This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0563
2003/563/CFSP: Council Decision 2003/563/CFSP of 29 July 2003 on the extension of the European Union military operation in the Former Yugoslav Republic of Macedonia
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/563/PBSK tad-29 ta' Lulju 2003 dwar l-estensjoni ta' l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/563/PBSK tad-29 ta' Lulju 2003 dwar l-estensjoni ta' l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
ĠU L 190, 30.7.2003, pp. 20–21
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 190 , 30/07/2003 P. 0020 - 0021
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/563/PBSK tad-29 ta' Lulju 2003 dwar l-estensjoni ta' l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari, l-Artikolu 17(2), Wara li kkonsidra l-Azzjoni Konġunta 2003/92/PBSK tas-27 ta' Jannar 2003 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [1], Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/202/PBSK tat-18 ta' Marzu 2003 dwar il-bidu ta' l-operazzjoni militari ta' l-UE f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [2] tgħid li d-dewmien antiċipat ta' l-operazzjoni ta' l-UE f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Jugoslavja hu ta' sitt xhur mill-31 ta' Marzu 2003. (2) B'ittra indirizzata lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ddatata l-4 ta' Lulju 2003, il-President ta' l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Sur Trajkovski, stieden lill-Unjoni Ewropea biex testendi l-Operazzjoni "Concordia" sal-15 ta' Diċembru 2003 bil-mandat u l-qafas legali eżistenti. (3) Fis-7 ta' Lulju 2003, il-Kumitat ta' Kontributuri urew il-fehma li l-operazzjoni għandha tiġi estiża sal-15 ta' Diċembru 2003. (4) Il-Kumitat dwar il-Politika u Sigurtà ivvaluta l-progress ta' l-Operazzjoni "Concordia" u qabel, waqt li kkonsidra l-parir tal-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea ddatat 7 ta' Lulju 2003, fil-11 ta' Lulju 2003, biex jirrikkmanda li l-Operazjoni għandha tiġi estiża sal-15 ta' Diċembru 2003. (5) Fl-24 ta' Lulju 2003 il-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea ta lill-Kumitat dwar Politika u Sigurtà parir militari dwar id-disposizzjon ta' Force Headquarters għall-Operazzjoni wara t-30 ta' Settembru 2003. (6) Skambju ta' Ittri seħħ man-NATO fuq il-kontinwazzjoni tar-rilaxx, osservazzjoni, ritorn u sejħa lura ta' assi u kapabiltajiet tan-NATO għal operazzjoni militari ta' l-UE f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, taħt it-termini tal-ftehim speċifiku bejn l-UE u n-NATO ddatat 17 ta' Marzu 2003. (7) Nazzjonijiet ta' Eurofor ipproponew fis-17 ta' Lulju 2003 li Eurofor tipprovdi l-qafas għall-Force Headquarters għal Operazzjoni "Concordia" mill-1 t'Ottubru 2003. (8) Il-Kunsill qabel fil-21 ta' Lulju 2003 li jestendi l-operazzjoni skond it-termini ta' qabel għal perijodu addizjonali qasir sal-15 ta' Diċembru 2003, wera l-apprezzament tiegħu għal prestazzjoni ta' Franza bħala Nazzjon ta' Struttura fil-livell tal-Force Headquarters u laqa' l-offerta minn Eurofor biex jieħu mingħand Franza r-reponsabiltajiet ta' l-Istruttura fil-livell tal-Force Headquarters. (9) Il-parametri finanzjarji tal-"Concordia" mhux qed jiġu mistennija li jinbidlu mill-1 t'Ottubru 2003. Għalhekk, l-applikazjoni ta' l-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta' Finanzi anness mad-Deċizjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li jistabbilixxi mekkaniżmu operazzjonali ta' finanzjament għall-finanzjament ta' l-ispejjeż maqsuma ta' l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja m'hiex relevanti għall-perijodu li fadal tal-"Concordia". (10) It-terminu perentorju muri mill-Artikolu 9(2) tar-Regolament Finanzjarju t'hawn fuq ma jistax jiġi mħares. (11) Il-Kumitat dwar Politika u Sigurtà se jibqa' jeżamina s-sitwazzjoni f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bil-għan ta' aktar deċiżjonijiet xierqa biex jiġu adottati mill-Kunsill. (12) Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tad-deċizjonijiet u l-azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fil-finanzjament ta' l-operazzjoni, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tiġi estiża sal-15 ta' Diċembru 2003. Artikolu 2 1. Il-Maġġur Ġenerali Luis Nelson Ferreira dos Santos hu maħtur bħala Kmandant tal-Forza ta' l-UE mill-1 t'Ottubru 2003. 2. Eurofor tieħu minn Franza r-responsabiltajiet fil-livell tal-Force Headquarters mill-1 t'Ottubru 2003. Artikolu 3 1. L-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta' Finanzjament anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 jistabbilixxi Mekkaniżmu Operazzjonali ta' Finanzjament għall-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja m'għandux jgħodd. 2. Minkejja l-Artikolu 9(2) tar-Regolament ta' Finanzjament t'hawn fuq, il-budget għall-perijodu ta' finanzjar li ġej għandu jkun approvat mill-Presidenza sa' mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2003. 3. L-amministratur tal-Mekkaniżmu Operazzjonali ta' Finanzjament għall-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hu awtorizzat li jsejjaħ għal kontribuzzjonijiet sa' EUR 800000 mill-istati membri li qed jikkontribwixxu. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 2003. Għall-Kunsill Il-President F. Frattini [1] ĠU L 34, tal-11.2.2003, p. 26. [2] ĠU L 76, tat-22.3.2003, p. 43. --------------------------------------------------