-importazzjonijiet effettivi sa Ġunju tal-2002 qed jidhru flimkien ma’ stima għas-sena kollha.

    Prodott Numru 14

    Rebars

    Konsum

    | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | 2002 Stima | 2002 Jannar sa Ġunju |

    Volum (f’tunnellati metriċi) | 11343116 | 11879644 | 13101025 | 12866281 | 13227634 | 13680979 | 7134912 |

    Data dwar l-importazzjoni

    Importazzjonijiet totali | | | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | 2002 Stima | 2002 Jannar sa Ġunju |

    Volum (f’tunnellati metriċi) | 476486 | 676765 | 1456082 | 1216116 | 1499580 | 1673218 | 816274 | |

    Rata ta’ żieda (f’%) | | 42,0 | 115,2 | -16,5 | 23,3 | 11,6 | | |

    Porzjon tas-suq (f’%) | 4,2 | 5,7 | 11,1 | 9,5 | 11,3 | 12,2 | 11,4 | |

    Proporzjon bejn importazzjoni u produzzjoni totali -tion | 4,1 | 5,8 | 11,9 | 10,0 | 11,9 | 13,3 | 12,8 | |

    Proporzjon bejn importazzjoni u l-produzzjoni mibjugħa | 4,1 | 5,8 | 11,9 | 10,0 | 11,9 | 13,3 | 12,8 | |

    Unità ta’ Prezzijiet (f’EUR/tunnellata metrika) | 223 | 224 | 213 | 247 | 249 | 248 | 240 | |

    | 1998/1997 | 1999/1998 | 2000/1999 | 2001/2000 | 2002/2001 |

    Volum bħala medja (f’tunnellati metriċi) | 576626 | 1066424 | 1336099 | 1357848 | 1586399 |

    (26) L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat żdiedet f’termini assoluti minn 0.5 miljun tunnellata metrika fl-1997 għal 1.5 miljun tunnellata metrika fl-1999, naqseq għal 1.2 miljun tunnellata metrika fl-2000 qabel ma reġgħet kienet 1.5 miljun tunnellata metrika fl-2001. Il-proporzjon tal-importazzjonijiet mal-produzzjoni totali u l-importazzjonijiet mal-produzzjoni destinata għal-bejgħ żdiedet bl-istes mod f’dan il-perjodu. L-importazzjonijiet żdiedu għal 1.7 miljun tunnellata metrika fl-2002.

    Preġudizzju serju

    (27) Il-Kummissjoni eżaminat jekk il-produtturi Komunitarji ġarrbux preġudizzju serju minħabba ż-żieda tal-importazzjonijiet. Fil-perjodu mill-1997 sal-2001, u l-andament fl-2002, kien osservat dan li ġej:

    - il-kapaċità naqset ftit minn 18.8 miljun tunnellata metrika fl-1997 għal 18.2 miljun tunnellata metrika fl-2001, u baqgħet 18.2 miljun tunnellata metrika fl-2002,

    - Il-produzzjoni żdiedet bi 8 % tul il-perjodu mill-1997 sal-2001 għal 12.6 miljun tunnellata metrika, u baqgħet stabbli (12.5 miljun tunnellata metrika) fl-2002,

    - il-bjegħ fil-Komunità żdied b’9 % tul il-perjodu mill-1997 sal-2001, u laħaq it-12.7 miljun tunnellata metrika fl-2001. Il-bejgħ baqa’ stabbli (12.8 miljun tunnellata metrika) fl-2002,

    - il-prezz unitarju tal-bejgħ Komunitarju naqas ftit fl-1997 u l-1998 iżda wara kien hemm żieda regolari bi prezz ta’ EUR 253/tunnellata metrika fl-2002, żieda komplessiva ta’ 5 % fuq il-prezzijiet tal-1997. Fl-2002, il-prezzijiet għolew bi 2 % iktar għal EUR 258/tunnellata metrika,

    - il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet ma niżlux taħt il-prezz medju tal-prodott Komunitarju la fl-2001 (-3.4 %) u lanqas fl-2002 (-0.6 %),

    - il-profitt nett fil-bejgħ Komunitarju (%) żdied minn 0.5 % għal 3.5 % bejn l-1997 u l-2001, u reġa’ żdied fl-2002 għal 4.6 %,

    - Il-porzjon tas-suq tal-produtturi Komunitarji naqas minn 96 % għal 89 % bejn l-1997 u l-2001, u għal 88 % fl-2002.

