Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0743

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-erbatax ta’ Ottubru 2003 Dwar il-listi ta’ programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali u dwar kontrolli mmirati għall-prevenzjoni taż-żoonożi li jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-2004 (notifikata taħt dokument numru C (2003) 3708)

    ĠU L 268, 18.10.2003, p. 77–80 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/743/oj

    32003D0743



    Official Journal L 268 , 18/10/2003 P. 0077 - 0080


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-erbatax ta’ Ottubru 2003

    Dwar il-listi ta’ programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali u dwar kontrolli mmirati għall-prevenzjoni taż-żoonożi li jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-2004

    (notifikata taħt dokument numru C (2003) 3708)

    (2003/743/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-ispiża fil-qasam veterinarju [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 24(5) u 32 tiegħu,

    Billi:

    (1) Ċerti Stati Membri u Stati Membri aderenti ssottomettew programmi lill-Kummissjoni għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali li għalhom jixtiequ li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Komunità.

    (2) Taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 ta’ 17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [3], il-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali għandhom ikunu finanzjati taħt it-Taqsima tal-Garanziji ta’ l-Fond Ewropew għall-Gwida u Garanzija Agrikola. Għall-iskop ta’ kontroll finanzjarju, l-Artikoli 8 u 9 ta dak ir-Regolament għandhom japplikaw.

    (3) Fit-tħejjija tal-lista ta’ programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali li jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fil-2004, u r-rata u l-ammont proposti għall-kontribuzzjoni fil-każ ta’ kull programm, kemm jinteressa kull programm lill-Komunità kif ukoll kemm ikun il-volum ta’ approprijazzjonijiet disponibbli għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni.

    (4) Fit-tħejjija tal-lista ta’ programmi ta’ kontrolli mmirati għall-prevenzjoni taż-żoonożi li jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni mill-Komunità fl-2004, u r-rata u l-ammont proposti għall-kontribuzzjoni fil-każ ta’ kull programm kemm jinteressa kull programm lill-Komunità, kemm jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tekniċi tal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Komunità u l-volum ta’ approprjazzjonijiet disponibbli għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni.

    (5) L-Artikolu 32 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 jippreskrivi illi l-Istati Membri ġodda għandhom ikunu ttrattati bħall-Istati Membri preżenti fir-rigward ta’ l-ispiża taħt fondi veterinarji.

    (6) Madankollu, l-ebda impenn finanzjarju taħt il-budget 2004 ma jista jsir għall-ebda programm konċernat qabel ma l-adeżjoni ta’ Stat Membru konċernat tkun saret. Barra minn hekk, l-eradikazzjoni ta’ ċertu mard fl-Istati aderenti tista’ tiġi ko-finanzjata taħt strumenti Komunitarji oħra.

    (7) Il-Kummissjoni kkunsidrat kull wieħed mill-programmi sottomessi kemm minn naħa veterinarja kif ukoll minn dik finanzjarja u hi sodisfatta li dawn il-programmi għandhom ikunu inklużi fil-listi ta’ programmi li jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-2004.

    (8) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Il-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-2004.

    2. Għal kull programm imsemmi fil-paragrafu 1, ir-rata u l-ammont proposti għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità ikunu dawk indikati fl-Anness I.

    Artikolu 2

    1. Il-programmi ta’ kontrolli mmirati għall-prevenzjoni taż-żoonożi elenkati fl-Anness II jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-2004.

    2. Għal kull programm imsemmi fil-paragrafu 1, ir-rata u l-ammont proposti għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità ikunu dawk indikati fl-Anness II

    Artikolu 3

    L-Istati Membri huma d-destinatarji ta’ din id-Deċiżjoni.

    Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Ottubru 2003.

    Għall-Kumissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kumissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

    [2] ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1.

