EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0398

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2003 fuq il-prinċipji, prijoritajiet, għanjiet intemedji u kondizzjonijiet li jinsabu fil-Partnership ta' l-Adeżjoni mat-Turkija

ĠU L 145, 12.6.2003, p. 40–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/398/oj

32003D0398



Official Journal L 145 , 12/06/2003 P. 0040 - 0056


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-19 ta' Mejju 2003

fuq il-prinċipji, prijoritajiet, għanjiet intemedji u kondizzjonijiet li jinsabu fil-Partnership ta' l-Adeżjoni mat-Turkija

(2003/398/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 390/2001 tas-26 ta' Frar 2001 fuq l-assistenza lit-Turkija fil-kwadru ta' l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni, u partikolarment fuq it-twaqqif ta' Partnership ta' l-Adeżjoni [1], u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen fakkar fid-deċiżjoni tiegħu fl-1999 ġewwa Helsinki illi t-Turkija hija Stat kandidat destinat li jingħaqad ma' l-Unjoni fuq il-bażi ta' l-istess kriterji kif applikati lil Stati kandidati oħra. Huwa jilqa' bil-saħħa il-passi importanti meħuda mit-Turkija biex tilħaq il-kriterji ta' Copenhagen, partikolarment permezz tal-pakketti legislattivi reċenti u l-miżuri leġislattivi sussegwenti li jkopru numru kbir ta' prijoritajiet ewlenin speċifikati fil-Partnership ta' l-Adeżjoni.

(2) Il-Kunsill ta' Copenhagen iddeċieda illi sabiex jassisti lit-Turkija lejn is-sħubija ma' l-EU, l-istrateġija ta' l-adeżjoni għandha tiġi msaħħa u il-Kummissjoni ġiet mistiedna biex tissottometti proposta għar-reviżjoni tal-Partnership ta' l-Adeżjoni.

(3) Regolament (KE) Nru 390/2001 jipprovdi illi l-Kunsill għandu jiddeċiedi, b'maġġoranza kwalifikata u wara proposta mill-Kummissjoni, fuq il-prinċipji, prijoritajiet, għanjiet intemedji u kondizzjonijiet li jinsabu fil-Partnership ta' l-Adeżjoni, kif ser tiġi sottomessa lit-Turkija, kif ukoll fuq l-aġġustamenti sinjifikanti sussewgwenti li japplikaw għaliha.

(4) L-assistenza mill-Komunità ssir bil-kondizzjoni li l-elementi essenzali jiġu mwettqa, u partikolarment fuq il-progress lejn it-twettiq tal-kriterji ta' Copenhagen. Fejn xi element essenzali jkun nieqes, il-Kunsill, jaġixxi bis-saħħa ta' maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jieħu passi adattati fir-rigward ta' kull assistenza ta' qabel l-adeżjoni.

(5) Il-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni KE-Turkija iddeċieda illi l-implimentazzjoni ta' Partnership ta' l-Adeżjoni tat-Turkija ser tkun segwieta mill-korpi tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni kif xieraq.

(6) Ir-rapport regolari tal-Kumissjoni tal-2002 ippreżenta analiżi oġġettiva fuq il-preparamenti tat-Turkija għas-sħubija u identifikat numru ta' oqsma ta' prijorità għal aktar xogħol.

(7) Sabiex tipprepara għas-sħubija, it-Turkija għandha tipprepara programm nazzjonali għal adozzjoni ta' l-acquis. Dan il-programm għandu juri il-kalendarju biex jintlaħħqu il-prijoritajiet u l-għanijiet intermedji stabbiliti fil-Partnership ta' l-Adeżjoni,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 390/2001, il-prinċipji, prijoritajiet, għanjiet intemedji u kondizzjonijiet fil-Partnership ta' l-Adeżjoni tat-Turkija huma murija ġewwa dan l-Anness, li tifforma parti integrali ta' din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

L-implimentazzjoni ta' Partnership ta' l-Adeżjoni għandha tiġi eżaminata u segwieta mill-korpi ta'-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u mill-korpi tal-Kunsill fuq bażi tar-rapport regolari mill-Kummisjoni lil Kunsill.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata li tiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjail ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Mejju 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

[1] ĠU L 58, 28.02.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

TURKIJA: 2003 PARTNERSHIP TA' L-ADEŻJONI

1. INTRODUZZJONI

Fil-laqgħa tiegħu fil-Lussemburgu f'Diċembru 1997, il-Kunsill Ewropew iddeċieda illi l-Partnership ta' l-Adeżjoni ser tkun fattur ewlieni ta' l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni, li timmobilizza il-forom kollha ta' assitenza lil pajjizi kandidati minn ġewwa kwadru singlu. B'dan il-mod, il-Komunità timmira l-assistenza tagħha lejn bżonnijiet speċifiċi ta' kull kandidat sabiex tipprovdi appoġġ biex tegħleb problemi partikolari bil-ħsieb ta'l-adeżjoni.

L-ewwel Partnership ta' l-Adeżjoni tat-Turkija ġie deċiż f'Marzu 2001. Fil-karta dwar l-istrateġija tal-Kummissjoni fuq it-tkabbir tad-9 ta' Ottubru 2002, kien ġie mistqarr illi l-Kummisjoni kellha tipproponi Partnership ta' l-Adeżjoni riveduta għat-Turkija.

2. GĦANIJIET

L-iskop ta' l-Partnership ta' l-Adeżjoni għandu juri fi kwadru singlu l-oqsma ta' prijorità għall-iktar xogħol identifikati fir-rapport regolari tal-Kummissjoni ta' l-2002 fuq il-progress magħmul mit-Turkija lejn l-adeżjoni, l-mezzi finanzjarji disponibbli biex jgħinu lit-Turkija timplimenta dawn il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet li ser japplikaw għal dik l-assistenza. Il-Partnership ta' l-Adeżjoni tipprovdi il-bażi għal numri ta strumenti tal-politika li ser jiġu użati biex jgħinu l-Istati kandidati fil-preparazzjoni għas-sħubija. Huwa mistenni li t-Turkija fuq bażi ta' din Partnership ta' l-Adeżjoni riveduta tadotta programm nazzjonali revdut għall-adozzjoni ta' l-acquis.

3. PRINĊIPJI

L-oqsma ta'prijorità ewlenin identifikati għal kull Stat kandidat jirrelataw ma' l-abilitajiet tagħhom li jieħdu l-obbligazzjonijiet biex jilħqu l-kriterji ta' Copenhagen li tistqarr illi s-sħubija teħtieġ:

- li l-Istat kandidat jikseb l-istabilità ta' l-istituzzjonijiet li jiggarantixxu id-demokrazijia, stat tad-dritt, drittijiet tal-bniedem u rispett għal u protezzjoni tal-minoritajiet,

- l-eżistena ta' ekonomija tas-suq li taħdem, kif ukoll il-kapaċità li tlaħħaq mal-pressjonijiet kompetittivi u forzi tas-suq ġewwa l-Unjoni,

- l-abbilità li tieħu l-obbligazzjonijiet tas-sħubija, inklużi ż-żamma mal-miri ta' l-Unjoni politika, ekonomika u monetarja.

Fil-laqgħa tiegħu f'Madrid fl-1995, il-Kunsill Ewropew saħħaq il-bżonn li l-Istati kandidati jaġġustaw l-istrutturi amministrativi tagħhom biex jassiguraw l-operazzjoni armonizzata tal-politiki tal-Komunità wara l-adeżjoni u fl-Lussemburgu, fl-1997, saħħaq li l-inkorporazzjoni ta' l-acquis ġewwa l-leġislazzjoni hija neċessarja, imma mhux minnha infisha suffiċjenti; hija neċessarja biex tassigura li tiġi fil-fatt applikata. Il-Kunsilli Ewropei ta' Feira u Gothenburg fl-2000 u 2001 rispettivament ikkonfermaw l-importanza vitali tal-kapaċità tal-pajjiżi applikanti biex jimplimentaw u jinfurzaw l-acquis, u żiedu li din teħtieġ sforzi importanti mill-applikanti f'tisħiħ u riformar ta' l-istrutturi amministrattivi u ġudizzjarji tagħhom.