    Konklużjoni

    (28) Għalkemm il-produtturi Komunitarji soffrew tnaqqis fil-porzjon tas-suq fil-perjodu mill-1997 għal-2001, ikkonsidrat komplessivament, l-indikaturi ekonomiċi tas-sitwazzjoni tal-produtturi Komunitarji ma jurux deterjorament komplessiv sinjifikanti fil-pożizzjoni tagħhom. Fil-fatt, il-profittabilità u l-parti l-kbira tal-indikaturi l-oħrajn urew żvilupp pożittiv fil-perjodu l-aktar reċenti. Fl-2002, il-produtturi Komunitarji reġgħu tilfu porzjon tas-suq iżda l-proffittabilità u l-parti l-kbira tal-indikaturi l-oħrajn urew żvilupp, sabiex is-sitwazzjoni komplessiva tagħhom baqgħet orjentata pożittivament.

    (29) Filwaqt li jista’ jkun raġonevolment argumentat li l-importazzjonijiet żdiedu b’mod li huwa għal għarrieda, qawwi u sinjifikanti, fid-dawl tan-nuqqas ta’ deterjorament komplessiv sinjifikanti fis-sitwazzjoni tal-produtturi Komunitarji u l-iżvilupp pożittiv tal-parti l-kbira mill-indikaturi ta’ preġudizzju fl-2001, tendenza li kiene konfermata fl-2002, il-Kummissjoni tikkonkludi li, ma teżistix il-kondizzjoni bażika għall-addozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja definittivi.

    KONSIDERAZZJONIJIET FINALI

    (30) Il-Kummissjoni tikkonsidra li, għar-raġunijiet hawn fuq imsemmija, il-kondizzjonijiet għall-imposizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja definittivi għal-prodotti Numri 9, 10 u 14 ma ntlaħqux.

    (31) Il-proċeduri ta’ salvagwardja għandhom għalhekk jintemmu rigward dawk il-prodotti. Għandu jkun hemm rifużjoni ta’ kwalunkwe dazji addizzjonali mħallsa b’relazzjoni ma’ dawk il-prodotti skond id-dispożizzjonijiet proviżorji.

    (32) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għas-sistema ta’ sorveljanza retrospettiva stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1695/2002, li tikkonċerna wkoll il-prodotti Nru 9, 10 u 14,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-proċeduri ta’ salvagwardja rigward il-prodotti Nru 9, 10 u 14, deskritti partikolarment fl-Anness 1, huma mitmuma.

    Artikolu 2

    Kwalunkwe ammonti mħallsa bħala dazji addizzjonali skond il-miżuri ta’ salvagwardja proviżorji imponuti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 560/2002 [8] in relazzjoni mal-prodotti Nru 9, 10 u 14, partikolarment deskritti fl-Anness 1, għandhom ikunu rifużi kemm jista’ jkun malajr.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw mil-viċin sabiex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 27 Jannar 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Pascal Lamy

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 349, 31.12.94, p. 53.

    [2] ĠU L 286, 11.11.00, p. 1.

    [3] ĠU L 67, 10.03.94, p. 89.

    [4] ĠU L 159, 03.06.98, p. 1.

    [5] ĠU L 261, 28.09.02, p. 1.

    [6] ĠU L 261, 28.09.02, p. 124.

    [7] ĠU C 308, 11.12.02, p. 37.

    [8] ĠU L 85, 28.03.02, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Prodotti Nru | Prodotti | CN codes |

    9 | Tin mill Prodotti | 72091899, 72101110, 72101190, 72101211, 72101219, 72101290, 72105010, 72105090, 72107031, 72109033, 72112351, 72121010, 72121091, 72121093, 72121099, 72124010, 72124095 |

    10 | Quarto plates | 72085130, 72085150, 72085191, 72085199, 72085291, 72089010, 72089090, 72109031, 72254020, 72254050 u 72259910. |

    14 | Rebars | 72142000 u 72149910 |

    --------------------------------------------------

    Top