EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0055

Id-Direttiva 2003/55/Ke tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE

ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57–78 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/03/2011; Imħassar b' 32009L0073

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/55/oj

32003L0055



Official Journal L 176 , 15/07/2003 P. 0057 - 0078


Direttiva 2003/55/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill

tas-26 ta’ Ġunju 2003

rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l- l-Artikolu 47(2), l-Artikolu 55 u l- l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposti mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjunijiet,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva 98/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 rigward regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali [4] għamlet kontribuzzjonijiet sinifikanti lejn il-ħolqien ta’ suq intern għall-gass.

(2) L-esperjenza fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva turi li benefiċċji li jistgħu jirriżultaw mis-suq intern fil-gass, f’termini ta’ żieda fl-effiċjenza, tnaqqis fil-prezzijiet, standards ogħla ta’ servizz u kompetitività ikbar. Madankollu, baqgħu nuqqasijiet u possibiltajiet sinifikantigħat-titjib ta’ l-iffunzjonar tas-suq, notevolment huma meħtieġa disposizzjonijiet konkreti biex jiġi żgurat illi jkun hemm kondizzjonijet ugwali u li jitnaqqsu r-riskji ta’ dominanza fis-suq u atteġġjament predatorju, li jiġu aċċertati tariffi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni mhux diskriminatorji, permezz ta’ aċċess għan-netwerk a bażi ta’ tariffi ppubblikati qabel ma jidħlu fis-seħħ, u li jiġi aċċertat li d-drittijiet tal-konsumaturi żgħar u vulnerabbli jiġu mħarsa.

(3) Fil-laqgħa tiegħu f’Lisbona fit-23 u l-24 ta’ Marzu 2000, il-Kunsill Ewropew talab li jsiru xogħlijiet mgħaġġla biex jiġi kompletat is-suq intern kemm fis-setturi ta’ l-elettriku u tal-gass u biex titgħaġġel il-libneralizzazzjoni f’dawn is-setturi sabiex jintlaħaq suq intern għal kollox operazzjonali. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2000 dwar it-tieni rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tal-liberalizzazzjoni tas-swieq ta’ l-enerġija, talab lill-Kummissjoni biex tadotta kalendarju dettaljat għall-ksib ta’ objettivi definiti b’mod preċiż bi skop li s-swieq ta’ l-enerġija jiġu liberalizzati bil-mod iżda għal kollox.

(4) Il-libertajiet li t-Trattat jiggarantixxu liċ-ċittadini Ewropej - il-moviment liberu tal-merkanzija, libertà li jiġu provduti servizzi, u l-libertà li wieħed jistabbilixxi ruħu - huma biss possibbli f’suq miftuħ għal kollox, li jippermetti lill-konsumaturi kollha liberament li jagħżlu lill-provdituri tagħhom u l-provdituri tagħhom liberament jikkonsenjaw lill-klijenti tagħhomt.

(5) In vista taż-żieda antiċipata rigward il-konsum tal-gass naturali, għandhom jitqiesu l-inizjattivi u l-miżuri biex jitħeġġu arranġamenti reċiproċi għall-aċċess għal netwerks għal pajjiżi terzi u integrazzjoni fis-suq tal-pajjiċi terzi.

(6) L-ostakoli ewlenin biex jintlaħaq suq intern għal kollox operazzjonali u kompetittiv jirrelataw għal, fost l-oħrajn, kwistjonijiet ta’ aċċess għan-netwerk, aċċess għall-ħażniet, kwistjonijiet ta’ tarifikazzjoni, interoperabilità bejn sistemi u gradi differenti tal-ftuħ tas-suq bejn l-Istati Membri.

(7) Biex tiffunzjona l-kompetizzjoni, aċċess għan-netwerks m’għandux inkun diskriminatorju, għandu jkun trasparenti u prezzat b’mod ġust.

(8) Sabiex jiġi kkompletat is-suq intern tal-gass, l-aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerks ta’ l-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni huwa ta’ importanza ewlenija. Operatur ta’ sistema tat-trasmissjoni jew tad-distribuzzjoni jista’ jikkonsisti f’impriża waħda jew aktar.

(9) Fil-każ ta’ impriża tal-gass li twettaq attivitajiet ta’ trasmissjoni, distribuzzjoni, ħażna jew gass naturali likwifikat (LNG) u li hija separata fil-forma legali tagħha minn dawk l-impriżi li jwettqu attivitajiet ta’ produzzjoni u/jew fornitura, l-operatur tas-sistema indikat jista’ jkun l-istess impriża li hija l-proprjetarja ta’ l-infrastruttura.

(10) Sabiex jiċi aċċertat aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerks, huwa xieraq li s-sistemi ta’ trasmissjoni u operazzjoni jitħaddmu minn entitajiet legalment separate fejn jeżistu impriżi integrati vertikalment. Il-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-miżuri ta’ effett ekwivalenti, żviluppati mill-Istati Membri biex jintlaħaq l-iskop ta’ dan ir-rekwiżit, u, fejn xieraq, tagħmel proposti biex tiġi emendata din id-Direttiva.

Huwa wkoll xieraq li l-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni għandhom drittijiet effettivi li jieħdu deċiżjonijiet rigward l-assi meħtieġa biex in-netwerks jiġu operati u żviluppati meta l-assi in kwistjoni huma l-proprjetà ta’ u jitħaddmu mill-impriża integrata b’mod vertikali.

Madankollu huwa importanti li ssir distinzjoni bejn separazzjoni legali bħal din u unbundling tal-proprjetà. Is-separazzjoni legali ma timplika la tibdil fil-proprjetà ta’ l-assi u xejn ma jrażżan li jkun hemm kondizzjonijiet ta’ impjieg fl-impriża sħiħa integrats vertikalment kolha kemm hi. Madankollu, għandu jiġi aċċertat proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet mhux diskriminatorju permezz ta’ miżuri ta’ l-organizzazzjoni rigward l-indipendenza tal-persuni responsabbli li jieħdu d-deċiżjonijiet.

(11) Sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ piż finanzjarju u amministrattiv fuq kumpaniji żġħar tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, fejn meħtieġ, li jeżentaw dawn il-kumpaniji mir-rekwiżiti legali ta’ l-unbundling tad-distribuzzjoni.

(12) Sabiex tiġi ffaċilitata l-konklużjoni tal-kuntratti minn impriża tal-gass stabbilita fi Stat Membru għall-fornitura tal-gass lil klijent eliġibbli fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri, u, fejn xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhoim jaħdmu lejn kondizzjonijiet aktar omoġeni u l-istess grad ta’ eliġibilità għas-suq intern.

(13) L-eżistenza tar-regolament effettiv, imwettaq minn awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew aktar, huwa fattur importanti fil-garanzija ta’ aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerks. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-funzjonijiet, il-kompetenzi u l-poteri amministrativi ta’ l-awtoritajiet regolatorji. Huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji fl-Istati Membri kollha jaqsmu l-istess sett minimu ta’ kompetenzi. Dawk l-awtoritajiet għandu jkollhom il-kompetenza li jiffissaw jew li japprovaw it-tariffi, kew għall-inqas il-metodoloġiji taħt il-kalkolu tat-tariffi tat-trasmissjoni u tad-didstribuzzjoni għall-aċċess tal-faċilitajiet tal-gass naturali likiwifikat (LNG). Sabiex jiġu evitati nuqqas ta’ ċertezza u tilwimiet li jqumu ħafna flus u jaħlu ħafna ħin, dawn it-tariffi għandhom jiġu ppubblikati qabel ma jidħlu fis-seħħ.

(14) Il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li twaqqaf Grupp ta’ Regolatori Ewropej għall-Elettriku u għall-Gass, li jikkostitwixxi mekkaniżmu rakkomandatorju xieraq biex jitħeġġu l-koperazzjoni u l-kordinazzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji, sabiex jiġi promoss l-iżvilupp tas-suq intern għall-elettriku u għall-gass, u sabiex jikkontribwixxi lejn l-applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri kollha, tad-disposizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva u fid-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku [5] u fir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għal skambji oltre l-fruntieri ta’ l-elettriku [6].

(15) Sabiex jiġi aċċertat aċċess effettiv għas-suq għall-partijiet kollha fis-suq inklużi partijiet ġodda, huma meħtieġa mekkaniżmi mhux diskriminatorji u li jibbilanċjaw l-ispejjeż. Malli s-suq tal-gass ikun biżżejjed likwidu, dan għandu jintlaħaq permezz tat-twaqqif ta’ mekkaniżmi trasparenti bbażati fuq is-suq għall-fornitura u x-xiri tal-gass meħtieġ fil-qafas tar-rekwiżiti tal-bilanċjar. Fl-assenza ta’ tali suq likwidu, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom irwol attiv biex jaċċertaw illi t-tariffi li jibbilanċjaw mhumiex diskriminatorji u jirriflettu l-ispejjeż. Fl-istess ħin, għandu jkun hemm inċentivi xieraq biex jiġu bbilanċjati d-dħul u l-ħruġ tal-gass u sabiex is-sistema ma titqegħidx fil-periklu.

(16) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jiffissaw jew japprovaw it-tariffi, jew il-metodoloġiji taħt il-kalkolu tat-tariffi, a bażi ta’ proposta mill-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni jew mill-operatur(i) tas-sistema tad-distribuzzjoni jew mill-operatur tas-sistema ta’ l-LNG, jew a bażi ta’ proposta miftiehma bejn dan/dawn l-operatur(i) u l-utenti tan-netwerks. Meta jwettqu dawn il-kompiti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaċċertaw li t-tariffi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni mhumiex diskriminatorji u jirriflettu l-ispejjeż, u għandhom iqisu l-ispejjeż fit-tul, marġinali, evitati mill-miżuri ta’ l-amministrazzjoni fuq in-naħa tat-talbiet.

(17) Il-benefiċċji li jirriżultaw mis-suq intern għandhom ikunu disponibbli għall-kummerċ u industrija kollha tal-Komunità, inklużi imrpiżi żgħar u medji, u għaċ-ċittadini kollha tal-Komunità mill-aktar fis possibbli, għal skopijiet ta’ ekwità, kompetittività, u indirettament biex jinħalqu impjiegi bħala riżultat taż-żidiet fl-effiċjenza li l-impriżi jgawdu.

(18) Il-klijenti tal-gass għandhom ikunu jistgħu jagħżlu lill-provditur tagħhom liberament. Madankollu għandu jkun hemm mixi bil-fażijiet lejn il-kompletazzjoni tas-suq intern għall-gass, flimkien ma’ terminu perentorju speċifiku, sabiex jiġi permess li l-industrija taġġusta u taċċerta li hemm miżuri u sistemi xieraq fis-seħħ biex iħarsu l-interessi tal-klijenti u jiġi aċċertat illi għandhom dritt veru u effettiv li jagħżlu lill-provditur tagħhom.

(19) Il-ftuħ progressiv tas-swieq lejn il-kompetizzjoni sħiħa għandu malajr kemm jista’ jkun ineħħi d-differenzi bejn l-stati Membri. It-trasparenza u ċ-ċertezza fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu aċċertati.

(20) Id-Direttiva 98/30/KEE tikkontribwixxi għall-aċċess għall-ħażna bħala parti mis-sistema tal-gass. Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tas-suq intern, għandhom jittieħdu passi ulterjuri sabiex jiġu kkjarifikati d-disposizzjonijiet għall-aċċess għall-ħażniet u għal servizzi anċillari.

(21) Il-faċilitajiet tal-ħażna huma mezzi essenzjali fost l-oħrajn, ta’ implimentazzjoni ta’ obligazzjonijiet ta’ servizz pubbliku bħas-sigurtà tal-fornitura. Dan m’għandux iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew diskriminazzjoni fl-aċċess għall-ħażniet.

(22) Għandhom jittieħdu miżuri ulterjuri sabiex jiġu żgurati tariffi trasparenti u mhux diskriminatorji għall-aċċess għat-trasport. Dawn it-tariffi għandhom japplikaw għall-utenti kollha fuq bażi mhux diskriminatorja. Fejn faċilità tal-ħażna, linepack jew servizz anċillari jopera f’suq li huwa biżżejjed kompetittiv, l-aċċess jista’ jiġi permess a bażi ta’ mekkaniżmi bbażati fuq is-suq li huma trasparenti u mhux diskriminatorji.

(23) Fl-interess tas-sigurtà tal-fornitura, il-bilanċ bejn il-fornitura u t-talbiet fl-Istati Membri individwi għandu jiġi ssorveljat, u s-sorveljanza għanda tiġi segwita minn rapport dwar is-sitwazzjoni fuq livell Komunitarju, b’ kont meħud għall-kapaċità ta’ interkonnessjoni bejn iż-żoni. Din is-sorveljanza għandha titwettaq kmieni biżżejjed biex jistgħu jittieħdu l-miżuri xierqa jekk is-sigurtà tal-fornitura tiġi kompromessa. Il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ l-infrastruttura tan-netwerk meħtieġa, inkluża l-kapaċità ta’ l-interkonnessjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-aċċertament ta’ fornitura stabbli tal-gass.

(24) L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li, filwaqt li jqisu r-rekwiżiti ta’ kwalità meħtieġa, il-biogass u gass mill-biomassi jew tipi oħrajn ta’ gass jingħataw aċċess mhux diskriminatorju għas-sistema tal-gass, kemm-il darba dan l-aċċess huwa permanentament kompatibbli mar-regoli tekniċi rilevanti u l-istandards tas-sigurtà. Dawn ir-regoli u l-istandards għandhom jaċċertaw li dawn il-gassijiet jistgħu b’mod tekniku u sikur jiġu injettati u ttrasportati fis-sistema tal-gass naturali u għandhom jindirizzaw ukoll il-karatteristiċi kimiċi ta’ dawn il-gassijiet.