4. PRIJORITAJIET

Ir-rapporti regolari tal-Kummissjoni urew biċ-ċar, minbarra il-progress li diġà sar, id-daqs ta' l-isforzi li għad iridu jsiru f'ċerti arei mill-Istati kandidati biex jippreparaw għal adeżjoni. Din is-sitwazzjoni teħtieġ id-definizzjoni ta' stadji intermedji fir-rigward ta' prijoritajiet, fejn kull wieħed għandu jiġi akkumpanjat minn għanijiet preċiżi li jiġu imfassla f'kollaborazzjoni ma' l-Istati konċernati, li l-ilħuq tiegħu ser jikkondizzjona il-livell ta' assistenza mogħtija u l-progress tan-negozjati għaddejjin ma' xi pajjiżi u l-ftuħ ta' negozjati ġodda ma' l-oħrajn.

Il-prijoritajiet ta' Partnership ta' l-Adeżjoni huma maqsuma f'żewġ gruppi- żmien ta' skadenza qasira u tul medju. Dawk ta' skadenza qasira ġew selezzjonati fuq bażi li huwa realistiku li tistenna li t-Turkija tista' twettaqhom fl-2003/2004. Il-prijoritajiet imniżżla taħt żmien ta' tul medju huma mistennija li jieħdu iktar minn sena biex jitlestew għalkemm ix-xogħol fuqhom għandu jitmexxa 'l quddiem sostanzjalment fl-2003/2004.

Il-Partnership ta' l-Adeżjoni tindika l-arei ta' priorità għal preparazzjoni tas-sħubija tat-Turkija. Madankollu, it-Turkija għandha tindirizza il-kwistjonijiet kollha identifikati fir-rapport regolari. Huwa ukoll importanti li it-Turkija twettaq l-obbligazzjonijiet ta' l-approssimazzjoni u l-implimentazzjoni leġislattiva ta' l-acquis skond l-impenji magħmula fl-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni, għaqda doganali u deċiżjonijiet relatati tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni tal-KE-Turkija, per eżempju fuq ir-reġim tal-kummerċ għal prodotti agrikoli. Għandu jiġi imfakkar li l-inkorporazzjoni ta' l-acquis ġewwa l-leġislazzjoni mhuwiex minnufih suffiċjenti; ser ikun neċessarju li tassigura li tiġi attwalment applikata għall-istess standards bħal dawk li japplikaw ġewwa l-Unjoni. Fl-oqsma kollha imniżżla hawn taħt hemm bżonn ta'implimentazzjoni u infurzar ta' l-acquis kredibbli u effettiv.

Tiġbed fuq l-analiżi tar-rapport regolari tal-Kummissjoni, il-prijoritajiet li ġejjin ġew identifikati għat-Turkija.

TKABBIR TAD-DJALOGU POLITIKU U KRITERJI POLITIKA

Prijoritajiet (2003/2004)

Skond il-Konklużjonijet ta' Helsinki, fil-kuntest tad-djalogu politiku, tappoġġja b'qawwa sforzi biex issib soluzzjoni komprensiva għal problema ta' Ċipru, permezz tal-kontinuazzjoni tal-missjoni ta' uffiċji tajba u tan-negozjati fuq bażi tal-proposti tas-Segretarju-Ġernerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Skond il-Konklużjonijiet ta' Helsinki, fil-kuntest ta' djalogu politiku, skond il-prinċipju ta' soluzzjoni paċifika ta' dispute skond il-Karta ta' l-UN, jagħmlu kull sforz biex jirrisolvu xi disputi tal-fruntieri li għadhom pendenti u kwistjonijiet relatati oħra, irreferiti f'punt 4 tal-Konklużjonijiet ta' Helsinki.

Tirratifika l-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Protokoll mhux obbligatorju tiegħu u l-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali. Tirratifika l-Protokoll 6 tal-Konvenzjoni Ewropea fuq id-Drittijiet Umani. Tħares il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-Drittijiet Umani u Libertajiet Fundamentali, inkluż ir-rispet lejn il-ġudizzji tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani (taqsima II tal-Konvenzjoni).

Timplimenta miżuri biex tiġġieled kontra torturi u maltrattament minn uffiċjali li jinfurzaw il-liġi, skond l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani u ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Ewropew għal Prevenzjoni tat-Torturi. Tadotta miżuri ulterjuri biex tassigura li il-prosekuturi jmexxu investigazzjonijiet fil-ħin u effettivi ta' każi allegati u li il-qrati jimponu pieni fuq dawk kundannati fuq abbużi.

Tiggarantixxi fil-prattika id-dritt ta' aċċess ta' avukat fil-privat lil persuni detenuti u impriġunati u li il-qraba tagħhom jiġu notifikati, barra mill-kustodja tagħhom, skond il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani.

Tiggarantixxi fil-liġi u fil-prattika it-tgawdija għal kollox tad-drittijiet umani u libertajiet fundamentali mill-individwi kollha mingħajr diskriminazzjoni u irrispettivament ta' lingwa, razza, kulur, sess, opinjoni politika, reliġjon jew twemin skond l-istrumenti internazzjonali u Ewropei li tagħhom it-Turkija tagħmel parti.

Tinsegwi u timplimetna riformi li jikkonċernaw il-libertà ta' l-espressjoni inkluża l-libertà ta' l-istampa. Tneħħi r-restrizzjonijiet legali skond l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani (L-Artikolu 10, 17 u 18). Tirrimedja is-sitwazzjoni ta' dawk il-persuni mħarrka jew ikundannati għal espressjoni ta' opinjoni mhux vjolenti. Timplimenta dispożizzjonijiet legali fuq id-dritt ta' proċess mill-ġdid wara il-ġudizzju relevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani.

Tinsegwi u timplimenta riformi li jikkonċernaw il-libertà ta' l-assoċjazzjoni u l-għaqda paċifika. Tneħħi restrizzjonijiet legali skond il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani, partikolarment fuq assoċjazzjonijiet kemm barranin u nazzjonali, inklużi trade unions (L-Artikolu 11, 17 u 18). Tinkoraġixxi l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili.

Tadatta u timplimenta dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-eżerċizzju tal-libertà tal-ħsieb, kuxjenza u reliġjon mill-individwi u komunitajiet reliġjużi kollha skond l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani. Tistabbilixxi kondizzjonijiet għal ħidma ta' dawn il-komunitajiet, skond il-prattiċi ta' l-Istati Membri ta' l-UE. Dan jinkludi protezzjoni legali u ġudizzjarja tal-komunitajiet, il-membri u l-assi tagħhom, tgħallem, taħtar u tħarreġ il-kleru, u t-tgawdija tad-drittijiet ta' propjetà skond Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea fuq id-Drittijiet Umani.

Tassigura d-diversità kulturali u tiggarantixxi d-drittijiet kulturali taċ-ċittadini kollha irrispettivament ta' l-oriġini tagħhom. Tassigura l-aċċess effettiv għax-xandir ta'radju/TV u l-edukazzjoni f'lingwi barra dik Torka permezz ta' l-implimentazzjoni ta' miżuri eżistenti u it-tneħħija ta' restrizzjonijiet li għandhom li jimpedixxu dan l-aċċess.

