This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0068
Commission Regulation (EC) No 68/2003 of 16 January 2003 concerning the use of information from sources other than statistical surveys and the time limits for the communication of the results for the 2003 survey on the structure of agricultural holdings
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 68/2003 tas-16 ta’ Jannar 2003 dwar l-użu ta’ informazzjoni, minbarra informazzjoni miksuba minn stħarriġ statistiku, u l-perjodu li fih trid issir il-komunikazzjoni tar-riżultati ta’ l-istħarriġ tat-2003 dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 68/2003 tas-16 ta’ Jannar 2003 dwar l-użu ta’ informazzjoni, minbarra informazzjoni miksuba minn stħarriġ statistiku, u l-perjodu li fih trid issir il-komunikazzjoni tar-riżultati ta’ l-istħarriġ tat-2003 dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli
ĠU L 12, 17.1.2003, p. 5–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010
Official Journal L 012 , 17/01/2003 P. 0005 - 0007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 68/2003 tas-16 ta’ Jannar 2003 dwar l-użu ta’ informazzjoni, minbarra informazzjoni miksuba minn stħarriġ statistiku, u l-perjodu li fih trid issir il-komunikazzjoni tar-riżultati ta’ l-istħarriġ tat-2003 dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli IL-KUMMISSJONI TA’ L-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 tad-29 ta’ Frar 1988 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ Komunitarju dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) u punt 5 ta’ l-Anness II, Billi: (1) Skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88, uħud mill-Istati Membri talbu li jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni sabiex jużaw informazzjoni li tkun diġa disponibbli minn egħjun oħra iżda mhux minn stħarriġ statistiku dwar ċerti karatteristiċi. (2) Ir-riżultati ta’ l-istħarriġ dwar l-istruttura huma ta’ importanza kbira għall-politika agrikola komuni. Huwa neċessarju li jinżamm livell għoli fil-kwalità ta’ l-informazzjoni u għalhekk l-użu ta’ data minn egħjun li mhumiex stħarriġ statistiku jista’ jiġi aċċettat biss jekk din id-data hija ta’ min joqgħod fuqha daqs li kieku kienet data minn stħarriġ statistiku. (3) Il-perjodu li fih trid tiġi komunikata d-data ta’ l-istħarriġ individwali mill-istħarriġ tat-2003 dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli għandu jiġi stipulat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu in konsiderazzjoni l-fatt illi l-kalendarju għat-twettiq ta’ l-istħarriġ ivarja minn Stat Membru għall-ieħor. (4) Minħabba l-importanza tar-riżultati ta’ l-istħarriġ dwar l-istruttura għall-politika agrikola komuni u t-talba li dejjem tiżdied għal data aġġornata, id-data mill-istħarriġ għandha tiġi proċessata u komunikata lill-Kummissjoni (Eurostat) malajr kemm jista’ jkun. (5) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Statistiċi Agrikoli, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Olanda, l-Awstrija, l-Isvezja, u r-Renju Unit huma awtorizzati sabiex jużaw informazzjoni li tkun diġa disponibbli, minbarra dik l-informazzjoni li tkun ġejja mill-istħarriġ statistiku ta’ l-istħarriġ ta’ l-2003 dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli. L-egħjun li jistgħu jkunu użati huma mniżżla fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. 2. L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jassiguraw illi din l-informazzjoni hija, ta’ l-anqas, ta’ l-istess kwalità daqs l-informazzjoni miksuba minn stħarriġ statistiku. Artikolu 2 Fil-perjodi stipulati fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-data minn stħarriġ individwali mill-istħarriġ ta’ l-2003 dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli, liema data għandha tkun ikkonfermata. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 16 Jannar 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 56, tat-2.3.1988, p. 1. [2] ĠU L 24, tas-26.1.2002, p. 16. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Egħjun, minbarra stħarriġ strutturali, li huma awtorizzati sabiex jiġu użati fl-istħarriġ ta’ l-2003 dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli: Id-Danimarka | Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll | Il-Ġermanja | Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll | L-Olanda | Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll; Reġistru Nazzjonali ta' l-Irziezet | L-Awstrija | Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll; Sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini | L-Isvezja | Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll; Sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini | Ir-Renju Unit: | Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll; Sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini; Reġistru tal-Biedja Organika | -------------------------------------------------- L-ANNESS II Limiti ta’ żmien għall-komunikazzjoni tad- data individwali t ta’ l-istħarriġ lill-Ewrostat : L-Istat Membru | Perjodu ta' stħarriġ | Limitu ta' żmien | Il-Belġju | Mejju 2003 | tal- 31.8.2004 | Id-Danimarka | Mejju 2003 | tal- 31.8.2004 | Il-Ġermanja | Mejju sa Ġunju 2003 | tal- 31.12.2004 | Il-Greċja | Novembru sa Diċembru 2003 | tal- 31.12.2004 | Spanja | Ottubru sa Diċembru 2003 | tal- 31.12.2004 | Franza | Ottubru sa Diċembru 2003 | tal- 31.12.2004 | L-Irlanda | Ġunju sa Awissu 2003 | tal- 31.8.2004 | L-Italja | Ottubru sa Diċembru 2003 | tal- 31.12.2004 | Il-Lussemburgu | Mejju sa Ġunju 2003 | tal- 31.8.2004 | L-Olanda | April sa Ġunju 2003 | tal- 31.8.2004 | L-Awstrija | Diċembru 2003 | tal- 31.12.2004 | Il-Portugall | Novembru 2003 sa Frar 2004 | tal- 31.12.2004 | Il-Finlandja | Mejju u Novembru 2003 | tal- 31.8.2004 | L-Isvezja | Ġunju 2003 | tal- 31.8.2004 | Ir-Renju Unit | Frar sa Ottubru 2003 | tal- 31.8.2004 | --------------------------------------------------