(25) Il-kuntratti fit-tul jibqgħu parti importanti mill-fornitura tal-gass ta’ l-Istati Membri u għandhom jinżammu bħala għażla għall-impriżi tal-fornitura tal-gass sa fejn ma jfixklux l-għanijiet ta’ din id-Direttiva u huma kompatibbli mat-Trattat, inklużi r-regoli tal-kompetizzjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jitqiesu fl-ippjanar tal-kapaċità tal-fornitura u tat-trasport ta’ l-impriżi tal-gass.

(26) Sabiex tiġi aċċertata ż-żamma ta’ standards għoljin tas-servizz pubbliku fil-Komunità, il-miżuri kollha meħudin mill-Istati Membri biex jilħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu notifikati b’mod regolari lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha b’mod regolari tippubblika rapport li janalizza l-miżuri meħudin fuq livell nazzjonali biex jintlaħqu l-għanijiet tas-servizz pubbliku u bi tqabbil ta’ l-effettività tagħhom, b’ għan li jsiru rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu fuq livell nazzjonali sabiex jintlaħqu standards għoljin fis-servizz pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li meta jiġu konnessi mas-sistema tal-gass, il-klijenti huma infurmati dwar id-drittijiet tagħhom li jiġu forniti b’gass naturali ta’ kwalità speċifikata bi prezzijiet raġonevoli. Miżuri meħudin mill-Istati Membri biex iħarsu lill-klijent finali jisttgħu jkunu differenti skond id-djar u l-intrapiżi żgħar u medji.

(27) Ir-rispett tar-rekwiziti tas-servizz pubbliku huwa rekwiżit fundamentali ta’ din id-Direttiva u huwa important li jiġu speċifikati hawn l-istandards komuni, rispettati mill-Istati Membri kollha, li jqisu l-għanijiet tal-ħarsiet tal-konsumatur, sigurtà tal-fornitura, ħarsien ta’ l-ambjent u livelli ta’ kompetizzjoni ekwivalenti fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti li r-rekwiziti tas-servizz pubbliku jistgħu jiġu interpretati fuq bażi nazzjonali, kont meħud għaċ-ċirkostanzi nazzjonali bla ħsara għall-osservanza tal-liġijiet tal-Komunità.

(28) Miżuri implimentati mill-Istati Membri biex jilħqu l-għanijiet tal-koeżjoni ekonomika u soċjali jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, il-provvediment ta’ inċentivi ekonomiċi xierqa, bl-użu, fejn xieraq, ta’ l-għodda kollha eżistenti nazzjonali u Komunitarji. Dawn l-għodda jistgħu jinkludu mekkaniżmi ta’ responsabbiltà sabiex l-investiment neċessarju jiġi ggarantit.

(29) Sa fejn il-miżuri meħudin mill-Istati Membri biex jaderixxu għall-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, hemm obbligu skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat li jiġu notifikati lill-Kummissjoni

(30) Ladarba l-għan ta’ l-azzjoni proposta, l-aktar il-ħolqien ta’ suq intern tal-gass għal kollox operazzjonali, li fih tipprevali l-kompetizzjoni imparzjali, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, għal raġunijiet ta’ l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx oltre dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(31) Fid-dawl ta’ l-esperjenza akkwistata bl-operat tad-Direttiva tal-Kunsill 91/296/KEE tal-31 ta’ Mejju 1991 dwar it-transitu tal-gass naturali minn grids [7], għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġu aċċertati reġimi ta’ aċċess omoġeni u mhux diskriminatorji għat-trasmissjoni, inklużi mixi tal-gass oltre l-fruntieri bejn l-Istati Membri. Sabiex tiġi aċċertata l-omoġeneità fit-trattament ta’ l-aċċess għan-netwerks tal-gass, ukoll fil-każ ta’ transitu, dik id-Direttiva għandha titħassar, mingħajr preġudizzju għall-kontinwità ta’ l-appalti konklużi taħt dik id-Direttiva. It-tħassir tad-Direttiva 91/296/KEE m’għandhiex tipprevjeni l-konklużjoni ta’ appalti fit-tul fil-futur.

(32) Minħabba l-wiesgħa ta’ l-emedi li qed isiru lid-Direttiva 98/30/KE, huwa mixtieq, għal raġunijiet ta’ kjarezza u razzjonalizzazzjoni, li d-disposizzjonijiet in kwistjoni jerġgħu jinkitbu.

(33) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali, u tosserva l-prinċipji, magħrufa b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(34) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li twaqqaf il-proċeduri biex jiġu eżerċitati l-poteri implimentativi mogħtija lill-Kummissjoni [8],

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA

KAPITOLU I

GĦAN U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Għan

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli komuni għat-trasmissjoni, id-distribuzzjoni, il-fornitura u l-ħażna tal-gass naturali. Tistabbilixxi r-regoli li jirrelataw għall-organizzazzjoni u l-iffunzjonar tas-settur tal-gass naturali, aċċess għas-suq, il-kriterji u l-proċeduri li japplikaw għall-għotja ta’ awtorizzazzjoni għat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni, forniura u l-ħażna tal-gass naturali u l-operazzjoni tas-sistemi.

2. Ir-regoli stabbiliti f’sin id-Direttiva għall-gass naturali, inkluż il-gass naturali likwifikat (LNG), għandhom japplikaw wkoll għall-biogass u gass minn biomassi jew tipi oħrajn ta’ gass sa fejn dawn il-gassijiet jistgħu teknikament u b’mod sikur jiġu injettati fi, u trasportatti mis-sistema tal-gass naturali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

"impriża tal-gass naturali" tfisser kwalunkwe persuna naturai jew legali li twettaq għall-inqas waħda mill-funzjonijiet li ġejjin: Produzzjoni, trasmissjoni, distribuzzjoni, fornitura, xiri jew ħażna tal-gass naturali, inkluż LNG, li hija responsabbli għall-kompiti kummerċjali, tekniċi jew tal-manutenzjoni relatati għal dawk il-funzjonijiet, iżda m’għandhomx jinkludu l-klijenti finali;

"upstream pipeline netwerks" tfisser kwalunkwe pipeline jew netwerk ta’ pipelines imħaddma u/kew mibnija bħala parti minn proġett tal-prodzzjoni taż-żejt jew tal-gass, jew użata biex jinġarr il-gass naturali minn proġett wieħed jew aktar għal pjanta ta’ l-ipproċessar jew terminali jew destinazzjoni kostali finali;

"tranżmissjoni" tfisser it-trasport tal-gass naturali minn pipelinenetwerk ta’ pressa għolja li mhix upstream pipelinenetwerk bi skop li jiġi kkonsenjat lill-klijent, iżda li ma jinkludix il-fornitura;

"operatur tas-sistema tat-trasmissjoni" tfisser il-persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tat-trasmissjoni u li hija responsabbli għall-operazzjoni, bl-aċċertazzjoni tal-manutenzjoni ta’, u fejn meħtieġ, ta’ l-iżvilupp tas-sistema tat-trasmissjoni f’żona definita u, fejn japplika, l-interkonnessjonijiet tagħha ma’ sistemi oħrajn, u li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tilħqq talbiet raġonevoli għat-trasportazzjoni tal-gass;

"distribuzzjoni" tfisser it-trasport tal-gass naturali minn pipelinenetwerks lokali jew reġjonali bi skop tal-konsenja tiegħu lill-klijent, izda li ma tinkludix il-fornitura;

"operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni" tfisser il-persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tad-distribuzzjoni u li hija responsabbli għall-operat, bl-aċċertazzjoni tal-manutenzjoni, u fejn meħtieġ, ta’ l-iżvilupp tas-sistema tat-trasmissjoni f’żona definita u, fejn japplika, l-interkonnessjonijiet tagħha ma’ sistemi oħrajn, u li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tilħqq talbiet raġonevoli għat-trasportazzjoni tal-gass;

"fornitura" tfisser il-bejgħ, inkluż il-bejgħ mill-ġdid, tal-gass naturali, inkluż LNG, lill-klijenti;

"impriża tal-fornitura" tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tal-fornitura;

"faċilità tal-ħażna" tfisser faċilità użata għall-ħażna tal-gass naturali u proprjetà ta’ u/jew operata minn impriża tal-gass naturali, inkluża l-parti tal-faċilitajiet ta’ l-LNG użati għall-ħażna iżda eskluż is-sehem użat għall-produzzjoni, u esklużi l-faċilitajiet riservati esklussivament għall-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;

"operatur tas-sistema tal-ħażna" tfisser il-persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tal-ħażna u li hija responsabbli għall-operazzjoni ta’ faċilita’ tal-ħażna;

"faċilità ta’ l-LNG" tfisser terminali li tintuża għal-likwidikazzjoni tal-gass naturali jew l-importazzjoni, ħatt u gassifikazzjoni mill-ġdid ta’ l-LNG, u għandha tinkludi servizzi anċillari u ħażna temporanja meħtieġa għall-proċess tal-gassifikazzjoni mill-ġdid u l-konsenja sussegwenti sas-sistema tat-trasmissjoni, iżda m’għandha tinkludi ebbda parti minn terminali ta’ LNG użati għall-ħażna;

"operatur ta’ sistema ta’ l-LNG" tfisser persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tal-likwifikazzjoni tal-gass naturali, jew l-importazzjoni, ħatt u gassifikazzjoni mill-ġdid ta’ l-LNG u li hija responsabbli li tħaddem faċilità ta’ l-LNG;

"sistema" tfisser netwerks tat-trasmissjoni, netwerks tad-distribuzzjoni, faċilitajiet ta’ l-LNG u/jew faċilitajiet tal-ħażna proprjetà ta’ jew imħaddma minn impriza tal-gass naturali, inkluż linepack u l-faċilitajiet tal-fornitura ta’ servizzi anċillari u dawk ta’ impriżi relatati meħtieġa biex jingħata aċċess għat-trasmissjoni, distribuzzjoni u LNG;

"servizzi anċillari" tfisser is-servizzi kollha meħtieġa gaħħl-aċċess lil u operazzjoni tan-newtorks tat-trasmissjoni u/jew distribuzzjoni u/jew faċilitajiet ta’ l-LNG u/jew faċilitajiet tal-ħażna inkklużi bilanċjar tal-u taħlit tat-tagħbijiet, iżda esklużi faċilitajiet riservati esklussivament għal operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni li jwettqu l-funzonijiet tagħhom;

"linepack" tfisser il-ħażna tal-gass bil-kompressjoni fis-sistemi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-gass, iżda esklużi l-faċilitajiet riservati għall-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni li jwettqu l-funzonijiet tagħhom;

"sistema interkonnessa" tfisser numru ta’ sistemi li huma konnessu ma’ xulxin;

"interkonnettur" tfisser linja tat-trasmissjoni li taqsam jew li hi mxerrda fuq burdiera bejn Stati Membri għall-uniku skop li tikkonnetti s-sistemi tat-trasmissjoni nazzjonali ta’ dawn l-Istati Membri;

"linja diretta" tfisser pipeline tal-gass naturali li hija komplimentarja mas-sistema interkonnessa;

"impriża integrata tal-gass naturali" tfisser impriża integrata vertikalment jew orizzontalment;

"impriża integrata vertikalment" tfisser impriża tal-gass naturali jew grupp ta’ impriżi li r-relazzjonijijiet reċiproċi huma definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi [9] u fejn l-impriża/grupp in kwistjoni twettaq/iwettaq għall-inqas wieħed mill-kompiti tat-trasmissjoni, distribuzzjoni,LNG jew ħazna, u għall-inqas waħda mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni jew fornitura tal-gass naturali;

"impriża integrata orizzontalment" tfiser impriża li twettaq għall-inqas waħda mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni, trasmissjoni, distribuzzjoni, fornitura jew ħażna tal-gass naturali, u attivita’ mhux relatata mal-gass;

"impriżi relatati" tfisser impriżi affiljati, fis-sens ta’l-Artikolu 41 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 a bażi ta’ l-Artikolu 44(2)(g) [10] tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati [11], u/jew impriżi assoċjati, fis-sens ta’ l-Artikolu 33(1) tiegħu, u/jew impriżi li jappartjenu għall-istess azzjonisti;

"utenti tas-sistema" tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li qed tfornixxi jew li qed tiġi fornita mis-sistema;

"klijenti" tfisser klijenti bl-ingross u final ital-gass naturali u impriżi tal-gass naturali li jixtru l-gass naturali;

"klijenti tad-dar" tfisser klijenti li jixtru l-gass naturali għall-konsum proprju fid-dar;

"klijenti mhux tad-dar" tfisser klijenti li jixtru l-gass naturali li mhuwiex għall-użu proprju fid-dar;

"klijenti finali" tfisser klijenti li jixtru l-gass naturali għall-konsum proprju;

"klijenti eliġibbli" tfisser klijenti li huma liberi li jixtru l-gass mill-provditur ta’ l-għażla tagħhom, fis-sens ta’ l-Artikolu 23 ta’ din id-Direttiva;

"klijenti bl-ingross" tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali minbarra l-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni li jixtru l-gass naturali għall-iskop ta’ bejgħ mill-ġdid fis-sistema jew barra mis-sistema fejn huma stabbiliti;