Taddatta il-ħidma tal-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà sabiex tallinja il-kontroll fuq utenti tal-militar mal-prattiċi ta' l-Istati Membri ta' l-UE.

Ssaħħaħ l-indipendenza u l-effiċjenza tal-ġudikatura u tippromwovi l-interpretazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet legali relatati mad-drittijiet umani u il-libertajiet fundamentali skond il-Konvenzjoni Ewropea fuq id-Drittijiet Umani. Tieħu miżuri bil-ħsieb li tassigura li l-obbligazzjoni għall-awtoritajiet ġudizzjarji li tieħu qies tal-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani tiġi rispettata. Tallinja l-ħidma tal-qrat tas-sigurtà ta' l-Istat ma' l-i standards Ewropei. Tipprepara it-twaqqif ta' qrati ta' l-appell intermedji.

Tkompli iġġib il-kondizzjonijiet ġewwa il-ħabs skond l-i standards ta'l-Istati Membri ta' l-UE.

Testendi it-taħriġ ta' l-uffiċjail ta' l-infurzar tal-liġi fuq kwistjonijiet ta' drittijiet umani u teknika ta' investigazzjoni moderna, partikolarment fir-rigward tal-ġlieda kontra t-torturi u il-maltrattament, sabiex tipprevjeni l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet umani. Testendi t-taħriġ ta' l-imħallfin u l-prosekuturi fuq l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani u l-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijeit Umani.

Tintensifika l-isforzi biex tiżviluppa approċċ komprensiv biex tnaqqas id-disparitajiet reġjonali, u partikolarment biex ittejjeb is-sitwazzjoni fix-xlokk, bil-ħsieb li tkabbar l-opportunitajiet ekonomiċi, soċjali u kulturali għaċ-ċittadini kollha. F'dan il-kuntest, il-prospett ta' spjazzament ta' persuni internali lejn d-djar oriġinali tagħhom għandu jiġi appoġġjat u mgħaġġel.

Skadenza qasira

Kriterja Ekonomika

- Tassigura l-implimentazzjoni tad-disinflazzjoni kurrenti u programm ta' riforma strutturali miftiehem ma' l-IMF u il-Bank Dinji, partikolarment tassigura il-kontroll fuq l-ispiża pubblikka.

- Tkompli l-implimentazzjoni mgħaġġla tar-riforma tas-settur finanzjarju, partikolarment l-allinjament ta' regolamenti prudenti u trasparenti u s-sorveljanza ma' l-i standards internazzjonali.

- Tissalvagwardja l-indipendenza ta' l-awtoritajiet regolamentari tas-suq.

- Tipproċedi bir-riformi agrikolturali.

- Taċċellera l-privatizzazzjoni ta' entitajiet li huma propjetà ta' l-Istat, waqt li tieħu qies tal-komponent soċjali.

- Tkompli bil-liberalizzazzjoni tas-suq, partikolarment fl-oqsma tat-tabakk u zokkor.

- Tiffaċilita u tippromwovi d-dħul ta'investiment dirett barrani.

- Tkabbar id-djalogu ekonomiku ma' l-UE, partikolarment fil-kwadru tal-proċeduri ta' sorveljanza fiskali ta' qabel l-adeżjoni, b'enfasi fuq miżuri xierqa biex tilħaq stabbilità u previżjoni makroekonomika u fuq l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali.

- Timplimenta mezzi li jindirizzaw il-problema ta' ekonomija informali.

Abbilità li tassumi l-obbligazzjonijiet tas-sħubija

Moviment liberu tal-merkanzija

- Tneħħija ta' barrieri tekniċi u amministrattivi għal kummerċ. Tħaffef l-allinjament u l-applikazzjoni ta' l-i standards Ewropei. Tassigura kontroll tas-suq effettiv u moviment liberu tal-merkanzija skond il-leġislazzjoni tas-swieq interna.

- Tibda timplimenta l-istima ta' konformità u ċertifikazzjoni tal-marki CE b'ħarsa lejn l-approċċ ġdid u globali tad-Direttivi; tirinforza is-sorveljanza tas-suq eżistenti u l-istrutturi ta' stima ta' konformità ma' l-apparat u taħriġ u kreazzjoni ta' infrastruttura amministrattiva kompattibbli.

- Tlesti x-xogħol li jirrelata ma' rikonnoximent reċiproku u l-allinjament ma' l-acquis fir-rigward ta' oqsma mhux armonizzati (L-Artikolu 28 sa 30 tat-Trattat KE u l-istrumenti leġislattivi relatati).

- Tiżviluppa infrastruttura meterologa effettiva u tirristruttura l-istandards istituzzjonali Torok biex tippermetti is-separazzjoni tal-ħidmiet relatati ma' l-istandardazzjoni, ċertifikazzjoni u sorveljanza tas-suq.

- Tkompli bl-isforzi fuq is-sigurezza ta' l-ikel, inkluż l-allinjament progressiv ma' l-acquis fuq il-leġislazzjoni tal-ħwejjeġ ta' l-ikel, u twaqqaf jew tiristruttura kif neċessarju strutturi istituzzjonali.

- Tlesti l-allinjament tal-leġislazzjoni ta' l-akkwisti pubbliċi ma' l-acquis.

- Iżżid il-kapaċità ta' l-awtorità ta' l-akkwisti pubbliċi biex timplimeta u issegwi il-liġi il-ġdida ta' l-akkwisti pubbliċi.

Libertà li jiġu pprovduti servizzi

- Tibda tiddentifika u tneħħi ostakoli potenzali għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE relatati mad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

- Tallinja ma' l-acquis fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta'servizzi fis-soċjetà ta' l-informazzjoni.

- Tlesti l-allinjament leġislattiv fis-servizzi finanzjarji u ssaħħaħ l-istrutturi ta' sorveljanza u ir-rekord ta' l-infurzar inkluż iż-żamma ta' l-indipendenza tal-korpi regolamentari.

- Tallinja għal kollox mal-leġislazzjoni bankarja u assikurativa ta' l-UE u tistabbilixxi awtorità li tissorvelja l-assigurazzjoni.

- Tallinja ma' l-acquis fuq il-protezzjoni ta' data personali.

Il-Moviment liberu tal-kapital

- Tneħħija tar-restrizzjonijiet kollha li jaffetwaw l-investiment barrani (li joriġina mill-UE) fis-setturi ekonomiċi kollha ġewwa it-Turkija.

Liġi tal-Kumpaniji

- Tlesti l-allinjament ma' l-acquis fuq l-leġislazzjoni tal-kumpannji u l-kontabilità.

- Tlesti l-allinjament ma' l-acquis fuq id-drittijiet tal-propjetà intelletwali u industrijali inkluż il-leġislazzjoni IPR għal farmaċewtiċi u ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-piraterija u il-falsifikar.

Kompetizzjoni

- Tallinja ma' l-acquis li jikkonċerna l-għajnuna mill-Istat u tistabbilixxi awtorità nazzjonali ta' monitoraġġ ta' l-għajnuna mill-Istat biex tassigura kontroll effettiv ta' l-għajnuna mill-Istat ibbażata fuq il-Kriterji ta' l-UE.

- Tallinja leġislazzjoni li tikkonċerna l-monopolji u impriżi bi drittjiet speċjali u esklussivi, ma' l-acquis relevanti.

- Tlesti l-allinjament fil-leġislazzjoni sekondarja fl-oqsma ta'l -anti-trust.

- Ssaħħaħ ir-rekord ta' l-infurzar fl-oqsma ta' l-anti-trust, partikolarmnet kontra impriżi tal-Gvern, jew impriżi li għandhom drittijiet speċjali u esklussivi.