    [3] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Lista ta' programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali (L-Artikolu 1(1))

    Rati u ammonti proposti għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

    (EUR) |

    Marda | Stat Membru jew Stat Membru aderenti | Rata | Ammont propost |

    Marda tal-majjali Afrikana/klassika | L-Italja (Sardinja) | 50 % | 250000 |

    Il-marda ta' Aujeszky | Il-Belġju | 50 % | 700000 |

    Spanja | 50 % | 75000 |

    L-Ungerija | 50 % | 100000 |

    L-Irlanda | 50 % | 50000 |

    Il-Litwanja | 50 % | 50000 |

    Malta | 50 % | 5000 |

    Il-Portugall | 50 % | 50000 |

    Is-Slovakkja | 50 % | 60000 |

    Deni bil-katarru (Blue tongue) | Spanja | 50 % | 150000 |

    Franza | 50 % | 225000 |

    L-Italja | 50 % | 700000 |

    Bruċellożi Bovina | Ċipru | 50 % | 85000 |

    Il-Greċja | 50 % | 300000 |

    Spanja | 50 % | 4000000 |

    L-Irlanda | 50 % | 5000000 |

    L-Italja | 50 % | 1500000 |

    Il-Lituwanja | 50 % | 50000 |

    Il-Polonja | 50 % | 150000 |

    Il-Portugall | 50 % | 1800000 |

    Is-Slovenja | 50 % | 110000 |

    Ir-Renju Unit (L-Irlanda ta' fuq) | 50 % | 2000000 |

    Tuberkolożi Bovina | Il-Greċja | 50 % | 300000 |

    Spanja | 50 % | 5000000 |

    L-Irlanda | 50 % | 4500000 |

    L-Italja | 50 % | 1200000 |

    Il-Lituwanja | 50 % | 70000 |

    Il-Polonja | 50 % | 150000 |

    Il-Portugall | 50 % | 400000 |

    Is-Slovenja | 50 % | 40000 |

    Ir-Renju Unit (L-Irlanda ta' fuq) | 50 % | 2000000 |

    Deni tal-Majjali Klassiku | Il-Belġju | 50 % | 175000 |

    Ir-Repubblika Ċeka | 50 % | 75000 |

    Il-Ġermanja | 50 % | 800000 |

    Il-Lituwanja | 50 % | 20000 |

    Il-Lussemburgu | 50 % | 90000 |

    Is-Slovenja | 50 % | 30000 |

    Is-Slovakkja | 50 % | 125000 |

    Lewkożi Enżootika Bovina | L-Italja | 50 % | 100000 |

    Il-Lituwanja | 50 % | 100000 |

    Il-Portugall | 50 % | 100000 |

    Is-Slovakkja | 50 % | 40000 |

    Ir-Renju Unit (L-Irlanda ta' fuq) | 50 % | 5000 |

    Bruċellożi Bovina u Kaprina (B melitensis) | Ċipru | 50 % | 725000 |

    Il-Greċja | 50 % | 1000000 |

    Spanja | 50 % | 6500000 |

    Franza | 50 % | 300000 |

    L-Italja | 50 % | 3500000 |

    Il-Litwanja | 50 % | 17000 |

    Il-Portugall | 50 % | 2000000 |

    Is-Slovenja | 50 % | 70000 |

    Poseidom | Franza | 50 % | 250000 |

    Rabies | L-Awstrija | 50 % | 200000 |

    Ir-Repubblika Ċeka | 50 % | 650000 |

    Il-Ġermanja | 50 % | 800000 |

    Il-Finlandja | 50 % | 70000 |

    Il-Latvja | 50 % | 370000 |

    Il-Polonja | 50 % | 1800000 |

    Is-Slovenja | 50 % | 110000 |

    Is-Slovakkja | 50 % | 400000 |

    Marda Vexxikulari tal-majjali Deni tal-Majjali Klassiku | L-Italja | 50 % | 400000 |

    Total | | | 51892000 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Lista ta’ programmi għall-kontroll immirat lejn il-prevenzjoni taż-żoonożi (L-Artikolu 2, paragrafu 1)

    Rati u ammonti proposti għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

    (EUR) |

    Żoonożi | Stat Membru jew Stat Membru Aderenti | Rata | Ammont propost |

    Salmonella | L-Awstrija | 50 % | 150000 |

    Id-Danimarka | 50 % | 260000 |

    Franza | 50 % | 700000 |

    L-Irlanda | 50 % | 90000 |

    Il-Litwanja | 50 % | 400000 |

    L-Olanda | 50 % | 400000 |

    Is-Slovakkja | 50 % | 400000 |

    Total | | | 2400000 |

    --------------------------------------------------

    Top