"ippjanar fit-tul" tfisser ippjanar tal-kapaċità tal-fornitura u tat-trasport ta’ l-impriża tal-gass naturali għal terminu twil bi skop li jintlaħqu t-talbiet għall-gass naturali tas-sistema, diversifikazzjoni ta’ l-għejun u l-aċċertar tal-provvisti lill-klijent;

"suq emerġenti" tfisser Stat Membru li fih l-ewwel fornitura kummerċjali ta’ l-ewwel kuntratt tal-fornitura tal-gass naturali tiegħu sar mhux aktar minn 10 snin ilu;

"sigurtà" tfisser kemm is-sigurtà tal-fornitura tal-gass naturali kif ukoll sigurtà teknika;

"infrastruttura gdida" tfisser infrastruttura mhux lesta mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

KAPITOLU II

REGOLI ĠENERALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONI TAS-SETTUR

Artikolu 3

Obbligazzjonijiet dwar is-servizz pubbliku u l-protezzjoni tal-klijenti

1. L-Istati Membri għandhom jaccertaw, a bażi ta’ l-organizzazzjoni istituzzjonali tagħhom u kont tenut tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, li, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, impriżi tal-gass naturali jigu operati skond il-principji ta’ din id-Direttiva bi skop li jinkiseb suq tal-gass naturali kompetittiv, sigur u sostenibbli fl-ambjent, u m’għandhomx jiddiskriminaw bejn dawn l-impriżi rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

2. Tenut kont sħiħ tad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat, b’mod partikolari l-Artikolu 86 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi operaturi fis-settur tal-gass, fl-interess ekonomiku generali, obbligazzjonijiet dwar is-servizz pubbliku, li jistgħu jirrelataw għal sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-fornitura, regolarità, kwalità u prezz tal-provvisti, u l-protezzjoni ta’ l-ambjent, li jinkludi l-effiċjenza ta’ l-enerġija u ħarsien tal-klima. Dawn l-obbligazzjonijiet għandhom jigu identifikati b’mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorju, verifikabbli u għandhom jiggarantixxu l-ugwaljanza ta’ l-aċċess għall-kumpaniji tal-gass ta’ l-UE lil konsumaturi ċittadini. Rigward is-sigurtà tal-fornitura, l-amministrazzjoni ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija/perspettiva tat-talbiet u għall-ksib ta’ l-għanijiet ta’ l-ambjent, imsemmija f’dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-implimentazzjoni ta’ ppjanar fit-tul, b’qisien għall-possibbiltà li terzi persuni jitolbu aċċess għas-sistema.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa biex iħarsu l-klijenti finali u jaċċertaw livelli għoljin ta’ protezzjoni tal-konsumatur u għandhom, b’mod partikolari, jaċċertaw illi hemm salvagwardji xieraq għall-ħarsien tal-klijenti vulnerabbli, inklużi miżuri xierqa biex jgħinuhom jeveitaw id-diskonnessjoni. F’dan il-kuntest jistgħu jieħdu l-passi xierqa biex iħarsu l-klijenti f’żoni remoti li huma mqabbda mas-sistema tal-gass. L-Istati Membri jistgħu jaħtru provditur ta’ l-aħħar riżort għall-klijenti mqabbdin man-netwerks tal-gass. Għandhom jaċċertaw livelli għoljin ta’ protezzjoni tal-konsumatur, b’mod partikolari rigward trasparenza rigward it-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-appalti, informazzjoni ġenerali u mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-klijent eliġibbli effettivament jista’ jaqleb għal provditur ġdid. Rigward klijenti tad-dar dawn il-miżuri għandhom jinkludu dawk stabbiliti fl-Anness A.

4. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri xierqa biex jiksbu l-għanijiet tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, il-protezzjoni ta’ l-ambjent, li tista’ tinkludi mezzzi biex jiġi megħlub tibdil fil-klima, u sigurtà tal-fornitura. Dawn il-miżuri jisgħu jinkludu, b’mod partikolari, id-disposizzjonijiet ta’ inċentivi ekonomiċi xierqa, bl-użu, fejn xieraq, ta’ l-għodda kollha nazzjonali Komunitarji, għaż-żamma u l-kostruzzjoni ta’ l-infrastruttura tan-netwerks xierqa, inkluża l-kapaċità ta’ l-interkonnessjoni.

5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 rigward id-distribuzzjoni sa fejn l-applikazzjoni tagħhom ixxekkel, fil-liġi jew fil-fatt, il-prestazzjoni ta’ l-obbligazzjonijiet imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali fl-interess ekonomiku ġenerali u sa fejn l-iżvilupp tal-kummerċ ma jiġix affettwat sal-punt li jkun kuntrarju għall-interessi tal-Komunità. L-interessi tal-Komunità jinkludu, fost l-oħrajn, il-kompetizzjoni rigward il-klijenti eliġibbli skond din id-Direttiva u l-Artikolu 86 tat-Trattat.

6. L-Istati Membri għandhom, ma’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-mizuri kollha adottati biex jilħqu l-obbligazzjonijiet dwar is-servizz pubbliku, inklużi l-protezzjoni tal-konsumatur u ta’ l-ambjent, ul-effett possibbli tagħhom fuq il-kompetizzjoni nazzjonali u internazzjonali, kemm jekk dawn il-miżuri jeħtieġu deroga mid-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew le. Għandhom javżaw lill-Kummissjoni sussegwentament kull sentejn dwar kwalunkwe tibdil għal dawn il-miżuri, kemm jekk jeħtieġu deroga minn din id-Direttiva jew le.

Artikolu 4

Proċedura għall-awtorizzazzjoni

1. F’ċirkostanzi fejn awtorizzazzjoni (eż., liċenzja, permess, konċessjoni, kunsens jew approvazzjoni) tkun meħtieġa għall-kostruzzjoni jew operazzjoni ta’ faċilitajiet tal-gass naturali, l-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li jinnominaw għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet li jinbnew u/jew jiġu operati tali faċilitajiet, pipelines u tagħmir assoċjat, skond il-paragrafi 2 sa 4. L-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li jinnominaw jistgħu wkoll jagħtu awtorizzazzjonijiet fuq l-istess bażi għall-provvista tal-gass naturali u għall-klijenti bl-ingrossa.

2. Fejn l-Istati Membri għandhom sistema ta’ awtorizzazzjoni, għandhom jistabbilixxu kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji li għandhom jintlaħqu minn impriża li tapplika għal awtorizzazzjoni biex tibni u/jew tħaddem faċilitajiet tal-gass naturali jew li tapplika għal awtorizzazzjoni biex tipprovdi l-gass naturali. Il-kriterji u l-proċeduri mhux diskriminatorji għall-għotja ta’ awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu pubbliċi.

3. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw illi r-raġunijiet għal kwalunkwe ċaħda li jagħtu awtorizzazzjoni huma oġġettivi u mhux diskriminatorji u jingħataw lill-applikant. Ir-raġunijiet għal dawn iċ-ċaħdiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni għall-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċedura li tippermetti lill-applikant jappella minn dawn iċ-ċaħdiet.

4. Għall-iżvilupp ta’ żoni ġodda tal-provvista u operat effiċjenti ġeneralment, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24, l-Istati Membri jistgħu jiċħdu li jagħtu aktar awtorizzazzjonijiet għall-bini u l-operazzjoni ta’ sistemi tad-distribuzzjoni tal-pipeline f’żona partikolari ladarba tali sistemi tal-pipeline inbnew jew ġew proposti li jinbnew f’dik iż-żona u jekk il-kapaċità eżistenti jew proposta ma ġietx eżawrita.

Artikolu 5

Sorveljanza tas-sigurtà tal-fornitura

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw is-sorveljanza ta’ kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-fornitura. Fejn l-Istati Membri jqisu li huwa xieraq, jistgħu jiddelegaw dan il-kompitu lill-awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 25(1). Din is-sorveljanza għandha, b’mod partikolari, tkopri l-bilanċ bejn il-fornitura u t-talbiet fis-suq nazzjonali, il-livell ta’ talbiet futur mistennija u provvisti li jkunu disponibbli, bil-kapaċità addizzjonali maħsuba ppjanata jew taħt kostruzzjoni, u l-kwalità u l-livell tal-manutenzjoni tan-netwerks, kif ukoll miżuri biex jiġi kopert żmien ta’ talbiet kbar ħafna u biex jiġu koperti nuqqasijiet ta’ provditur wieħed jew aktar. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, rapport li jiddeskrivi fil-qosor is-sejbiet li jirriżultaw mis-sorveljanza ta’ dawn il-kwistjonijiet, kif ukoll kwalunkwe miżuri li ttieħdu jew maħsuba li jindirizzawhom u għandhom jibagħtu dan ir-rapport lill-Kummissjoni minnufih.

Artikolu 6

Regoli tekniċi

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw illi l-kriterji tas-sigurtà teknika jiġu definiti u li r-regoli tekniċi li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tad-diżinn tekniku u operazzjonali għat-tqabbid mas-sistema tal-faċilitajiet ta’ l-LNG, faċilitajiet tal-ħażna, sistemi oħrajn tat-trasmissjoni jew tad-distribuzzjoni, u linji diretti, jiġu żviluppati u ppubblikati. Dawn ir-regoli tekniċi għandhom jaċċertaw l-interoperabilità tas-sistemi u għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji. Għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-fornitura ta’ l-informazzjoni fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-Servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika [12].

KAPITOLU III

TRASMISSJONI, ĦAŻNA U LNG

Artikolu 7

Ħatra ta’ operaturi tas-sistemi

L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew jirrikjedu lil impriżi tal-gass naturali ji għandhom faċilitajiet tat-trasmissjoni, tal-ħażna jew ta’ l-LNG li jiġu nominati, għal perjodu li għandu jiġi determinat mill-Istati Membri wara li jkunu kkunsidraw kwistjonijiet ta’ effiċjenza u bilanċ ekonomiku, operatur wieħed tas-sistemi jew aktar. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jaċċertaw li l-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni, tal-ħażna u tal-LNG jaġixxu skond l-Artikolu 8 sa 10.

Artikolu 8

Kompiti ta’ l-operaturi tas-sistemi

1. Kull operatur ta’ sistema tat-trasmissjoni, tal-ħażna u/jew tal-LNG għandu:

(a) iħaddem, imantni u jiżviluppa taħt kondizzjonijiet ekonomiċi, faċilitajiet tat-trasmissjoni, tal-ħażna u tal-LNG siguri, dipendibbli u effiċjenti, b’rigward dovut għall-ambjent;

(b) iżomm lura milli jiddiskrimina bejn utenti tas-sistema jew klassijiet ta’ utenti tas-sistema, b’mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu;

(ċ) jagħti lil kull operatur ieħor ta’ sistema tat-trasmissjoni, operatur ieħor ta’ sistema tal-ħażna, operatur ieħor ta’ sistema tal-LNG u/jew kull operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni, biżżejjed informazzjoni sabiex jaċċerta li t-trasport u l-ħażna tal-gass naturali jistgħu jsiru b’mod kompatibbli ma’ l-operat sikur u effiċjenti tas-sistema interkonnessa;

(d) jagħti lill-utenti tas-sistema l-informazzjoni li jeħtieġu għall-aċċess effiċjenti għas-sistema.

2. Ir-regoli adottati mill-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni biex jibbilanċjaw is-sistemi tat-trasmissjoni tal-gass għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, inklużi regoli għat-tariffi għall-utenti tas-sistema tan-netwerks tagħhom għall-iskwilibrju ta’ l-enerġija. It-termini u l-kondizzjonijiet, inklużi regoli u tariffi, għall-fornitura ta’ dawn is-servizzi minn operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni għandhom jiġu stabbiliti skond metodoloġija kompatibbli ma’ l-Atikolu 25(2) b’mod mhux diskriminatorju u li jirrefletti l-ispejjeż u għandhom jiġu ppubblikati.

3. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni li jħarsu rekwiżiti minimi għall-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema tat-trasmissjoni, inkluża l-kapaċità tal-interkonnessjoni.

4. Operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni għandhom jipprokuraw l-energija li jużaw għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skond proceduri bbażati fuq is-suq li huma trasparenti u mhux diskriminatorji.

Artikolu 9

Separazzjoni ta’ l-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni

1. Fejn l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni huwa parti minn impriża integrata vertikalment, għandu jkun indipendenti għall-inqas fit-termini tal-forma legali, l-organizzazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet minn attivitajiet oħrajn li ma jirrelatawx għal trasmissjoni. Dawn ir-regoli m’għandhomx jikkreaw obbligazzjoni li l-propjetà ta’ l-assi tas-sistema tat-trasmissjoni tiġi sseparata mill-impriża integrata vertikalment.

2. Sabiex tiġi aċċertata l-indipendenza ta’ l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw l-kriterji minimi li ġejjin:

(a) dawk il-persuni reponsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni ma jistgħux jieħdu sehem fi strutturi tal-kumpaniji ta’ l-impriża tal-gass naturali responsabbli, direttament jew indirettament, għall-operazzjoni ta’ kuljum tal-produzzjoni, distribuzzjoni u fornitura tal-gass naturali.