- Tnaqqas id-dewmien fl-applikazzjonijiet għall-appell finali li jikkonċernaw il-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni.

Agrikoltura

- Tlesti t-twaqqif ta' sistemi ta' identifikazzjoni ta' l-annimali, li huma element ewlieni tas-sistemà ta' amministrazzjoni integrata u kontroll. Kif ukoll tibda xogħol preparatorju fuq elementi oħra bħal sistemi ta' identifikazzjoni ta' land parcel.

- Tipprepara strateġija għall-introduzzjoni ta' politika ta' żvilupp tal-Komunità rurali u strateġija ta' forestrija.

- Taddotta kwadru ta' liġi veterinarja u leġislazzjoni sekondarja li tarmonizza l-acquis; ssaħħaħ ir-riżorsi umani, tekniċi informatiċi ta' korpi relevanti amministrattivi, xjentifiċi, ittestjar u spezzjoni; Tassigura l-infurzar tal-leġislazzjoni; ittejjeb l-isforzi biex teqred il-mard fl-annimali, pjaniffikar kontinġenti u kapaċità ta' monitoraġġ.

- Tiddentifika siti għall-iżvilupp u operazzjoni ta' sistemà kompattibbli mal-Komunità ta' postijiet għall-ispezzjoni tal-fruntieri ma' pajjiżi terzi.

- Taddotta programm għat-trasposizzjoni ta' l-acquis tal-veterinarja u fitosanitrija; ssaħħaħ l-istrutturi amministrattivi, xjentifiċi u tekniċi u tippermetti l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva ta' l-acquis fuq il-protezzjoni tal-impjant, partikolarment ittestjar fil-laboratorju; ssaħħaħ l-arranġamenti ta' spezzjoni ta' kemm il-produzzjoni domestika u importazzjoni ta' pjanti u prodotti tal-pjanti, kif ukoll stabbilimenti li jipproċessaw l-ikel.

Sajd

- Tallinja l-amministrazzjoni tas-sajd, kontroll, marketing u l-aġġustament strutturali tal-leġislazzjoni għall-acquis.

Trasport

- Taddotta programm għat-trasposizzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-acquis dwar it-trasport inkluż trasport ta' l-ajru.

- Tibda tallinja l-leġislazzjoni fuq is-sigurtà marittima kif ukoll it-trasport stradali u bil-ferrovija; ittejjeb l-implimentazzjoni u l-infurzar ta', partikolarment l-i standards tas-sigurtà marittima u trasport stradali.

- Tadotta mill-iktar fis possibbli pjan ta' azzjoni għat-trasport marittimu fuq il-monitoraġġ tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni u ittejjeb il-prestazzjoni tar-reġistru tal-bnadar Torok. Ittejjeb urġentement ir-rekord tas-sigurtà marittima tal-flotta Torka skond il-Memorandum of Komprensjoni ta' Pariġi billi tadotta u timplimenta il-miżuri kollha xierqa.

- Ssaħħaħ l-amministrazzjoni marittima, partikolarment il-kontroll tal-flag State.

- Tadotta programm għall-adattament tal-flottta Torka tat-trasport stradali ma' l-i standards ta' l-UE.

Tassazzjoni

- Tkompli l-allinjament tat-taxxa tas-sisa u l-VAT, partikolarment fir-rispett tar-rati applikati, skopijiet tat-transazzjonijiet eżenti, u strutturi ta' taxxi u telimina miżuri ta' taxxi li jistgħu jirriżultaw fi trattamenti diskriminatorji; tassigura li l-leġislazzjonijiet futuri jħarsu l-prinċipji tal-Kodiċi tal-Kondotta għat-taxxa fuq il-kummerċ.

- Timmodernizza u ssaħħaħ l-amministrazzjoni tat-taxxa bil-ħsieb li iżżid il-ħarsien tat-taxxa u biex ittejjeb il-ġbir ta' dħul mit-taxxa.

Statistiċi

- Tirratifika il-liġi l-ġdida dwar l-istatisitika skond ma' l-i standards ta' l-UE.

- Tadotta l-klassifikazzjonijiet bażiċi pendenti (eż.. NACE, CPA, Prodcom, etċ.) mis-SIS u mill-istituzzjoni pubbliċ tas-sistemà ta' l-istatistika Torka.

- Tadotta kompletament l-unitajiet ta' l-istatistika relevanti (eż.. KAU, LKAU, etċ.).

- Tirrevedi l-metodoloġija tal-kontijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' ESA 95.

- Tinrinforza l-istrateġija għall-izvilupp ta' l-istatistika partikolarment fl-oqsma li ġejjin: statistici dwar stħarriġ demografiku u l-qasam tax-xogħol, statistika reġjonali, statistika dwar l-kummerċ (inklużi reġistri tal-kummerċ) u statistika fuq l-agrikoltura.

- Tassigura taħriġ adegwat ta' l-impjegati u ittejjeb il-kapaċità amministrattiva.

Il-Politika soċjali u l-impjiegi

- Tadotta programm ta' l-acquis fl-oqsma tal-liġi tax-xogħol, trattament indaqs tan-nisa u irġiel, saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u is-saħħa pubblika.

- Tiżviluppa pjan ta' kull sena għall-investiment finanzjarju, ibbażat fuq stima realistika ta' spejjeż ta' l-allinjament u tar-riżorsi pubbliċi u privati li qegħdin għad-dispożizzjoni.

- Tagmel f'posthom il-kondizzjonijiet għal bipartit attivi u awtonomi kif ukoll djalogu soċjali ta' tripartit, inter alia, billi tabbolixxi id-dispożizzjonijiet restrittivi fuq l-attivitajiet tat-trade union u tassigura li id-drittijiet tat-trade union huma rispettati.

- Tappoġġa l-isforzi tal-bini ta' kapaċitajiet ta' l-imsieħba soċjali, partikolarment bil-ħsieb għar-rwol futur tagħhom fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' politika fuq l-impjiegi u soċjali notevolment permezz ta' djalogu soċjali awtonomu.

- Tkompli fl-isforzi biex tgħeleb il-problema ta' xogħol ta' minuri.

- Tirrevedi il-kapaċità ta' l-istituzzjonijiet kollha involuti fit-trasposizzjoni ta' l-acquis f'dan il-qasam.

Enerġija

- Tistabbilixxi programm għall-adozzjoni ta' l-acquis dwar l-enerġija, partikolarment dak li jikkonċerna materji barra dawk tas-suq ta' l-enerġija interna.

- Tassigura l-indipendenza u l-ħidma effettiva ta' l-awtorità regolamentari għas-setturi ta' l-elettriku u l-gass; tagħti lill-awtorità l-mezzi biex jagħmlu il-kompiti tagħhom effettivament.

- Tassigura it-twaqqif ta' suq ta'enerġija interna kompetittiv, li jħares id-Direttivi ta' l-elettriku u l-gass.

- Tassika l-allinjament ulterjuri ma' l-acquis ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija u tkabbar l-implimentazzjoni tal-prattiċi tal-konservazzjoni ta' l-enerġija.

- Tiddisinja u tibda timplimenta programm biex tnaqqas l-intensità ta'l-enerġija ta' l-ekonomjia Torka u żżid is-sorsi ta' użu li jista' jiġġedded.

Il-Politika Industrijali

- Tiżviluppa u timplimenta strateġija għall-promozzjoni ta' investiment barrani ġewwa t-Turkija.

Intrapriżi ta' daqs żgħir u medju

- Tiżviluppa u timplimenta strateġija nazzjonali ta' SME skond il-European Charter għall-intrapriżi żgħar u programm multiannwali għall-intrapriża u l-intrapriniżmu. Dan għandu jinkludi titjieb fl-ambjent tal-kummerċ tal-SMEs, partikolarment fejn l-aċċess għall-finanzi huwa kkonċernat.

- Tallinja id-definizzjoni ta' SME mad-definizzjoni ta' l-UE.

Edukazzjoni, taħrig u żgħażagħ

- Tieħu miżuri xierqa biex twaqqaf korp li kapaċi jwettaq id-dmirijiet ta' aġenzija nazzjonali kif ukoll il-mekkaniżmi neċessarji kollha għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni finanzjarja soda tal-programmi Socrates, Leonardo da Vinci u Youth.

Telekomunikazzjonijiet u teknoloġija informattika

- Tadotta regolamenti fl-oqsma ta' linji ta' kera, protezzjoni ta' data fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, interkonnesjoni u s-servizzi universali, selezzjoni ta' trasportaturi u portabbilità tan-numri.

- Tassigura l-implimentazzjoni effettiva ta' leġislazzjoni ta' tariffi u liċenzar.

- Tipprepara skeda għat-trasposizzjoni ta' l-acquis il-ġdid ta' l-2002.

- Ssaħħaħ il-bini ta' kapaċitajiet u il-poteri ta' l-infurzar powers ta' l-awtorità regolamentari.

- Tibda l-allinjament ma' l-acquis fuq is-servizzi postali.

Il-politika tal-kultura u l-awdioviżwal

- Tibda l-allinjament tal-leġislazzjoni fl-oqsma tal-politika awdjoviżwali, partikolarment fir-rigward ta' televiżjoni-mingħajr-fruntieri u tassigura l-implimentazzjoni effettiva, prevista u trasparenti tal-kwadru regolamentari ġdid.

Il-politika reġjonali u il-kordinazzjoni ta'l-Istrumenti Strutturali

- Tibda tiżviluppa politika nazzjonali għall-koeżjoni ekonomika u soċjali mmirata lejn it-tnaqqis ta' disparitajiet reġjonlai permezz ta'pjan ta' żvilupp nazzjonali, u it-twaqqif tal-pjanijiet ta' żvilupp reġjonali fuq livell ta'NUTS 2.

- Tadotta kwadru leġislattiv li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' l-acquis skond dan il-Kapitolu.

- Tistabbilixxi proċeduri ta' budget pluriannwali li juri il-kriterji ta' prijorità għall-investiment pubbliku f'dawn ir-reġjuni.

- Ssaħħaħ l-istrutturi amministrattivi għall-immaniġjar ta' l-iżvilupp reġjonali.

Ambjent

- Tadotta programm għat-trasposizzjoni ta' l-acquis.

- Tiżviluppa pjan ta' investment finanzjarju, ibbażat fuq stimi ta' infiq ta' l-allinjament u sorsi realistiċi għall-finanzi pubbliċi u privati.

- Tibda tittrasposizza u timplimenta l-acquis relatat mal-kwadru tal-leġislazzjoni, konvenzjonijiet internazzjonali ta' l-ambjent, leġislazzjoni fuq il-protezzjoni tan-natura, kwalità ta' l-ilma, kontroll għal prevenzjoni tat-tniġġis integrat u mmaniġġjar ta' l-iskart.

- Timplimenta u tinforza id-Direttiva dwar l-istudju dwar l-impatt fuq l-ambjent.

- Tinsegwi l-iżvilupp ta' koperazzjoni ta' l–ilma tat-transkonfini, skond id-Direttiva tal-kwadru ta' l-ilma u il-konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom mil-Komunità hija parti.

Protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa

- Tallinja iktar il-leġislazzjoni ma' l-acquis u tiżviluppa infrastruttura għall-implimentazzjoni effettiva, partikolarment fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq.

- Tiżviluppa iktar sistemi għan-notifika ta' prodotti perikolużi fuq

- livell nazzjonali u tesplojtja il-possibilitajiet li tiskambja dawn in-notifiki fuq livell internazzjonali permezz ta' Trapex jew sistemi oħra relevanti.

Koperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-intern

- Tirrinforza il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, tinnegozja u tikkonkludi mill-iktar fis possibbli ftehim ta' ammissjoni mill-ġdid mal-Komunità Ewropea.

- Tkompli ssaħħaħ il-ġlieda kontra il-kriminalità organizzata, id-drogi, it-traffikar ta' persuni, frodi, korruzzjoni u ħasil ta' flus, partikolarment permezz ta' l-allinjament leġislattiv, ittejjeb il-kapaċità amministrattiva u l-koperazzjoni msaħħa bejn korpi different li jinfurzaw il-liġi, skond ma' l-i standards ta' l-UE.

- Tiżviluppa iktar u ssaħħaħ l-istituzzjonijiet relevanti, bil-ħsieb partikolarment biex tassigura l-responsabbilità tal-pulizija. Ittejjeb il-koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kollha li jinfurzaw il-liġi, inkluż il-ġudikattura.

- Ittejjeb il-kapaċità ta' l-amministrazzjoni pubblika biex tiżviluppa amministrazzjoni effettiva tal-fruntieri, inkluż l-iskoperta ta' dokumenti ffalsifikati, skond l-acquis u l-aħjar prattiċi bil-ħsieb li tipprevjeni u tiġġieled l-immigrazzjoni illegali.

- Ssaħħaħ l-isforzi biex tiżviluppa programmi ta' informazzjoni u kuxjenza fuq il-leġislazzjoni u l-aqwa prattiċi fl-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-ġustizzja u l-intern.

Ġħaqda doganali

- Tallinja l-leġislazzjoni fuq żoni ħielsa u tassigura l-infurzar tal-Kodiċi Doganali ġdid u d-dispożizzjonijiet implimentati tiegħu.

- Ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u operazzjonali ta' l-amministrazzjoni doganali.

- Tassigura l-koperazzjoni amministrattiva sħiħa li tikkonċerna t-tħaris ta' l-acquis u d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1/95 notevolment fl-investigazzjonijiet kontra il-frodi.

- Tassigura li l-monopolji ta' l-Istat ta' karattru kummerċjali, partikolarment għal xarbiet alkoħoliċi, huma aġġustati biex jassiguraw li ebda diskriminazzjoni fil-kummerċ tal-merkanzija bejn it-Turkija u l-Istati Membri ta' l-UE.

- Tibda ċirku ġdid ta' negozjati fuq servizzi u akkwist pubbliċi.

- Parallel ma' l-allinjament tal-politika kummerċjali ma' dik tal-Komunità, tallinja regoli ta' oriġini ma' dawk tar-reġim preferenzali tal-Komunità, inkluż il-GSP.

Relazzjonijiet esterni

- Tkompli l-allinjament mal-politika kummerċjail komuni tal-Komunità, billi tallinja mar-reġim preferenzali tal-Komunità inkluż il-GSP.

- Tkompli bl-isforzi biex tikkonkludi ftehim għall-kummerċ ħieles li għadhom pendenti ma' Pajjiżi terzi kif maħsub minn qabel skond id-Deċiżjoni ta' l-għaqda doganali.

Il-kontroll finanzjarju

- Tadotta leġislazzjoni fuq il-kontroll finanzjarju pubbliku intern skond il-prattiċi ta' l-UE u l-kontroll miftiehem internazzjonalment u l-i standards tal-verifika u tassigura l-implimentazzjoni effettiva tagħha.

- Ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għat-trattament ta' irregolaritajiet u każi ta' suspett ta' frodi li taffetwa l-assistenza tal-qabel l-adeżjoni, inkluż il-komunikazzjoni effettiva ta' l-irregolaritajiet lil Kummissjoni.