(b) għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi aċċertat illi l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni jitqiesu b’mod li jaċċerta li huma kapaċi li jaġixxu b’mod indipendenti;

(ċ) l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni għandu jkollu drittijiet tat-teħid tad-deċiżjoni effettivi, indipendentement mill-impriża integrata tal-gass, rigward l-assi meħtieġa għall-operazzjoni, manutenzjoni jew żviluppar tan-netwerks. Dan m’għandux iżomm l-eżistenza ta’ mekkaniżmi ta’ kordinazzjoni xierqa biex jiġi aċċertat li d-drittijiet ekonomiċi u ta’ amministrazzjoni tal-kumpanija ewlenija rigward prospetti fuq assi regolati indirettament skond l-Artikolu 25(2) f’sussidjarja jiġu mħarsa. B’mod partikolari, dan għandu jippermetti lill-kumpanija ewlenija li tapprova l-pjan finanzjarju ta’ kull sena, jew kwalunkwe strument ekwivalenti, ta’ l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni u li twaqqaf limiti globali fuq il-livelli ta’ dejn tas-sussidjarja tagħha. M’għandhiex tippermetti lill-kumpanija ewlenija li tagħti istruzzjonijiet rigward l-operazzjonijiet ta’ kuljum, u lanqas rigward id-deċiżjonijiet individwali rigward il-kostruzzjoni jew titjib tal-linji ta’ trasmissjoni, li ma jeċċedux it-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti;

(d) l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni għandu jistabbilixxi programm tal-konformita’, li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi aċċertat li l-aġir diskriminatorju jiġi eskluż, u jaċċerta li l-osservanza tagħha hija sorveljata b’mod xieraq. Il-programm għandu jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet speċifiċi ta’ l-impjegati li jilħqu dawn l-għanijiet. Rapport ta’ kull sena, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda, għandu jingħata mill-persuna jew korp responsabbli għas-sorveljanza tal-programm tal-konformita’ lill-awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 25(1) u għandu jiġi ppubblikat.

Artikolu 10

Kunfidenzjalità għall-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 jew kwalunkwe dmir legali biex l-informazzjoni tiġi żvelata, kull operatur ta’ sistema tat-trasmissjoni, tal-ħażna u/jew tal-LNG għandu jippreserva l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba fil-kors tat-twettiq tal-kummerċ tagħha, u għandha tipprevjenti informazzjoni dwar l-attivitajiet proprji li tista’ tkun kummerċjalment vantaġġuża milli tiġi żvelata b’mod diskriminatorju.

2. Operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni m’għandhomx, fil-kuntest ta’ bejgħ jew xiri tal-gass naturali minn impriża relatata, jabbużaw minn informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba minn terzi fil-kuntest tal-fornitura jew negozjar ta’ l-aċċess għas-sistema.

KAPITOLU IV

DISTRIBUZZJONI U FORNITURA

Artikolu 11

Indikazzjoni ta’ l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni

L-Istati Membri għandhom jinnominaw, jew jirrikjedu lil impriżi li għandhom jew li huma responsabbli għal sistemi ta’ distribuzzjoni li jinnominaw, għal perjodu li għandu jiġi determinat mill-Istati Membri, wara li jkunu kkunsidraw kwistjonijiet ta’ effikaċja u bilanċ ekonomiku, operatur tas-sistemi tat-trasmissjoni wieħed jew aktar, u għandhom jaċċertaw li dawk l-operaturi jaġixxu skond l-Artikoli 12 sa 14.

Artikolu 12

Kompiti ta’ l-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni

1. Kull operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni għandu jħaddem, imantni u jiżviluppa taħt kondizzjonijiet ekonomiċi, sistema sikura, dipendibbli u effiċjenti, b’rigward dovut għall-ambjent.

2. F’kull każ l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni m’għandux jiddiskrimina bejn utenti tas-sistema jew klassijiet ta’ utenti, b’mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu.

3. Kull operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jipprovdi kull operatur ieħor ta’ sistema tad-distribuzzjoni u/jew operatur ta’ sistema tat-trasmissjoni jew tal-LNG, u/jew operator ta’ sistema tal-ħażna b’informazzjoni biżżejjed biex jiġi aċċertat li t-trasport u l-ħażna tal-gass naturali jsiru b’mod kompatibbli ma’ l-operazzjoni sikura u effiċjenti tas-sistema interkonnessa.

4. Kull operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni għandu jipprovdi lill-utenti tas-sistema bl-informazzjoni li jeħtieġu għall-aċċess għas-sistema effiċjenti.

5. Fejn l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni huma responsabbli għall-bilanċjar tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-gass, regoli adottati minnhom għal dak l-iskop għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, inklużi regoli għat-tariffi ta’ l-utenti tas-sistema għall-iskwilibrju ta’ l-enerġija. Termini u kondizzjonijiet, inklużi regoli u tariffi, għall-provvediment ta’ dawn is-servizzi minn operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni għandhom jiġu stabbiliti skond metodu kompatibbli ma’ l-Artikolu 25(2) b’mod mhux diskriminatorju u li jirrifletti l-ispejjeż u jiġu ppubblikati.

Artikolu 13

Separazzjoni ta’ l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni

1. Fejn l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni huwa parti minn impriża integrata vertikalment, għandu jkun indipendenti għall-inqas ai termini tal-forma legali, l-organizzazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet minn attivitajiet oħrajn li ma jirrelatawx għad-distribuzzjoni. Dawn ir-regoli m’għandhomx jikkreaw obbligazzjoni li l-proprjetà ta’ l-assi tas-sistema tad-distribuzzjoni tiġi sseparata mill-impriża integrata vertikalment.

2. Minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafu 1, fejn l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni huwa parti minn impriża integrata vertikalment, għandha tkun indipendenti fl-organizzazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet minn attivitajiet oħrajn li ma jirrelatawx għad-distribuzzjoni. Sabiex jintlaħaq dan, għandhom japplikaw l-kriterji minimi li ġejjin:

(a) dawk il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni ma jistgħux jieħdu sehem fl-istrutturi tad-distribuzzjoni ta’ l-impriża integrata tal-gass naturali responsabbli, direttament jew direttament, għall-operat ta’ kuljum tal-produzzjoni, trasmissjoni u fornitura tal-gass naturali;

(b) għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi aċċertat illi l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni jitqiesu b’mod li jaċċerta li huma kapaċi li jaġixxu b’mod indipendenti;

(ċ) l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jkollu drittijiet effettivitat-teħid tad-deċiżjoni, indipendentement mill-impriża integrata tal-gass, rigward l-assi meħtieġa għall-operazzjoni, manutenzjoni jew żviluppar tan-netwerks. Dan m’għandux jipprevjeni l-eżistenza ta’ mekkaniżmi ta’ kordinazzjoni xierqa biex jiġi aċċertat li d-drittijiet ekonomiċi u ta’ amministrazzjoni tal-kumpanija ewlenija rigward prospetti fuq assi regolati indirettament skond l-Artikolu 25(2) f’sussidjara jiġu mħarsa. B’mod partikolari, dan għandu jippermetti lill-kumpanija ewlenija li tapprova l-pjan finanzjarju ta’ kull sena, jew kwalunkwe strument ekwivalenti, ta’ l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni u li twaqqaf limiti globali fuq il-livelli ta’ dejn tas-sussidjarja tagħha. M’għandhiex tippermetti lill-kumpanija ewlenija li tagħti istruzzjonijiet rigward l-operazzjonijiet ta’ kuljum, u lanqas rigward id-deċiżjonijiet individwali rigward il-kostruzzjoni jew titjib tal-linji tad-distribuzzjoni, li ma jeċċedux it-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti;

(d) l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jistabbilixxi programm tal-konformita’, li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi aċċertat li l-aġir diskriminatorju jiġi eskluż, u jaċċerta li l-osservanza tagħha hija sorveljata b’mod xieraq. Il-programm għandu jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet speċifiċi ta’ l-impjegati li jilħqu dawn l-għanijiet. Rapport ta’ kull sena, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda, għandu jingħata mill-persuna jew korp responsabbli għas-sorveljanza tal-programm tal-konformita’ lill-awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 25(1) u għandu jiġi ppubblikat.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1 u 2 lil impriżi integrati tal-gass naturali li jservu inqas minn 100000 klijent imqabbad.

Artikolu 14

Kunfidenzjalità għall-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 jew kwalunkwe dmir legali biex l-informazzjoni tiġi żvelata, kull operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni għandu jippreserva l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba fil-kors tat-twettiq tal-kummerċ tiegħu, u għandu jipprevjeni informazzjoni dwar l-attivitajiet proprji li tista’ tkun kummerċjalment vantaġġuża milli tiġi żvelata b’mod diskriminatorju.

2. Operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni m’għandhomx, fil-kuntest ta’ bejgħ jew xiri tal-gass naturali minn impriża relatata, jabbużaw informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba minn terzi fil-kuntest tal-fornitura jew negozjar ta’ l-aċċess għas-sistema.

Artikolu 15

Operatur ikkombinat

Ir-regoli fl-Artikolu 9(1) u fl-Artikolu 13(1) m’għandhomx jipprevjenu l-operat ta’ operatur ikkomninat tat-trasmissjoni, tal-LNG, tal-ħażna u tad-distribuzzjoni li huwa indipendenti ai termini tal-forma legali, l-organizzazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet minn attivitajiet oħrajn li ma jirrelatawx għall-operazzjonijiet tat-trasmissjoni, LNG, ħażna u distribuzzjoni u li jilħaq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (d). Dawn ir-regoli m’għandhomx jikkreaw obbligazzjoni li l-propjetà ta’ l-assi tas-sistema kombinata tiġi sseparata mill-impriża integrata vertikalment:

(a) dawk il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-operatur tas-sistema kkombinata ma jistgħux jieħdu sehem fl-istrutturi tad-distribuzzjoni ta’ l-impriża integrata tal-gass naturali responsabbli, direttament jew direttament, għall-operat ta’ kuljum tal-produzzjoni, trasmissjoni u fornitura tal-gass naturali;

(b) għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi aċċertat illi l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-operatur tas-sistema kkombinata jitqiesu b’mod li jaċċerta li huma kapaċi li jaġixxu b’mod indipendenti;

(ċ) l-operatur tas-sistema kombinata għandu jkollu drittijiet tat-teħid tad-deċiżjoni effettivi, indipindentement mill-impriża integrata tal-gass, rigward l-assi meħtieġa għall-operazzjoni, manutenzjoni jew żviluppar tan-netwerk. Dan m’għandux jipprevjeni l-eżistenza ta’ mekkaniżmi ta’ kordinazzjoni xierqa biex jiġi aċċertat li d-drittijiet ekonomiċi u ta’ amministrazzjoni tal-kumpanija ewlenija rigward prospetti fuq assi regolati indirettament skond l-Artikolu 25(2) f’sussidjarja jiġu mħarsa. B’mod partikolari, dan għandu jippermetti lill-kumpanija ewlenija li tapprova l-pjan finanzjarju ta’ kull sena, jew kwalunkwe strument ekwivalenti, ta’ l-operatur tas-sistema kombinata u li twaqqaf limiti globali fuq il-livelli ta’ dejn tas-sussidjarja tagħha. M’għandhiex tippermetti lill-kumpanija ewlenija li tagħti istruzzjonijiet rigward l-operazzjonijiet ta’ kuljum, u lanqas rigward id-deċiżjonijiet individwali rigward il-kostruzzjoni jew titjib tal-linji ta’ trasmissjoni jew tad-distribuzzjoni, li ma jeċċedux it-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti;

(d) l-operatur tas-sistema kombinata għandu jistabbilixxi programm tal-konformità’, li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi aċċertat li l-aġir diskriminatorju jiġi eskluż, u jaċċerta li l-osservanza tagħha hija sorveljata b’mod xieraq. Il-programm għandu jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet speċifiċi ta’ l-impjegati li jilħqu dawn l-għanijiet. Rapport ta’ kull sena, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda, għandu jingħata mill-persuna jew korp responsabbli għas-sorveljanza tal-programm tal-konformità lill-awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 25(1) u għandu jiġi ppubblikat.

KAPITOLU V

UNBUNDLING U TRASPARENZA TAL-KONTIJIET

Artikolu 16

Dritt ta’ aċċess għall-kontijiet

1. L-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li jinnominaw, inklużi l-awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 25(1) u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tat-tilwimiet imsemmija fl-Artikolu 20(3), għandhom, sa fejn meħtieġ biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, ikollhom dritt ta’ aċċess għall-kontijiet ta’ l-impriżi tal-gass naturali kif stabbilit fl-Artikolu 17.

2. L-Istati Membri u kwalunkwe awtorità kompetenti nominata, inklużi awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 25(1) u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tat-tilwimiet, għandhom jippreservaw il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-iżvelar ta’ din l-informazzjoni fejn dan huwa meħtieġ sabiex l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

Artikolu 17

Unbundling tal-kontijiet

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jaċċertaw li l-kontijiet ta’ l-impriżi tal-gass naturali jinżammu skond il-paragrafi 2 sa 5. Fejn l-impriżi jibbenifikaw minn deroga minn dawn id-dispożizzjonijiet a bażi ta’ l-Artikolu 28(2) u (4), għandhom għall-inqas iżommu l-kontijiet interni tagħhom skond dan l-Artikolu.

2. Impriżi tal-gass naturali, tkun xi tkun is-sistema tal-proprjetà jew il-forma legali tagħħom, għandhom jagħmlu, jirrimettu għall-verifika u jippubblikaw il-kontijiet tagħhom ta’ kull sena skond ir-regoli tal-liġi nazzjonali rigward il-kontijiet ta’ kull sena ta’ kumpaniji ta’ responsabbiltà limitata adottati skond ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 a bażi ta’ l-Artikolu 44(2)(g) [13] tat-Trattat tal-kontijiet ta’ kull sena ta’ xi tipi ta’ kumpaniji [14]. L-impriżi li mhumiex legalment obbligati li jippubblikaw il-kontijiet ta’ kull sena tagħhom għandhom iżommu kopja tagħhom għad-disposizzjoni tal-pubbliku fl-uffiċċju ewlieni tagħhom.