Disposizzjoniiet finanzjarji u dwar il-budget

- Tistabbilixxi sistemà ta' implimentazzjoni deċentralizzata għall-amministrazzjoni tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni tal-Komunità,

- Tapplika l-istruttura ġdida tal-kodiċi tal-budget ippubblikata mill-Ministeru tal-Finanzi lil entitajiet pubbliċi kollha, inklużi stimi, stimi ekstra u fondi li jduru, għall-budget ta' l-2004.

Żmien ta' tul medju

Kriterji ekonomika

- Tlesti l-proċess ta' privatizzazzjoni.

- Tlesti r-riforma ta' settur finanzjarju u tkompli r-riforma tas-settur ta' l-agrikoltura.

- Tassigura s-sostenibilità tas-sistemà tal-pensjonijiet u sigurtà soċjali.

- Tassigura t-titjieb tal-livell ġenerali ta' l-edukazzjoni u s-saħħa, billi tati kas partikolarment għall-ġenerazzjoni żagħzugħa u r-reġjuni żvantaġġati.

L-abilità li tassumi l-obbligazzjonijiet tas-sħubija

Il-Moviment liberu tal-merkanzija

- Tkompli l-allinjament ma' l-acquis; tlesti it-tisħiħ taċ-ċertifikazzjoni eżistenti, sorveljanza tas-suq u strutturi ta' stimi ta' konformità.

- Tassigura l-ħidma kif suppost ta' l-awtorità ta' l-akkwisti pubbliċi

- Tassigura l-implimentazzjoni effettiva u l-kontroll fuq ir-reġim ta' akkwisti pubbliċi skond l-acquis.

Il-Moviment liberu tal-persuni

- Tilħaq l-allinjament ma' l-acquis fir-rigward tar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali.

Il-Moviment liberu tal-kapital

- Tneħħi r-restrizzjonijiet kollha li jaffetwaw l-akkwist ta' propjetà ġewwa t-Turkija miċ-ċittadini ta' l-UE u persuni legali.

Libertà li jiġu provduti servizzi

- Tlesti u timplimenta l-leġislazzjoni allinjata ma' dawm l-arei u tneħħi l-ostakoli kollha għad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi.

- Tassigura l-applikazzjoni effettiva tal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali.

Liġi tal-Kumpaniji

- Tassigura l-applikazzjoni effetiva tal-leġislazzjoni allinjata tal-propjetà intelletwali u industrijali permezz tat-tisħiħ ta' l-istrutturi u l-mekkaniżmi ta' l-infurzar, inkluż il-ġudikkatura.

Agrikoltura

- Tlesti it-twaqqif ta' sistemà integrata ta' amministrazzjoni u kontroll.

- Twaqqaf l-istrutturi amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika ta' l-iżvilupp rural tal-KE u l-istrateġija tal-forestrija.

- Tadotta l-bażi legali, strutturi amministrattivi u mekkaniżmi ta' implimentazzjoni għat-twaqqif ta' organizzazzjonijiet tas-suq komuni u monitoraġġ effettiv tas-swieq ta' l-agrikoltura.

- Tagħti pjan u kalendarju għat-titjieb ta' sistemà ta' postijiet għall-ispezzjoni tal-fruntieri ma' pajjiżi terzi skond ma' l-acquis.

- Tirriorganizza u ssaħħaħ is-sistemà ta' sigurezza ta' l-ikel u kontroll u tgħolli l-livell tar-riżorsi umani,tekniċi u finanzjarji tagħha biex tassigura li l-i standrads tas-sigurezza ta' l-ikel tal-Komunità jiġu mħarsa.

- Tistabbilixxi pjan ta' titjieb ma' kalendarji biex timmoderniza postijiet li jipproċessaw l-ikel biex jilħqu l-i standards ta' l-iġjene u saħħa pubblika tal-Komunità, u iktar twaqqif ta' faċilitajiet ta' dijanjosi u ittestjar.

Sajd

- Tirriorganizza u ssaħħaħ il-kapaċitajiet istituzzjonali ta' l-amministrazzjoni tas-sajd; tallinja l-immaniġjar tas-sajd, kontroll, marketing u aġġustar strutturali tal-prattiċi għall-acquis; tiżviluppa u timplimenta reġistrazzjoni kompjuterizzata tal-vapuri tas-sajd u sistemà ta' informazzjoni statistika li tħares l-acquis.

Trasport

- Tlesti l-allinjament fuq il-leġislazzjoni tat-trasport stradali (aċċess għas-suq, sigurtà fit-triq kif ukoll regoli soċjail,fiskali u tekniċi), ferroviji u transport ta' l-ajru (partikolarment sigurtà fl-ajru u mmaniġjar ta' traffiku ta' l-ajru).

- Tassigura l-implimentazzjoni effetiva u l-infurzar tal-leġislazzjoni tat-Trasport, partikolarment fir-rigward tas-sigurtà marittima, transport stradali kif ukoll transport ta' l-ajru.

- Tlesti l-allinjament mal-leġislazzjoni marittima ta' l-UE ġewwa arei ta' sigurtà u mhux ta' sigurtà; ittejjeb is-sigurtà marittima, partikolarment ittejjeb il-prestazzjoni ta' l-istituzzjonijiet tas-sigurtà marittima, l-ewwel, bħala flag State,imbad bħala port State, u tiggarantixxi l-indipendenza tagħhom.

- Timplimenta programm ta' adattament għall-flotta tat-trasport Torka, partikolarment transport marittimu u stradali għan-normi tekniċi tal-Komunità.

- Tadotta programm bil-ħsieb li tidentifika il-bżonnijiet ta' l-infrasstruttura ewlenija tat-trasport ġewwa it-Turkija u proġetti ta'networks ta' trapsort, b'koerenza mal-linji gwida tal-Komunità Ewropea TEN-Trasport.

Tassazzjoni

- Tlesti l-allinjament tal-leġislazzjoni tat-taxxa ma' l-acquis ta' l-UE b'rigward partikolari għat-taxxa tal-VAT u tas-sisa.

- Tkompli ssaħħaħ u timmodernizza l-amministrazzjoni tat-taxxa sabiex iżżid l-ħarsien u it-titjieb tal-ġbir tad-dħul mit-taxxi.

L-Unjoni Ekonomika u Monetarja

- Tallinja l-leġislazzjoni bid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis li jirrigwardaw l-indipendenza tal-bank ċentrali, il-projbizzjoni ta' aċċess privileġġat lil awtoritajiet tas-setur pubbliku għall-istituzzjonijiet finanzjarji u il-projbizzjoni ta' finanzjament dirett tas-settur pubblikku.

- Għal kollox tarmonizza l-istatistiċi finanzjajri tal-Gvern mal-ħtieġijiet ta' l-ESA 95.

Statistiċi

- Iġġib ir-reġistri tal-kummerċ skond l-i standards ta' l-UE.

- Tallinja iktar l-istatistiċi makroekonomiċi ma' l-acquis, partikolarment fir-rigward ta' l-estimi tal-prodott gross domestiku, indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur armonizzati, indikaturi ta' skadenza qasira, bilanċ tal-pagamenti, statistiċi soċjali.

Il-Politika Soċjali u l-impjiegi

- Titrasposizzjona u timplimenta l-leġislazzjoni ta' l-UE fl-oqsma tal-liġi tax-xogħol, trattament ugwali għan-nisa u l-irġiel, saħħa u sigurtà fil-post tax-xogħol, is-saħħa pubblika inkluż is-sistemà ta' sorveljanza u kontroll ta'mard kommunikabbli u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni; ssaħħaħ l-istrutturi amministrattivi u infurzar relatati, inklużi l-ispettorat tax-xogħol.

- Tieħu miżuri biex tippromwovi l-aċċess għal u l-kwalità ta' kura ta' saħħa u biex tippromwovi stat ta' saħħa tal-popolazzjoni.