3. Impriżi tal-gass naturali għandhom, fil-kontijiet interni tagħhom, iżommu kontijiet separati għal kull waħda mill-attivitajiet tagħhom tat-trasmissjoni, tad-distribuzzjoni, ta’ l-LNG u tal-ħażna kif ikunu meħtieġa li jagħmlu kieku l-attivitajiet in kwistjoni kellhom jitwettqu minn impriżi separati, bl-iskop li jiġu evitati d-diskriminazzjoni, cross-subsidisation u distorsjoni tal-kompetizzjoni. Għandhom ukoll iżommu kontijiet, li jistgħu jkunu konsolidati, għal attivitajiet oħrajn tal-gass li ma jirrelatawx għat-trasmissjoni, distribuzzjoni, LNG u ħażna. Sal-1 ta’ Lulju 2007, għandhom iżommu kontijiet separati għall-attivitajiet tal-fornitura għall-klijenti eliġibbli u għall-attivitajiet tal-fornitura tal-klijenti mhux eliġibbli. L-introjtu minn proprjetà tan-netwerk tat-trasmissjoni/tad-distribuzzjoni għandu jiġi speċifikat fil-kontijiet. Fejn xieraq, għandhom iżommu kontijiet konsolidati għal attivitajiet oħrajn mhux tal-gass. Il-kontijiet interni għandhom jinkludi balance sheet u kont ta’ qligħ u telf għal kull attività.

4. Il-verifika, imsemmija fil-paragrafu 2, għandha, b’mod partikolari, tivverifika li l-obbligazzjoni li jiġu evitati d-diskriminazzjoni u l-subsidies imsemmija fil-paragrafu 3, hija mħarsa.

5. L-impriżi għandhom jispeċifikaw fil-kontijiet interni tagħhom ir-regoli għall-allokazzjoni ta’ assi u djun, spejjeż u introjtu kif ukoll għad-deprezzament, mingħajr preġudizzju għal regoli nazzjonali applikabbli dwar il-kontijiet, li jsegwi fl-għamla tal-kontijiet separati msemmija fil-paragrafu 3. Dawn ir-regoli interni jistgħu jiġu emendati biss f’każijiet eċċezzjonali. Dawn l-emendi għandhom jissemmew u jiġu debitament sostanzjati.

6. Il-kontijiet ta’ kull sena għandhom jindikaw fin-noti kwalunkwe transazzjoni ta’ ċertu daqs effettwata ma’ impriżi relatati.

KAPITOLU VI

ORGANIZZAZZJONI TA’ L-AĊĊESS GĦAS-SISTEMA

Artikolu 18

Aċċess ta’ terzi

1. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ aċċess ta’ terzi għas-sistema tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, u l-faċilitajiet tal-LNG a bażi ta’ tariffi ppubblikati, li japplikaw għall-klijenti kollha eliġibbli, inklużi l-impriżi tal-fornitura, u applikati b’mod oġġettiv u mingħajr diskrkiminazzjoni bejn l-utenti tas-sistema. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li dawn it-tariffi, jew il-metodoloġiji wara l-kalkolu tagħhom għandhom jiġu approvati qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom minn awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 25(1) u li dawk it-tariffi - u l-metodoloġiji fejn il-metodoloġiji biss huma approvati - jiġu ppubblikati qabel id-dħul tagħhom fis-seħħ.

2. L-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni għandu jkollhom, jekk meħtieġ għall-iskop tat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom inklużi rigward it-trasmissjoni oltre l-fruntieri, aċċess għan-netwerk ta’ operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni oħrajn.

3. Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx jipprevjenu l-konklużjoni ta’ appalti fit-tul sa fejn dawn iħarsu r-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni.

Artikolu 19

Aċċess għall-ħażna

1. Għall-organizzazzjoni ta’ l-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħażna u linepack fejn teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-provvediemnt ta’ aċċess effiċjenti għas-sistema għall-fornitura tal-klijenti, kif ukoll għall-organizzazzjoni ta’ l-aċċess għas-servizzi anċillari, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu waħda mill-proċeduri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 jew it-tnejn li huma. Dawn il-proċeduri għandhom joperaw skond kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.

2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw għal servizzi anċillari u ħażna temporanja relatati ma’ faċilitajiet tal-LNG u huma meħtiepa għall-proċess tal-gassifikazzjoni mill-ġdid u konsenja sussegwenti għas-sistema tat-trasmissjoni.

3. Fil-każ ta’ aċċess negozjat, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-impriżi tal-gass naturali u l-klijenti eliġibbli kollha kemm ġewwa jew barra mit-territorju kopert mis-sistema interkonnessa biex ikunu jistgħu jinnegozjaw aċċess għall-ħażna u l-linepack, meta teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-provvediment ta’ aċċess effiċjenti għas-sistema, kif ukoll għall-organizzazzjoni ta’ l-aċċess għal servizzi oħrajn anċillari. Il-partijiet għandhom jiġu obbligati li jinnegozjaw l-aċċess għall-ħażna, linepack u servizzi oħrajn anċillari bil-bwona fede.

Appalti għall-aċċess għall-ħażna, linepack u servizzi oħrajn anċillari għandhom jiġu negozjati ma’ l-operatur rilevanti tas-sistema tal-ħażna jew ma’ l-impriża rilevanti tal-gass naturali. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-operaturi tas-sistemi tal-ħażna u lill-impriżi tal-gass naturali li jippubblikaw il-kondizzjonijiet kummerċjali ewlenin għall-użu tal-ħażna, linepack u servizzi oħrajn anċillari fl-ewwel sitt xhur wara l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u fuq bażi annwali kull sena wara.

4. Fil-każ ta’ aċċess regolat, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jagħtu lill-impriżi tal-gass naturali u lill-klijenti eliġibbli kemm ġewwa kif ukoll barra mit-territorju kopert mis-sistema interkonnessa dritt għall-aċċess għall-ħażniet, linepack u servizzi oħrajn anċillari, a bażi ta’ tariffi u/jew termini u obbligazzjonijiet oħrajn ippubblikati għall-użu ta’ dawk il-ħażniet u l-linepack, fejn teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa biex jingħata aċċess effiċjenti għas-sistema, kif ukoll għall-organizzazzjoni ta’ l-aċċess għal servizzi oħrajn anċillari. Dan id-dritt ta’ aċċess għall-klijenti eliġibbli jista’ jingħata billi jiġu permessi li jdħlu f’kuntratti ta’ forniment ma’ impriżi tal-gass naturali li huma kompetituri minbarra l-proprjetarju u/jew l-operatur tas-sistema u/jew impriża relatata.

Artikolu 20

Aċċess għall-upstream pipeline netwerks

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jaċċertaw illi l-impriżi tal-gass naturali u l-klijenti eliġibbli, kull fejn jinsabu, jistgħu jiksbu aċċess għall-upstream pipelinenetwerks, li jinkludu faċilitajiet li jipprovdu servizzi tekniċi inċidentali għal tali aċċess, skond dan l-Artikolu, ħlief għall-partijiet ta’ dawn in-netwerks u l-faċilitajiet li jintużaw għall-operazzjonijiet ta’ produzzjoni lokali fil-post ta’ kamp fejn il-gass jiġi prodott. Il-miżuri għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 33.

2. L-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata b’mod determinat mill-Istat Membru skond l-istrumenti legali rilevanti. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-għanijiet ta’ aċċess imparzjali u miftuħ, il-kisba ta’ suq kompetittiv fil-gass naturali u l-evitar ta’ kwalunkwe abbuż minn posizzjoni dominanti, filwaqt li jqisu is-sigurtà u r-regolarità tal-provvisti, il-kapaċità li raġonevolment tista’ tkun disponibbli u l-protezzjoni ta’ l-ambjent. Dawn li ġejjin jistgħu jiġu meqjusa:

(a) il-ħtieġa li jiġi rrifjutat l-aċċess fejn hemm inkompatibilità ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li ma jistgħux jiġu megħluba b’mod raġonevoli;

(b) il-ħtieġa li jiġu evitati diffikultajiet li ma jistgħux jiġu megħluba b’mod raġonevoli u jistgħu jippreġudikaw il-produzzjoni effiċjenti, preżenti u ppjanata fil-futur tal-hydrocarbons, inklużi dawk minn oqsma ta’ vijabbiltà ekonomika marġinali;

(ċ) il-ħtieġa għar-rispett tal-ħtiġijiet raġonevoli debitament sostanzjati tal-proprjetarju jew ta’ l-operatur ta’ l-upstream pipelinenetwerk għat-trasport u l-ipproċessar tal-gass u l-interessi ta’ l-utenti kollha l-oħrajn ta’ l-upstream pipelinenetwerk jew faċilitajiet rilevanti oħrajn li jipproċessaw jew li jimmaniġġjaw li jistgħu jiġu affettwati; u

(d) il-ħtieġa li japplikaw il-liġijiet u l-proċeduri amministrattivi tagħhom, skond il-liġi Komunitarja, għall-għotja ta’ awtorizzazzjoni għall-produzzjoni jew għall-iżvilupp upstream.

3. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw illi għandhom arranġamenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwimiet, li jinkludu awtorità indipendenti mill-partijiet li għandha aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha, biex it-tilwimient rigward l-aċċess għall-upstream pipelinenetwerks jistgħu jiġu riżolti malajr, filwaqt li jittieħed kont tal-kriterji fil-paragrafu 2 u n-numru ta’ partijiet li jistgħu jkunu involuti fin-negozjar ta’ l-aċċess għal dawn in-netwerks.

4. Fil-każ ta’ tilwimiet oltre l-fruntieri, l-arranġamenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwimiet għall-Istat Membru li għandu l-ġurisdizzjoni fuq l-upstream pipelinenetwerk li jirrifjuta l-aċċess għandhom jiġu applikati. Fejn, f’tilwimiet oltre l-fruntieri, aktar minn Stat Membru wieħed ikopri n-netwerk in kwistjoni, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw flimkien bi skop li jaċċertaw li d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu applikati b’mod konsistenti.

Artikolu 21

Rifjut ta’ l-aċċess

1. L-impriżi tal-gass naturali jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għas-sistema a bażi ta’ nuqqas ta’ kapaċità jew fejn l-aċċess għas-sistema ma tħallihomx iwettqu l-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku msemmija fl-Artikolu 3(2) li ġew assenjati lilhom jew a bażi ta’ diffikultajiet gravi ekonomiċi u finanzjarji b’kuntratti "take-or-pay" wara li jkunu kkunsidraw il-kriterji u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 27 u l-alternattiva magħżula mill-Istat Membru skond il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu. Għandhom jingħataw raġunijiet debitament sostanzjati għal tali rifjut.

2. L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jaċċertaw illi l-impriża tal-gass naturali li tirrifjuta l-aċċess għas-sistema a bażi ta’ nuqqas ta’ kapaċità jew nuqqas ta’ konnessjoni tagħmel it-titjib meħtieġ sa fejn huwa ekonomiku li tagħmel dan jew fejn klijent potenzjali huwa lest li jħallas għalihom. F’ċirkostanzi fejn l-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 4(4), l-Istati Membri għandhom jieħdu tali miżuri.

Artikolu 22

Infrastruttura ġdida

1. Infrastrutturi maġġuri ġodda tal-gass, i.e. interkonnetturi bejn l-Istati Membri, faċilitajiet tal-ħażna u LNG jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 18, 19, 20, u 25(2), (3) u (4) taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-investiment għandu jtejjeb il-kompetizzjoni fil-fornitura tal-gass u jtejjeb is-sigurtà tal-fornitura;

(b) il-livell tar-riskju għall-investiment huwa tali li l-investiment ma jsirx kemm-il darba ma tingħatax eżenzjoni;

(ċ) l-infrastruttura għandha tkun il-proprjetà ta’ persuna naturali jew legali li hija separata għall-inqas ai termini tal-forma legali tagħha, mill-operatur tas-sistema li fis-sistemi tiegħu sejra tinbena dik l-infrastruttura;

(d) il-piżijiet jiġu imposti fuq l-utenti ta’ dik l-infrastruttura;

(e) l-eżenzjoni m’hix detrminetali għall-kompetizzjoni jew għall-funzjonar effettiv tas-suq intern tal-gass jew il-funzjonar effettiv tas-sistema regolata li l-infrastruttura hija mqabbda magħha.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika ukoll għal żidiet sinifikanti fl-kapaċità ta’ infrastrutturi eżistenti u għal modifiki ta’ tali infrastrutturi li jippermettu l-iżvilupp ta’ sorsi ġodda tal-fornitura tal-gass.

3. (a) L-awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 25 tista’, a bażi ta’ kull każ individwu, tiddeċiedi dwar l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet regolatorji għandhom jissottomettu, għal deċiżjoni formali, lill-korp rilevanti fl-Istat Membru, l-opinjoni tagħhom dwar it-talba għall-eżenzjoni. Din l-opinjoni għandha tiġi ppubblikata flimkien mad-deċiżjoni.

(b) (i) L-eżenzjoni tista’ tkopri l-infrastruttura l-ġdida, dik eżistenti b’ żieda sinifikanti fil-kapaċità jew il-modifikazzjonijiet għall-infrastruttura kollha, jew partijiet minnhom rispettivament.