- Tassigura l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' l-acquis dwar il-politika soċjali u l-impjiegi.

- Tipprepara strateġija nazzjonali għall-impjiegi bil-ħsieb li iktar tard tipparteċipa fl-istrateġja ta' l-impjiegi Ewropea, inkluż il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' reviżjoni tal-politika ta' l-impjiegi konġunta u tiżviluppa kapaċità biex issegwi is-suq tax-xogħol u l-iżviluppi soċjali.

- Tippreppara strateġija nazzjonali fuq l-inklużjoni soċjali, inkluż il-ġbir ta' informazzjoni, skond mal-prattiċi ta' l-UE.

- Tiżviluppa iktar il-protezzjoni soċjali, notevolment billi tikkonsolida ir-riforma tas-sistemà tas-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet bil-ħsieb li tagħmila finanzjarjament sostenibbli, filwaqt li ssaħħaħ x-xibka tas-sigurtà soċjali.

Enerġija

- Tirristruttura l-utilitajiet ta' l-enerġija u tiftaħ is-swieq ta' l-enerġija b'konformità ma' l-acquis; ssaħħaħ iktar l-istrutturi amministrattivi u regolamentari.

- Tneħħi r-restrizzjonijiet ta' kummerċ mingħajr fruntieri fl-enerġija.

- Tlesti l-allinjament tal-leġislazzjoni nazzjonali ma' l-acquis.

- Tippromwovi l-implimentazzjoni ta' proġetti fit-Turkija imniżżla bħala proġetti ta' interess komuni fil-linji gwida tal-Komunità Ewropea TEN-enerġija.

Intrapriżi ta' daqs żgħir u medju

- Tkompli tissimplifika l-ambjent tal-kummerċ għall-SMEs.

Telekomunikazzjonijiet u teknoloġija informattika

- Tipprepara għall-liberalizzazzjoni sħiħa tas-swieq.

- Tlesti it-trasposizzjoni ta' l-acquis.

- Tadotta politika komprensiva għall-iżvilupp tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika.

Il-politika tal-kultura u l-awdioviżwal

- Tlesti l-allinjament tal-leġislazzjoni ta' l-awdioviżwal u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' l-awtorità regolamentari tat-televiżjoni/radji indipendenti.

Il-politika reġjonali u l-kordinazzjoni ta' l-istrumenti strutturali

- Twaqqaf fergħat reġjonali fil-livell NUTS 2 biex timplimenta l-pjanijiet ta'żvilupp reġjonali.

Ambjent

- Tlesti it-trasposizzjoni ta' l-acquis u ssaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali, amminstrattiva u monitoraġġ biex tassigura l-protezzjoni ta' l-ambjent, inkluż il-ġbir ta' data.

- Tintegra l-prinċipji ta' żvilupp sostenibbli fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki settorjali l-oħra kollha.

Protezzjoni tal-konsumatur u saħħa

- Tlesti l-allinjament leġislattiv ma' l-acquis.

- Tqajjem kuxjenza dwar id-dispożizzjonijiet ġodda fost il-konsumaturi u l-produtturi u tirinforza l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur.

Għaqda doganali

- Tlesti l-allinjament tal-leġislazzjoni partikolarmnet taż-żoni ħielsa, oġġetti li għandhom użu doppju u teknoloġiji, prekursuri u falsifikar u piraterija ta' merkanzija.

- Tassigura l-interkonnettività tas-sistemi ta' teknoloġija informattika (IT) mas-sistemi ta' l-IT tal-Komunità (installazzjoni ta' CCN/CSI, żviluppi meħtieġa għal NCTS, sistemà integrata ta' l-amministrazzjoni tat-tariffi).

Ġustizzja u intern (JHA)

- Ssaħħaħ l-isforzi biex tiżviluppa programm ta' taħriġ sostenibbli fuq l-acquis u l-implimentazzjoni tagħha fl-oqsma ta' JHA bil-ħsieb li iżżid il-kapaċità amministrattiva u ittejjeb il-koperazzjoni inter-agenzija

- Tiżviluppa aktar is-sistemà ta' assistenza legali biex tassigura li ċ-ċittadini kollha jgawdu l-aċċess għall-ġustizzja.

- Tadotta l-acquis fl-oqsma tal-protezzjoni ta' data u l-iskambju ta' data personali għall-iskopijiet ta' l-infurzar tal-liġi u toħloq kappaċità istituzzjonali għall-implimentazzjoni tagħha inkluż il-ħolqien ta' awtorità ta'spezzjoni indipendenti sabiex tkun tista' tipparteċipa bi sħiħ fis-sistemà ta' informazzjoni Schengen u fil-Europol.

- Issegwi l-allinjament tal-leġislazzjoni u l-prattiċi tal-viża ma' l-acquis.

- Tadotta u timplimenta l-acquis u l-aħjar prattiċi ta' migrazzjoni (ammissjoni, ammisjoni mill-ġdid, espulsjoni) bil-ħsieb li tipprevjeni l-immigrazzjoni illegali.

- Tkompli l-allinjament ma' l-acquis u l-aħjar prattiċi li jikkonċernaw l-amministrazzjoni tal-fruntieri sabiex tipprepara l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-acquis Schengen.

- Tibda bl-allinjament ta' l-acquis fl-oqsma ta' l-asil inkluż it-tneħħija ta' riservi ġeografiċi għall-Konvenzjoni ta' Geneva ta' l-1951; ssaħħaħ is-sistemà tas-smigħ u determinazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-ażil; tiżviluppa faċilitajiet ta' l-akkomodazzjoni u appoġġ soċjali għar-refuġjati u minn ifittex l-asil,

- Tadotta u timplimenta l-acquis fl-oqsma tal-liġi għall-protezzjoni ta' l-ewro u ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità, korruzzjoni, il-ġlieda kontra d-droga, kriminalità organnizzata, ħasil ta' flus u koperazzjoni ġuidizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u ċivili; iżżid iktar il-kapaċità amministrattiva, koperazzjoni bejn l-korpi differenti ta' l-infurzar tal-liġi u tintensifika l-koperazzjoni internazzjonali f'dawn l-oqsma.

- Tiżviluppa u tibda timplimenta l-istrateġija nazzjonali tad-droga skond ma' l-istrateġija tad-drogi u l-pjan ta' azzjoni ta' l-UE.

Il-kontroll finanzjarju

- Tipprepara għan-nominazzjoni ta'servizz operazzjonali indipendenti tal-kordinazzjoni kontra l-frodi responsabbli għall-kordinazzjoni ta' l-aspetti leġislattivi, amministrattivi u operazzjonali tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet.

- Tadotta leġislazzjoni ġdida biex tirriforma l-ħidma tal-verifika esterna skond ir-regoli Intosai, biex tassigura l-indipendenza tal-Qorti tal-Kontijiet, biex tħassar il-ħidmiet ta' kontroll ex ante tal-Qorti Torka tal-kontijiet, u biex tiżviluppa l-mekkaniżmi ta' sistemi bażi u verifika tal-prestazzjoni.

Disposizzjoniiet finanzjarji u dwar il-budget

- Ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-ġbir ta' VAT u dazji doganali u tistabbilixxi strumenti effettivi biex tiġġieled il-frodi.

- Tistabbilixxi unità ta' kordinazzjoni responsabbli għal preparazzjoni amministrattiva relatati ma' sistemi ta' riżorsi proprji.