(ii) Meta tittieħed deċiżjoni li tingħata eżenzjoni, għandu jitqies, fuq bażi ta’ kull każ individwalment, għall-ħtieġa li jiġu imposti l-kondizzjonijiet rigward id-durata ta’ l-eżenzjoni u l-aċċess mhux diskriminatorju għall-interkonnettur.

(iii) Meta tittieħed deċiżjoni rigward il-kondizzjonijiet f’dan is-subparagrafu, għandhom jitqiesu b’mod partikolari t-tul tal-kuntratt, il-kapaċità żejda li ser tinbeba jew il-modifika tal-kapaċità eżistenti, l-oriżżont ta’ ħin tal-proġett u ċ-ċirkostanzi nazzjonali.

(ċ) Meta tingħata eżenzjoni, l-awtorità rilevanti tista’ tiddeċiedi dwar ir-regoli u l-mekkaniżmi għall-amministrazzjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità sa fejn dan ma jipprevjenix l-implimentazzjoni ta’ appalti fit-tul.

(d) Id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni, li tinkludi kwalunkwe mill-kondizzjonijiet imsemmija f’(b), għandha tkun debitament raġonata u ppubblikata.

(e) Fil-każ ta’ interkonnettur, kull deċiżjoni dwar eżenzjoni għandha tittieħed wara l-konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri jew l-awtoritajiet regolatorji l-oħrajn konċernati.

4. Id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien, mill-awtorità kompetenti lill-Kummissjoni, flimkien ma’ l-informazzjoni rilevanti kollha rigward id-deċiżjoni. Din l-informazzjoni tista’ tingħata lill-Kummissjoni f’forma aggregata, li tippermetti lill-Kumissjoni tasal għal deċiżjoni fuq bażi tajba.

B’mod partikolari, l-informazzjoni għandu jkun jinsab fiha:

(a) ir-raġunjijiet dettaljat li a bażi tagħhom l-awtorità regolatorja, jew l-Istat Membru, ta eżenzjoni, inkluża l-informazzjoni finanzjarja li tiġġustifika l-ħtieġa għall-eżenzjoni;

(b) l-analiżi li tikun saret dwar l-effett fuq il-kompetizzjoni u l-operat effettiv tas-suq intern tal-gass li jirriżultaw mill-għotja ta’ l-eżenzjoni;

(ċ) ir-raġunijiet għall-perjodu ta’ żmien u s-sehem tal-kapaċità totali ta’ l-infrastruttura tal-gass in kwistjoni li għaliha ngħatat l-eżenzjoni;

(d) f’każ li l-eżenzjoni tirrelata għal interkonnettur, ir-riżultat tal-konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri konċernati jew l-awtoritajiet regolatorji;

(e) il-kontribut ta’ l-infrastruttura għad-diversifikazzjoni tal-fornitura tal-gass.

Fi żmien xahrejn wara li tirċievi notifikazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-awtorità regolatorja jew l-Istat Membru in kwistjoni jemendaw jew jirtiraw id-deċiżjoni li tingħata eżenzjoni. Il-perjodu ta’ xahrejn jista’ jiġi estiż sa xahar ieħor fejn il-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni ulterjuri.

Jekk l-awtorità regolatorja jew l-Istat Membru in kwistjoni ma jħarsux it-talba fi żmien erba’ ġimgħat, għandha tittieħed deċiżjoni finali skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2).

Il-Kummissjoni għandha tippreserva l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Artikolu 23

Ftuħ tas-suq u reċiproċità

1. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw illi l-klijenti eliġibbli huma:

(a) sa l-1 ta’ Lulju 2004, il-klijenti eliġibbli kif speċifikat fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 98/30/KE. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw sal-31 ta’ Jannar kull sena il-kriterji għad-definizzjoni ta’ dawn il-klijenti eliġibbli;

(b) mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2004, il-klijenti kollha tad-dar;

(ċ) mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2007, il-klijenti kollha.

2. Biex jiġi evitat l-iskwilibrju fil-ftuħ tas-swieq tal-gass:

(a) appalti għall-fornitura ma’ klijent eliġibbli f’sistema ta’ Stat Membru ieħor m’għandhomx jiġu pprojbiti jekk il-klijent huwa eliġibbli fiż-żewġ sistemi involuti;

(b) fil-każijiet fejn it-transazzjonijiet kif deskritti fil-punt (a) jiġu rifjutati minħabba li l-klijent huwa eliġibbli biss f’waħda miż-żewġ sistemi, il-Kummissjoni tista’, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni fis-suq u l-interess komuni, tobbliga lill-parti li qed jirrifujta li jesegwwixxi t-talba għall-fornitura, fuq it-talba ta’ wieħed mill-Istati Membri ta’ waħda miż-żewġ sistemi.

Artikolu 24

Linji diretti

1. l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jippermettu:

(a) lill-impriżi tal-gass naturali stabbiliti fit-territorji tagħhom li jipprovdu lill-klijenti eliġibbli permezz ta’ linja diretta;

(b) kwalunkwe klijent eliġibbli fit-territorju tagħhom li jiġi pprovdut permezz ta’ linja diretta minn impriżi tal-gass naturali.

2. F’ċirkostanzi fejn hija meħtieġa awtorizzazzjoni (eż. liċenzja, permess, konċessjoni, kunsens jew approvazzjoni) għall-kostruzzjoni jew l-operazzjoni ta’ linji diretti, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti li jinnominaw għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għotja ta’ awtorizzazzjonijiet għall-kostruzzjoni jew l-operazzjoni ta’ tali linji fit-territorju tagħhom. Dawn il-kriterji għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.

3. L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw l-awtorizzazzjonijiet għall-kostruzzjoni ta’ linji diretti, jew għar-rifjut ta’ l-aċċess għas-sistema a bażi ta’ l-Artikolu 21 jew għall-ftuħ ta’ proċedura għar-riżoluzzjoni ta’ tilwima skond l-Artikolu 25.

Artikolu 25

Awtoritajiet regolatorji

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw korp kompetenti wieħed jew aktar bil-funzjoni ta’ awtoritajiet regolatorji. Dawn l-awtoritajiet għandhom ikunu għal kollox indipendenti mill-interessi ta’ l-industrija tal-gass. Għandhom, permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, ikunu għall-inqas responsabbli li jaċċertaw nuqqas ta’ diskriminazzjoni, kompetizzjoni effettiva u l-ħidma effiċjenti tas-suq, b’mod partikolari billi jissorveljaw:

(a) ir-regoli dwar l-amministrazzjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ l-interkonnessjoni, flimkien ma’ l-awtorità jew awtoritajiet regolatorja/i ta’ dawk l-Istati Membri li magħhom teżisti l-interkonnessjoni;

(b) kwalunkwe mekkaniżmi biex jiġġestu l-kapaċità mblukkata mas-sistema tal-gass nazzjonali;

(ċ) iż-żmien meħud mill-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni biex jagħmlu l-konnessjonijiet u t-tiswijiet;

(d) il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni xierqa minn operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni rigward interkonnetturi, użu tal-grid u allokazzjoni tal-kapaċità lil partijiet interessati, filwqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li l-informazzjoni mhux aggregata tiġi ttratata bħala kummerċjalment kunfidenzjali;

(e) is-separazzjoni effettiva tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 17, sabiex jiġi aċċertat illi m’hemmx cross-subsidies bejn attivitajiet ta’ trasmissjoni, distribuzzjoni, ħażna, LNG u fornitura;

(f) il-kondizzjonijiet ta’ l-aċċess għall-ħażna, linepack u servizzi oħrajn anċillari kif previst fl-Artikolu 19;

(g) l-estent sa fejn l-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni jaderixxu għall-kompiti tagħhom skond l-Artikolu 8 u 12;

(h) il-livell ta’ trasparenza u l-kompetizzjoni.

L-awtoritajiet stabbiliti skond dan l-Artikolu għandhom jippubblikaw rapport ta’ kull sena rigward ir-riżultat ta’ l-attivitajiet tagħhom ta’sorveljanza msemmija fil-punti (a) sa (h).

2. L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu responsabbli li jiffissaw jew japprovaw qabel id-dħul fis-seħħ, għall-inqas il-metodoloġiji użati biex jinħadmu jew jiġu stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet għal:

(a) tqabbid u aċċess man-netwerks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, u termini, kondizzjonijiet u tariffi għall-aċċess għall-faċilitajiet LNG. Dawn it-tariffi, jew metodoloġiji, għandhom jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-netwerks li jsiru b’mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-netwerks u tal-faċilitajiet LNG;

(b) il-provvediment ta’ servizzi ta’ bilanċjar.

3. Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet regolatorji għandhom jissottomettu, għal deċiżjoni fomali, lill-korp rilevanti fil-Istat Membru, it-tariffi jew għall-inqas il-metodoloġiji msemmija f’dak il-paragrafu, kif ukoll il-modifiki fil-paragrafu 4. Il-korp rilevanti għandu, f’dan il-każ, ikollu l-awtorità jew li japprova jew li jirrespinġi deċiżjoni abbozzata u sottomessa mill-awtorità regolatorja.

Dawn it-tariffi jew il-metodoloġiji jew modifiki lilhom għandhom jiġu ppubblikati flimkien mad-deċiżjoni malli tiġi adottata formalment. Kwalunkwe respinsjoni formali ta’ deċiżjoni abbozzata għandha wkoll tiġi ppubblikata, bl-inklużjoni tal-ġustifikazzjoni tagħha.

4. L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom l-awtorità li jirrikjedu lil operaturi tat-trasmissjoni, tal-LNG u tad-distribuzzjoni, jekk meħtieġ, li jimmodifikaw it-termini u l-kondizzjonijiet, inklużi t-tariffi u l-metodoloġiji msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, biex jaċċertaw li huma proporzjonati u applikati b’mod mhux diskriminatorju.

5. Kull parti li jkollha lment kontra operatur tat-trasmissjoni, tal-LNG u tad-distribuzzjoni rigward il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 u fl-Artikolu 19 jistgħu jirreferu l-ilment lill-awtorità regolatorja li, filwaqt li taġixxi bħala awtorità tar-riżoluzzjoni tat-tilwimiet, għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn wara li tirċievi l-ilment. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn fejn tintalab aktar informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-ftehim tal-persuna li tkun għamlet l-ilment. Din id-deċiżjoni għandu jkollha effett li jorbot kemm-il darba u sakemm tiġi rrevokata b’appell.

6. Kull parti li tkun affettwata u li għandha dritt tagħmel ilment rigward deċiżjoni dwar il-metodoloġiji meħuda bi qbil mall-paragrafi 2, 3 jew 4 jew, fejn l-awtorità regolatorja għandha dmir li tikkonsulta, fir-rigward tal-metodoloġiji proposti, tista’, l-iktar tard fi żmien xahrejn, jew fi żmien iqsar kif ipprovdut mill-Istati Membri, wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew tal-proposta għal deċiżjoni, tissottometti ilment għal reviżjoni. Dan l-ilment m’għandux ikollhu effett sospensiv.

7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jaċċertaw li l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom imsemmija fil-paragrafi 1 sa 5 b’mod effiċjenti u mgħaġġel.

8. L-Istati Membri għandhom joħolqu mekkaniżmi xieraq u effiċjenti għar-regolament, kontroll u trasparenza sabiex jiġi evitat abbuż ta’ posizzjoni dominanti, b’mod partikolari bi żvantaġġ għall-konsumaturi, u kwalunkwe aġir predatorju. Dawn il-mekkaniżmi għandhom iqisu d-disposizzjonijiet tat-Trattat, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu.

9. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jittieħdu l-passi xierqa, inklużi azzjoni amministrativa jew proċeduri kriminali b’mod konformi mal-liġi nazzjonali tagħhom, kontra l-persuni naturali jew legali responsabbli fejn ir-regoli tal-kunfidenzjalità imposti minn din id-Direttiva ma jkunux ġew rispettati.

10. Fil-każ ta’ tilwim oltre l-fruntieri, l-awtorità regolatorja li tieħu d-deċiżjoni għandha tkun l-awtorità regolatorja li għandha l-ġurisdizzjoni rigward l-operatur tas-sistema, li jirrifjuta l-użu ta’, jew l-aċċess għas-sistema.

11. L-ilmenti msemmija fil-paragrafi 5 u 6 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċitu tad-drittijiet ta’ l-appell taħt il-liġijiet Komunitarji u nazzjonali.

12. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern u ta’ kondizzjonijet ugwali billi jikkoperaw flimkien u mal-Kummissjoni b’mod trasparenti.

KAPITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Salvagwardji

1. Fil-każ ta’ kriżi f’daqqa fis-suq ta’ l-enerġija jew fejn is-sigurtà fiżika jew is-sigurtà tal-persuni, ta’ l-apparat jew ta’ l-istallazzjonijiet jew ta’ l-integrità tas-sistema jiġu mhedda, l-Istat Membru jista’ temporanjament jieħu s-salvagwadji meħtieġa.

2. Dawn il-miżuri għandhom jikkawżaw l-inqas disturb possibbli għall-funzjonament tas-suq intern u m’għandux ikollhom skop usa’ milli strettament meħtieġ biex id-diffikultajiet imprevisti li jkunu qamu jiġu rimedjati.

3. L-Istat Membru in kwistjoni għandu mingħajr dewmien jinnotifika dawn il-miżuri lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni, li tista’ tiddeċiedi li l-Istat Membru in kwistjoni għandu jemenda jew iħassar dawn il-miżuri, sa fejn għandhom effett ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwaw b’mod avvers il-Kummerċ f’tali mod li ma jaqbilx ma’ l-interess komuni.