5. IL-PROGRAMMAZZJONI

Assistenza finanzjarja għall-prijoritajiet identifikati fil-Partnership ta' l-Adeżjoni ser jiġu magħmula għad-dispożizzjoni permezz ta' deċizjonijiet finanzjarjri ta' kull sena meħudin mill-Kummissjoni, wara il-proċeduri mfassla ġewwa l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2500/2001 fuq assistenza finanzjarj ta' qabel l-adeżjoni għat-Turkija (ĠU L 342, tas-27.12.2001, S. 1). Id-deċizjonijiet finanzjarji ser jiġu segwieti mill-Memorandum Finanzjarju ffirmat mit-Turkija.

Waqt il-perjodu 2003 sa 2006, l-assistenza finanzjarja ta' qabel l-adeżjoni ser tiffoka fuq żewġ prijoritajiet ewlenin, bini ta' istituzzjoni u investiment. Il-bini ta' istituzzjonijiet huwa il-proċess li jgħin lil pajjizi kandidati biex jiżvillupaw l-istrutturi, strateġiji, riżorsi umani u kapaċitajiet amministrattivi meħtieġa biex ssaħħaħ il-kapaċità ekonomika, socjali, regolamentari u amministrattiva. L-assistenza ta' qabel l-adeżjoni ser tikkontribuxxi għall-finanzjament ta' bini ta' istituzzjoni tas-setturi kollha. Madwar 30 % tar-riżorsi għad-dispożizzjoni ser jiġu allokati għal dan l-iskop u huma assenjati prinċipalment u implimentati ma' l-Istati Membri permezz ta' l-istrument ta' "ġemellaġġ".

It-tieni prijorità, "investiment" ser jiġu żewġ forom:

- Investiment biex tistabbilixxi jew biex ssaħħaħ l-infrastruttura regolamentari meħtieġa (korpi ta' l-implimentazzjoni; kapaċitajiet ta' infurzar u spezzjoni) biex tassigura li l-acquis jiġi mħares u investimenti diretti relatati ma' l-acquis,

- Investiment b'koeżjoni ekonomika u soċjali, li tieħu qies ta' l-importanza ta'disparitajiet reġjonali bejn it-reġjuni Torok kif ukoll il-qasma bejn dħul nazzjonali tat-Turkija u l-medja ta' l-UE. Dan ser jippromwovi l-ħidma ta' l-ekonomija tas-suq u l-kapaċità biex tlaħħaq mal-pressjonijiet kompetittivi u l-forzi tas-suq ġewwa l-UE.

Madwar 70 % tar-riżorsi ser jiġu allokati għall-investiment. Koperazzjoni mingħajr fruntieri, speċjalment fil-fruntieri esterni preżenti ta' l-UE kif ukoll bejn pajjiżi kandidati li qedgħin ħdejn xulxin, hija importanti biex tikkontribuxxi għal iżvilupp ekonomiku fir-reġjun tal-fruntieri ta' dawn il-pajjiżi. Bħala parti mill-investiment fil-koeżjoni ekonomika u soċjali, sforzi ser jiġu magħmula biex tippromwovi l-parteċipazzjoni tat-Turkija f'attivitajiet mingħajr fruntieri biex tassigura konsistenza ma' l-approċċ Interreg fuq il-fruntieri tat-Turkija ma' l-UE.

Mill-2000, il-Kummissjoni pprovdiet medja ta' assitenza annwali lit-Turkija ta' 177 miljun EWRO. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen irrakkomandaw li dan l-ammont jiġi sostanzjalment miżjud mill-2004. Il-karta dwar l-istrateġija tal-Kummissjoni "Lejn it-Tkabbir ta' l-Unjoni" tistenna mill-inqas l-irduppjar ta' dan il-livell ta' assistenza sa 2006.

5.1. IR-RWOL TA' L-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI

It-Turkija hija benefiċjarju ewlieni ta' l-assistenza mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment (EIB). Il-pajjiż jista' jibbenenfika minn sa ħames mandati u faċilitajiet differenti: il-mandat ta' self tal-EuroMed II għal pajjiżi Mediterranji, l-faċilità tal-Partnership Mediterranja, l-mandat ta' azzjoni speċjali għat-Turkija, l-faċilità ta' assistenza għar-rikostruzzjoni u rijabilitazzjoni ta' terremoti għat-Turkija u il-faċilità ta' qabel l-adeżjoni. Fit-total, it-Turkija rċeviet self finanzjarju li jiswa 445 miljun EWRO mill-1992 sa 1999. Dan ġie miżjud dramatikalment u fuq il-perjodu 2000 sa 2002 is-self mill-EIB għal proġetti fit-Turkija ittotalizza 1500 miljun EWRO.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Torok fittxew ukoll grad għoli ta' komplimentarità bejn il-programm ta' assistenza finanzjarja ta' qabel l-adeżjoni u il-programmi ta' riforma kontinwi li huma sostenuti mill-istitutzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, partikolarment il-Bank Dinji, f'oqsma bħal l-edukazzjoni, riforma regolamentari u akkwisti pubbliċi.

6. KONDIZZJONALITÀ

L-assistenza tal-Komunità għal finanzjament ta' proġetti permezz ta' strumenti ta' qabel l-adeżjoni hija kkondizzjonata fuq ir-rispett tat-Turkija lejn l-impenji skond il-Ftehim KE-Turkija, inklużi id-Deċiżjoni tal-Għaqda doganali 1/95 u deċiżjonijiet oħra, passi aktar konkreti biex tissodisfa effettivament l-kriterji ta' Copenhagen u partikolarment l-progress biex tilħaq il-prijoritajiet ta' din l-Partnership ta' l-Adeżjoni riveduta. In-nuqqas ta' rispett lejn dawn il-kondizzjonijiet ġeneral jista' jwassal għal deċiżjoni mill-Kunsill fuq is-sospensjoni ta' l-assitenza finanzjarja fuq il-bażi ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2500/2001. Kondizzjonijiet speċifiċi huma ukoll inklużi fil-programmi individuali ta' kull sena.

7. MONITORAĠĠ

L-implimentazzjoni ta' l-Partnership ta' l-Adeżjoni hija segwieta fil-kwadru tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni. Is-sottokumitati tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni jipprovdu l-possibbilità ta' reviżjoni ta' l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Partnership ta' l-Adeżjoni kif ukoll il-progressfir-rigward ta' l-approssimazzjoni legali, implimentazzjoni u infurzar. Il-Kumitat ta' l-Assoċjazzjoni jiddiskuti l-iżviluppi kollha, il-progress u il-problemi li tilħaq il-prijoritajiet the Partnership ta' l-Adeżjoni's kif ukoll fi kwistjonijiet speċifiċi irreferuti għalihom mis-sottokumitati.

Il-monitoraġġ tal-programm ta' assistenza finanzjarja ta' qabel l-adeżjoni għandu jiġi magħmul konġuntement mit-Turkija u l-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Monitoraġġ. Sabiex tiġi żgurata l-effettivita tal-monitoraġġ, il-proġetti li qed jiġu mgħotija fondi taħt kull Memorandum Finanzjarju għandhom jinkorporaw indikaturi ta' suċċessi verifikabbli u li jittkejjlu. Monitoraġġ ibbażat fuq dawn l-indikaturi ser jassisti l-Kummissjoni, il-Kumitat Ta' Ġestjoni Phare u t-Turkija biex susegwentement jorjentaw mill-ġdid il-programmi fejn neċessarju u fid-disinn tal-programmi ġodda.

Il-Kumitat Ta' Ġestjoni Phare jassigura li l-azzjonijiet iffinanzjati skond il-programm ta' qabel l-adeżjoni huma kompatibbli ma' xulxin kif ukoll mal-Partnership ta' l-Adeżjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2500/2001.

Il-Partnership ta' l-Adeżjoni ser tkompli tiġi emendata kif neċessarju skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 622/98 (ĠU L 85, ta' l-20.3.1998, p. 1).

--------------------------------------------------

Top