Artikolu 27

Derogi rigward rabtiet "take-or-pay"

1. Jekk impriża tal-gass naturali tiltaqa’ ma’, jew tikkunsidra li ser tiltaqa’ ma’, diffikultajiet serji ekonomiċi u finanzjarji minħabba r-rabtiet "take-or-pay" aċċettata f’kuntratt tax-xiri tal-gass wieħed jew aktar, tista’ tintbagħat applikazzjoni għal deroga temporanja mill-Artikolu 18 lill-Istat Membru in kwistjoni jew lill-awtorità kompetenti nominata. L-applikazzjonijiet għandom, skond l-għażla ta’ l-Istati Membri, jiġu ppreżentati fuq każ individwali jew qabel jew wara ċ-ċaħda ta’ l-aċċess għas-sistema. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu lill-impriża tal-gass naturali l-għażla li tippreżenta applikazzjoni jew qabel jew wara ċ-ċaħda ta’ l-aċċess għas-sistema. Fejn impriża tal-gass naturali tkun irrifjutat l-aċċess, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata mingħajr dewmien. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu akkumpanjati bl-informazzjoni kollha rilevanti dwar in-natura u l-estent tal-probkema u dwar l-isforzi magħmula mill-impriża tal-gass naturali biex issolvi l-problemi.

Jekk mhumiex disponibbli soluzzjonijiet alternattivi, filwaqt li jiġu meqjusa d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti nnominata jistgħu jiddeċiedu li jagħtu deroga.

2. L-Istat Membru, jew l-awtorità kompetenti nominanta, għandhom javżaw lill-Kummisjoni mingħajr dewmien dwar id-deċiżjoni li jagħtu deroga, flimkien ma’ l-informazzjoni kollha rilevanti rigward id-deroga. Din l-inforazzjoni tista’ tingħata lill-Kummmissjoni fil-forma aggregata, li tippermetti lill-Kummissjoni li tilħaq deċiżjoni fuq bażi tajba. Fi żmien tmien ġimgħat minn meta tirċievi din in-notifika, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti nnominata in kwistjoni temenda jew tirtira d-deċiżjoni li tagħti deroga.

Jekk l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti nnominata in kwistjoni ma tikkonformax ma’ din it-talba fi żmien erba’ ġimgħat, għandha tittieħed deċiżjoni finali malajr skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2).

Il-Kummissjoni għandha tippreserva l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni sensittiva kummerċjalment.

3. Meta tittieħed deċiżjoni fuq id-derogi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti nominata in kwistjoni, u l-Kummissjoni għandhom iqisu, b’mod partikolari, il-kriterji li ġejjin:

(a) l-għan li jinkiseb suq tal-gass kompetittiv;

(b) il-ħtieġa li jintlaħqu obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku u li tiġi aċċertata s-sigurtà tal-fornitura;

(ċ) il-posizzjoni ta’ impriżi tal-gass naturali fis-suq tal-gass u l-istat attwali tal-kompetizzjoni f’dan is-suq;

(d) is-serjetà tad-diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji li jiffaċċjaw l-impriżi tal-gass naturali u l-impriżi tat-trasmissjoni jew il-klijenti eliġibbli;

(e) id-dati tal-firma u t-termini ta’ l-appalt jew appalti in kwistjoni, inkluż l-estent sa fejn jippermettu għal tibdil fis-suq;

(f) l-isforzi li saru biex tinsab soluzzjoni għall-problema;

(g) l-estent sa fejn, meta jiġu aċċettati r-rabtiet "take-or-pay" in kwistjoni, l-impriża setgħet raġonevolment ipprevediet, filwaqt li qieset id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, li x’aktarx iqumu diffikultajiet serji;

(h) il-livell tal-konnessjoni tas-sistema ma’ sistemi oħrajn u l-grad ta’ interoperabilità ta’ dawn is-sistemi; u

(i) l-effetti li jkollha l-għotja ta’ deroga fuq l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva rigward il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern tal-gass naturali.

Deċiżjoni fuq talba għal deroga rigward appalti "take-or-pay" konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva m’għandhiex twassal għal sitwazzjoni fejn ikun impossibbli li jinsabu outlets alternattivi kummerċjalment vjabbli. Diffikultajiet serji għandhom fi kwalunkwe każ jitqiesu li ma jeżistux meta l-bejgħ tal-gass naturali ma jaqax taħt il-livell ta’ garanziji ta’ l-offtake minimi li jkunu jinsabu fl-appalti tax-xiri "take-or-pay" tal-gass jew sa fejn l-appalt tax-xiri "take-or-pay" tal-gass rilevanti jista’ jiġi addattat jew fejn l-impriża tal-gass naturali tista’ ssib outlets alternattivi.

4. L-impriżi tal-gass naturali li ma ngħatawx deroga msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx jirrifjutaw, jew għandhom jieqfu milli jirrifjutaw, aċċess għas-sistema minħabba rabtiet "take-or-pay" aċċettati f’appalti tax-xiri tal-gass. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li d-disposizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu VI, primarjament l-Artikoli 18 sa 25 jiġu mħarsa.

5. Kwalunkwe deroga mogħtija taħt id-disposizzjonijiet hawn fuq għandha tkun debitament sostanzjata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, jissottomettu rapport ta’ reviżjoni dwar l-esperjenza akkwistata mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jikkunsidraw il-ħtieġa li jaġġustawh maż-żmien.

Artikolu 28

Swieq emerġenti u iżolati

1. L-Istati Membri mhux direttament imqabbda mas-sistema interkonnessa ta’ ebda Stat Membru ieħor u li għandhom biss provditur ewlieni barrani wieħed biss jistgħu jidderogaw mill-Artikoli 4, 9, 23 u/jew 24 ta’ din id-Direttiva. Impriża tal-fornitura li għandha sehem tas-suq ta’ aktar minn 75 % għandha titqies li tkun provditur ewlieni. Din id-deroga għandha tiskadi awtomatikament mill-mument meta għall-inqas wieħed minn dawn il-kondizzjonijiet ma jibqax japplika. Kwalunkwe deroga bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

2. Stat Membru li jikkwalifika bħala suq emerġenti, li minħabba l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jesperjenza problemi sostanzjali jista’ jidderoga mill-Artikoli 4, 7, 8(1) u (2), 9, 11, 12(5), 13, 17, 18, 23(1) u/jew 24 ta’ din id-Direttiva. Din id-deroga għandha tiskadi awtomatikament mill-mument meta l-Istat Membru ma jibqax jikkwalifika bħala suq emerġenti. Kwalunkwe deroga bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

3. Fid-data meta tiskadi d-deroga msemmija fil-paragrafu 2, id-definizzjoni ta’ klijenti eliġibbli għandha tirriżulta fi ftuħ tas-suq ugwali għall-inqas għal 33 % tat-total tal-konsum tal-gass annwali fis-suq nazzjonali tal-gass. Sentejn wara dan, għandu japplika l-Artikolu 23(1)(b), u tliet snin wara, l-Artikolu 23(1)(ċ). Sakemm ikun japplika l-Artikolu 23(1)(b) l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 2 jista’ jiddeċiedi li ma japplikax l-Artikolu 18 sa fejn għandhom x’jaqsmu s-servizzi anċillari u ħażna temporanja għall-proċess tal-gassifikazzjoni mill-ġdid u l-konsenja sussegwenti tiegħu lis-sistema tat-trasmissjoni.

4. Fejn l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva x’aktarx tikkawża problemi sostanzjali f’żona ġeografika limitata ta’ Stat Membru, b’mod partikolari rigward l-iżvilupp ta’ infrastrutturi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni maġġuri, u bl-iskop ta’ l-inkoraġġiment ta’ l-investimenti, l-Istat Membru jista’ japplika lill-Kummissjoni għal deroga temporanja mill-Artikolu 4, mill-Artikolu 7, mill-Artikolu 8(1) u (2), mill-Artikolu 9, mill-Artikolu 11, mill-Artikolu 12(5), mill-Artikolu 13, mill-Artikolu 17, mill-Artikolu 18, mill-Artikolu 23(1) u/jew mill-Artikolu 24 għall-iżviluppi f’din iż-żona.

5. Il-Kummissjoni tista’ tagħti d-deroga msemmija fil-paragrafu 4, filwaqt li tqis, b’mod partikolari, il-kriterji li ġejjin:

- il-bżonn għall-investimenti fl-infrastruttura, li ma jkunux ekonomiċi sabiex wieħed jaħdem f’ambjent ta’ suq kommpettiv,

- il-livell u l-prospetti għall-ħlas lura ta’ l-investimenti meħtieġa,

- id-daqs u l-maturità tas-sistema tal-gass fiż-żona in kwistjoni,

- il-prospetti għas-suq tal-gass in kwistjoni,

- id-daqs ġeografiku u l-karatteristiċi taż-żona jew reġjun in kwistjoni, u l-fatturi soċjo-ekonomiċi u demografiċi.

(a) Għall-infrastruttura tal-gass għajr infrastruttura tad-distribuzzjoni, tista’ tingħata deroga biss jekk ma tkun ġiet stabbilita ebda infrastruttura tal-gass f’din iż-żona, jew ilha stabbilita hemm għal inqas minn 10 snin. Id-deroga temporanja ma tistax teċċedi 10 snin miż-żmien meta l-gass l-ewwel ġie provdut f’dik iż-żona.

(b) Għall-infrastruttura tad-distribuzzjoni tista’ tingħata deroga għal perjodu ta’ żmien li ma jistax jeċċedi 20 sena għall-infrastruttura tad-distribuzzjoni miż-żmien meta l-gass l-ewwel ġie provdut mill-imsemmija sistema fiż-żona.

6. Il-Lussemburgu jista’ jibbenefika minn deroga mill-Artikolu 8(3) u 9 għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Lulju 2004. Din id-deroga għandha tiġi riveduta qabel l-aħħar tal-perjodu ta’ ħames snin u kwalunkwe deċiżjoni li tiġġedded id-deroga għal ħames snin oħra għandha tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2). Kwalunkwe deroga bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar applikazzjonijiet li jkunu saru skond il-paragrafu 4 qabel ma tieħu deċiżjoni skond il-paragrafu 5, filwaqt li tqis ir-rispett għall-kunfidenzjalità. Din id-deċiżjoni, kif ukoll id-deroga msemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

8. Il-Greċja tista’ tidderoga mill-Artikoli 4, 11, 12, 13, 18, 23 u/jew 24 ta’ din id-Direttiva għaż-żoni ġeografiċi u għaż-żmien imsemmi fil-liċenzji maħruġa minnha, qabel il-15 ta’ Marzu 2002 u skond id-Direttiva 98/30/KE, għall-iżvilupp u l-esplojtazzjoni esklussiva ta’ netwerks tad-distribuzzjoni f’xi żoni ġeografiċi.

Artikolu 29

Proċedura ta’ reviżjoni

Fil-każ li r-rapport imsemmi fl-Artikolu 31(3) jwassal għal konklużjoni fejn, minħabba l-mod effettiv li bih l-aċċess għan-netwerks ikun sar fi Stat Membru - li jwassal għal aċċess għan-netwerks għal kollox effettiv, mhux diskriminatorju u mingħajr xkiel -, il-Kummissjoni tikkonkludi li xi obbligi imposti minn din id-Direttiva fuq l-impriżi (inklużi dawk rigward separazzjoni legali għall-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni) mhumiex xierqa għall-għanijiet imfittxija, l-Istat Membru in kwistjoni jista’ jagħmel talba lill-Kummissjoni għal eżenzjoni mir-rekwiżit in kwistjoni.

It-talba għandha tiġi nnotifikata, mingħajr dewmien, mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, flimkien ma’ l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex jintwera li l-konklużjoni milħuqa fir-rapport dwar l-aċċess effettiv għan-netwerks milħuq ser jinżamm.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi notifika, il-Kummissjoni għandha tadotta opinjoni rigward it-talba mill-Istat Membru in kwistjoni, u fejn xieraq, tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jemendaw id-disposizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva. Il-Kummissjoni tista’ tipproponi, fil-proposti biex tiġi emendata d-Direttiva, li l-Istat Membru in kwistjoni jiġi eżentat minn rekwiżiti speċifiċi, b’kondizzjoni li dak l-Istat Membru jimplimenta miżuri ugwalment effettivi kif xieraq.

Artikolu 30

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat.

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Artikolu 31

Rapportar

1. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tissottometti rapport ta’ progress ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel tmiem l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, u wara dan, fuq bażi annwali. Ir-rapport għandu jkopri għall-inqas:

(a) l-esperjenza miksuba u l-progress li jkun sar fil-ħolqien ta’ suq intern sħiħ u għal kollox operazzjonali fil-gass naturali u l-ostakoli li jibqgħu f’dan ir-rigward inklużi aspetti ta’ dominanza tas-suq, konċentrazzjoni fis-suq, aġir predatorju jew anti-kompetittiv;

(b) id-derogi mogħtija taħt din id-Direttiva, li jinkludu l-implimentazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 13(2) bi skop ta’ reviżjoni possibbli tal-limitu;

(ċ) l-estent sa fejn ir-rekwiżiti ta’ separazzjoni u tarifikazzjoni li jinsabu f’din id- Direttiva jkunu rnexxew fl-aċċertazzjoni ta’ aċċess imparzjali u mhux diskriminatorju għas-sistema tal-Komunità tal-gass u livelli ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, kif ukoll il-konsegwenzi ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-ftuħ tas-suq tal-gass għall-klijenti;

(d) eżaminazzjoni tal-kwistjonijiet li jirrelataw għall-livelli tal-kapaċità ta’ sistema u s-sigurtà tal-fornitura tal-gass naturali fil-Komunità, u b’mod partikolari l-bilanċ eżistenti u proġettat bejn it-talbiet u l-fornitura, filwaqt li titqies il-kapaċità finanzjarja għal skambji bejn żoni u l-iżvilupp tal-ħażniet (inkluża l-kwistjoni tal-proporzjonalità tar-regolament tas-suq f’dan il-qasam);

(e) tingħata attenzjoni speċjali għall-miżuri meħuda fl-Istati Membri biex ikopru numri kbar ta’ talbiet u biex jegħlbu n-nuqqasijiet ta’ provditur wieħed jew aktar;

(f) stima ġenerali tal-progress miksub rigward relazzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi terzi li jipproduċu u jesportaw jew jittrasportaw il-gass naturali, li jinkludi l-progress fl-integrazzjoni fis-suq, kummerċ u aċċess għan-netwerks ta’ dawn il-pajjiżi terzi;

(g) il-ħtieġa għal possibbli rekwiżiti għall-armonizzazzjoni li mhumiex konnessi mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Fejn xieraq, dan ir-rapport jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet u miżuri biex jingħelbu l-effetti negattivi tad-dominanza fis-suq u tal-konċentrazzjoni fis-suq.

2. Kull sentejn, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu wkoll ikopri analiżi tal-miżuri rilevanti meħuda fl-Istati Membri biex jintlaħqu obbligazzjoni dwar is-servizz pubbliku, flimkien ma’ eżaminazzjoni ta’ l-effettivita’ ta’ dawn il-miżuri, u b’mod partikolari l-effetti tagħhom fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass. Fejn xieraq, ir-rapport jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fuq livell nazzjonali biex jinkisbu standards għoljin fis-servizz pubbliku jew miżuri maħsuba li jipprevjenu għeluq tas-suq.

3. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-1 ta’ 1 Jannar 2006, tibgħat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, rapport dettaljat li juri l-progress fil-ħolqien tas-suq intern tal-gass. B’mod partikolari dan ir-rapport għandu jqis:

- l-eżistenza ta’ aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk;

- regolamentazzjoni effettiva;

- l-iżvilupp ta’ l-infrastruttura ta’ l-interkonnessjoni, il-kondizzjonijiet tat-transitu, u s-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-fornitura fil-Komunità;

- l-estent sa fejn il-benefiċċji sħaħ tal-ftuħ tas-suq jiġġjovaw lill-impriżi żgħar u lid-djar, notevolment rigward standards tas-servizz pubbliku;

- l-estent sa fejn is-swieq huma fil-prattika miftuħin għall-kompetizzjoni effettiva, inklużi l-aspetti tad-dominanza fis-suq, tal-konċentrazzjoni fis-suq u l-aġir predatorju jew anto-kompetittiv;

- l-estent sa fejn il-klijenti attwalment ibiddlu l-provdituri u jinnegozjaw it-tariffi mill-ġdid;

- żviluppi fil-prezzijiet, inklużi prezzijiet tal-fornitura, rigward il-grad tal-ftuħ tas-swieq;

- jekk jeżistix aċċess effettiv u mhux diskriminatorju għal terzi għall-ħażniet tal-gass fejn meħtieġa teknikament u/jew ekonomikament għall-provvediment ta’ aċċess effiċjenti għas-sistema;

- l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Direttiva sa fejn l-indipendenza effettiva ta’ operaturi tas-sistema f’impriż integrati vertikalment hija konċernata u jekk ġewx żviluppati miżuri oħra minbarra l-indipendenza funzjonali u s-separazzjoni tal-kontijiet li għandhom effett ekwivalenti għas-separazzjoni legali.

Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b’mod partikolari biex jiġu ggarantiti standards għoljin fis-servizz pubbliku.

Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b’mod partikolari biex tiġi aċċertata l-indipendenza sħiħa u effettiva ta’ l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni qabel l-1 ta’ Lulju 2007. Fejn meħtieġ, dawn il-proposti għandhom, skond il-liġi tal-kompetizzjoni, jikkonċernaw ukoll miżuri li jindirizzaw kwistjonijiet ta’ dominanza fis-suq, konċentrazzjoni fis-suq u aġir predatorju jew anti-kompetittiv.

Artikolu 32

Tħassir

1. Id-Direttiva 91/296/KEE għandha tiġi mħassra b’effett mill-1 ta’ Lulju 2004, mingħajr preġudizzju għal appalti konklużi skond l-artikolu 3(1) tad-Direttiva 91/296/KEE, li għandhom jibqgħu validi u jiġu implimentati skond it-termini ta’ dik id-Direttiva.

2. Id-Direttiva 98/30/KE ħandha tiġi mħassra b’ effett mill-1 ta’ Lulju 2004, mingħajr preġudizzju għall-obbliazzjonijiet ta’ l-Istati Membri rigwrd it-termini perentorji għat-trasposizzjoni u l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Ir-riferenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiemu li qed isiru għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness B.

Artikolu 33

Implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2004. Għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

2. L-Istati Membri jistgħu jippostponu l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 13(1) sal-1 ta’ Lulju 2007. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 13(2).

3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 35

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Iffirmata fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

A. Tsochatzopoulos

[1] ĠU C 240 E, tat-28.8.2001, pġ. 60 u ĠU C 227 E, ta’ l-24.9.2002, pġ. 393.

[2] ĠU C 36, tat-8.2.2002, pġ. 10.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2002 (ĠU C 47 E, tas-27.2.2003, pġ. 367), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-3 ta’ Frar 2003 (ĠU C 50 E, ta’ l-4.3.2003, pġ. 36) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003 (għad mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 204, tal-21.7.1998, pġ. 1.

[5] Ara p. 37 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] Ara p. 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[7] ĠU L 147, tat-12.6.1991, pġ. 37. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/49/KE (ĠU L 233, tat-30.9.1995, pġ. 86).

[8] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

[9] ĠU L 395, tat-30.12.1989, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1310/97 (ĠU L 180, tad-9.7.1997, pġ. 1).

[10] It-titolu tad-Direttiva 83/349/KEE ġiet aġġustata biex jittieħed kont tar-renumerazzjoni ta’ l-Artikoli tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej skond l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Amsterdam; ir-riferenza oriġinali kienet għall-Artikolu 54(3)(g).

[11] ĠU L 193, tat-18.7.1983, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 283, tas-27.10.2001, pġ. 28).

[12] ĠU L 204, tal-21.7.1998, pġ. 37. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, pġ. 18).

[13] It-titolu tad-Direttiva 78/660/KEE ġiet aġġustata biex jittieħed kont tar-renumerazzjoni ta’ l-Artikoli tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej skond l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Amsterdam; ir-riferenza oriġinali kienet għall-Artikolu 54(3)(g).

[14] ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, pġ. 11. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 283, tas-27.10.2001, pġ. 28).

--------------------------------------------------

ANNESS A

Miżuri dwar il-protezzjoni xierqa tal-konsumatur

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Komunità dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b'mod partikolari d-Direttivi 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [1] u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE [2], il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jaċċertaw li l-klijenti:

(a) għandhom dritt għal appalt mal-provditur tas-servizz tal-gass tagħhom li jispeċifika:

- l-identita' u l-indirizz tal-provditur;

- is-servizzi provduti, il-livell tal-kwalità tas-servizzi offruti kif ukoll iż-żmien għall-ewwel konnessjoni;

- Jekk jiġu offruti, it-tipi ta' servizz ta' manutenzjoni offruti;

- il-mezzi li bihom tista' tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi kollha applikabbli u t-tariffi għall-manutenzjoni;

- it-terminu tal-kuntratt, il-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tas-servizzi u ta' l-appalti, l-eżistenza ta' kwalunkwe dritt ta' rtir;

- kwalunkwe kumpens u l-arranġamenti għar-rifużjoni li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizzi appaltati ma jintlaħqux; u

- il-metodu li jinbdew il-proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwimiet skond il-punt (f).

Il-kondizzjonijiet għandhom ikunu imparzjali u magħrufa sew minn qabel. Fi kwalunkwe każ, din l-informazzjoni għandha tingħata qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Fejn il-kuntratti jiġu konklużi permezz ta' intermedjarji, din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll qabel il-konklużjoni tal-kuntratt:

(b) jingħataw avviż xieraq dwar kwalunkwe intenzjoni li l-kondizzjonijiet tal-kuntratti jiġu modifikati u jiġu informati dwar id-dritt tagħhom ta' rtir meta jingħata l-avviż. Il-provdituri tas-servizzi għandhom javżaw lis-sottoskritti tagħhom direttament dwar kwalunkwe żieda fil-piżijiet, fi żmien xieraq mhux aktar tard minn perjodu wieħed fejn isir il-kont, wara li ż-żieda tkun daħlet fis-seħħ. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-klijenti huma liberi li jirtiraw mill-kuntratti jekk ma jaċċettawx il-kondizzjonijiet ġodda, notifikati lilhom mill-provditur tagħhom tas-servizzi tal-gass;

(ċ) jirċievu informazzjoni trasparenti dwar il-prezzijiet li japplikaw u t-tariffi u dwar termini kondizzjonijiet standard, rigward l-aċċess għal u l-użu tas-servizzi tal-gass;

(d) jiġu offruti għażla wiesgħa tal-metodi tal-ħlas. Kwalunkwe differenza fit-termini u l-kondizzjonijiet għandha tirrefletti l-ispejjeż lill-provditur tas-sistemi differenti tal-ħlas. It-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għandhom ikunu imparzjali u trasparenti. Għandhom jingħataw f'lingwa ċara u li tinftiehem. Il-klijenti għandhom jiġu mħarsa kontra l-metodi tal-bejgħ mhux imparzjali u qarriqin;

(e) m'għandhomx jiġġiegħlu li jħallsu talli jibdlu l-provditur;

(f) jibbenefikaw minn proceduri trasparenti, semplici u mhux għoljin biex jigu riżolti l-ilmenti tagħhom. Dawn il-proċeduri għandhom jippermettu li t-tilwimiet jigu riżolti b'mod imparzjali u minnufih, b'provvediment, fejn huwa meħtieġ, għal sistema ta' rifużjoni u/jew kumpens. Għandhom isegwu, kull fejn possibbli, il-prinċipji stabbiliti fir-RakkOmandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE [3];

(g) imqabbda mas-sistema tal-gass jiġu informati dwar id-drittijiet tagħhom li jiġu forniti, taħt il-liġi nazzjonali li tapplika, bil-gass naturali ta' kwalità speċifikata bi prezzijiet raġonevoli.

[1] ĠU L 144, ta' l-4.6.1997, pġ. 19.

[2] ĠU L 95, tal-21.4.1993, pġ. 29.

[3] ĠU L 115, tas-17.4.1998, p. 31

--------------------------------------------------

ANNESS B

Tabella tal-korrelazzjoni

Direttiva 98/30/KE | Din id-Direttiva |

| |

Artikolu 1 | L-Artikolu 1 | Kamp ta' Applikazzjoni |

Artikolu 2 | L-Artikolu 2 | Definizzjonijiet |

Artikolu 3 | L-Artikolu 3 | PSOs u Protezzjoni tal-Konsumatur |

Artikolu 4 | L-Artikolu 4 | Procedura ta' l-awtorizzazzjoni |

— | L-Artikolu 5 | Sorveljanza tas-sigurtà tal-fornitura |

Artikolu 5 | L-Artikolu 6 | Regoli tekniċi |

Artikolu 6 | L-Artikolu 7 | Nominazzjoni ta' TSOs |

Artikolu 7 | L-Artikolu 8 | Kompiti tat-TSOs |

— | L-Artikolu 9 | Separazzjoni tat-TSOs |

Artikolu 8 | L-Artikolu 10 | Kunfidenzjalità tat-TSOs |

Artikolu 9(1) | L-Artikolu 11 | Nominazzjoni ta' DSOs |

Artikolu 10 | L-Artikolu 12 | Kompiti tad-DSOs |

— | L-Artikolu 13 | Separazzjoni tad-DSOs |

Artikolu 11 | L-Artikolu 14 | Kunfidenzjalità tad-DSOs |

— | L-Artikolu 15 | Operatur ikkombinat |

Artikolu 12 | L-Artikolu 16 | Dritt ta' aċċess għall-kontijiet |

Artikolu 13 | L-Artikolu 17 | Separazzjoni tal-kontijiet |

Artikolu 14-16 | L-Artikolu 18 | Aċċess għal terzi |

— | L-Artikolu 19 | Aċċess għall-ħażna |

Artikolu 23 | L-Artikolu 20 | Aċċess għal upstream pipelinenetwerks |

Artikolu 17 | L-Artikolu 21 | Ċaħda ta' l-aċċess |

— | L-Artikolu 22 | Infrastruttura ġdida |

Artikolu 18 u 19 | L-Artikolu 23 | Ftuħ tas-suq u reċiproċità |

Artikolu 20 | L-Artikolu 24 | Linji diretti |

Artikolu 21(2)-(3) u 22 | L-Artikolu 25 | Awtoritajiet regolatorji |

Artikolu 27 u 28 | L-Artikolu 31 | Rapportar |

— | L-Artikolu 32 | Tħassir |

Artikolu 29 | L-Artikolu 33 | Implimentazzjoni |

Artikolu 30 | L-Artikolu 34 | Dħul fis-seħħ |

Artikolu 31 | L-Artikolu 35 | Indirizzi |

L-Anness A | Miżuri dwar il-protezzjoni tal-Konsumatur |

--------------------------------------------------

Top