Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0287

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' April 2003 li tistabilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz ta' l-akkommodazzjoni turistika (innotifikata fid-dokument numru C(2003) 235) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 102, 24.4.2003, p. 82–97 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/07/2009; Imħassar b' 32009D0578

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/287/oj

    32003D0287



    Official Journal L 102 , 24/04/2003 P. 0082 - 0097


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta' l-14 ta' April 2003

    li tistabilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz ta' l-akkommodazzjoni turistika

    (innotifikata fid-dokument numru C(2003) 235)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2003/287/KE)

    IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWRPOPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema rriveduta ta' l-għotja ta' l-eko-tikketta Komunitarja [1], u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) tiegħu u s-sitt paragrafu tal-punt 2 ta' l-Anness V tiegħu,

    Billi:

    (1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 l-eko-tikketta Komunitarja tista’ tingħata lil prodott li jippossjiedi l-karattersitiċi li jippermettulu li jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib fejn għandhom x'jaqsmu aspetti ambjentali ta' importanza prinċipali.

    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 1980/200 jistabbilixxi illi l-kriterji speċifiċi ta' l-eko-tikketta għandhom jiġu sabbiliti skond il-gruppi tal-prodotti.

    (3) Fil-każ tas-servizz ta' l-akkommondazzjoni turistika, il-kriterji ekoloġiċi għandhom jiġu mqassma fi kriterji mandatorji, li kollha jridu jitħarsu, u kriterji bil-għażla, li numru minnhom biss irid jiġi mħares.

    (4) Rigward il-ħlasijiet li għandhom x'jaqsmu magħhom, għandu jsir tnaqqis kif ipprovdut fir-Regolament (KE) 1980/2000 u l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/728/KE tal-10 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi l-applikazzjoni u l-ħlasijiet annwali għall-eko-tikketta Komunitarja [2].

    (5) Fil-każ tal-mikrointrapriżi u l-barrakki tal-muntanji, huwa xieraq li jsir iktar tnaqqis fil-ħlasijiet sabiex jitqiesu r-riżorsi limitati tagħhom u l-importanza partikolari tagħhom ġewwa dan il-grupp ta' prodotti.

    (6) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma msejsa fuq l-abbozz tal-kriterji żviluppat mill-Bord ta' l-Unjoni Ewropea għall-Ittikkettjar Ekoloġiku stabbilit taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000.

    (7) Il-miżuri provvduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat istitwit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 1980/2000,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Sabiex tiġi mogħtija l-eko-tikketta Komunitarja skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, is-servizz ipprovvdut irid jidħol fil-grupp ta' prodotti "servizz ta' akkommodazzjoni turistika" kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni, u jrid jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi ddikjarati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

    Dawn il-kriterji huma mqassma fi kriterji mandatorji li kollha jridu jitħarsu, u kriterji bil-għażla, li numru minnhom irid jitħares, kif indikat fl-Anness.

    L-Artikolu 2

    Il-grupp tal-prodotti "servizz ta' akkommodazzjoni turistika" għandu jkun jikkomprendi il-provvediment, bi ħlas, ta' akkommondazzjoni mkenna matul il-lejl fi kmamar imgħammra kif xieraq, li mill-inqas tinkludi sodda, offruta bħala s-servizz prinċipali lit-turisti, lill-vjaġġaturi u visitaturi. Il-provvediment ta' akkommonazzjoni mkenna matul il-lejl tista’ tinkludi l-provvediment tas-servizzi ta' l-ikel, attivitajiet ta' fitness u/jew spazji ħodor.

    L-Artikolu 3

    1. L-applikazzjoni u l-miżati annwali għandhom jiġu stabbiliti fid-Deċiżjoni 2000/728/KE.

    2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, il-piż ta' l-applikazzjoni għall-mikrointrapriżi u l-barrakki ta' l-injam tal-muntanji għandhom jitnaqqsu b'75 % bl-ebda tnaqqis ieħor possibbli.

    Il-ħlas minimu annwali għandu jkun ta' EUR 1000, u l-volum annwali tal-bejgħ li minn fuqu jiġi kkalkolat il-ħlas, għandu jitnaqqas b'50 %.

    Il-volum annwali tal-bejgħ għandu jiġi kkalkolat billi l-prezz tal-kunsinna jiġi mmoltiplikat bin-numru ta' waqfiet matul il-lejl u l-prodott li jirriżulta jitnaqqas b'50 %. Il-prezz tal-kunsinna għandu jiġi kkalkolat bħala l-piż medju mħallas mill-klijent għal matul lejl, inklużi s-servizzi kollha li ma jintitolawx impost ieħor. Għandu japplika l-ħlas minimu annwali ddikjarat fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2000/728/KE.

    3. Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-mikrointrapriżi huma ddefiniti fir-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE tat-3 ta' April 1996 li tirrigwarda d-definizzjoni ta' l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju [3] u l-emendi sossegwenti tagħha, u barrakki ta' l-injam tal-muntanji għandhom ifissru akkommodazzjoni turistika xierqa sabiex toffri waqfa mkenna matul il-lejl f'żoni muntanjużi iżolati lix-xabbaturi tal-muntanji u lil dawk li jagħmlu l-mixjiet.

    L-Artikolu 4

    Għall-għanijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti "servizz ta' akkommondazzjoni turistika" għandu jkun "25".

    L-Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Mejju 2003 sat-30 ta' April 2007. Jekk fit-30 ta' April 2007 ma jkunux ġew adottati l-kriterji rriveduti, din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' April 2008.

    L-Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' April 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Margot Wallström

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 1

    [2] ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 18.

    [3] ĠU L 107, tat-30.4.1996, p. 4.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    IL-QAFAS

    Il-miri tal-kriterji

    Il-kriterji jimmiraw li jillimitaw l-impatti prinċipali ambjentali mit-tliet fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja tas-servizz (ix-xiri, il-provvediment tas-servizz, l-iskart). B'mod partikolari jimmiraw li:

    - jillimtaw il-konsum ta' l-enerġija,

    - jillimtaw il-konsum ta' l-ilma,

    - jillimitaw il-produzzjoni ta' l-iskart,

    - jiffavorixxu l-użu tar-riżorsi li jistgħu jiġġeddu u tas-sustanzi li huma inqas riskjużi għall-ambjent,

    - jippromwovu l-komunikazzjoni u l-edukazzjoni ambjentali.

    Il-ħtiġiet ta' l-istima u l-verifika

    Il-ħtiġiet spċifiċi ta' l-istima u l-verifika huma indikati ġo kull wieħed mill-kriterji.

    Meta xieraq, jistgħu jintużaw metodi u standards oħra għajr dawk indikati għal kull wieħed mill-kriterji jekk l-ekwivalenza tagħhom tiġi aċċettata mill-Korp Kompetenti li jistma l-applikazzjoni.

    Meta l-applikant ikun meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti tat-testijiet, jew xhieda oħra sabiex juri l-konformit mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/i tiegħu, eċċetera, kif xieraq.

    Meta xieraq, il-Korpi Kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazjoni ta' appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

    Il-Korpi Kompetenti huma rrakkommanati li jqisu l-implimentazzjoni ta' skemi kkonoxxuti tal-ġestjoni ambjentali, bħalma huma l-EMAS jew l-OSI 14001, meta jistmaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw it-tħaris tal-kriterji. (

    Nota:

    mhux meħtieġ li jiġu implimentati dawn l-iskemi ta' ġestjoni

    ).

    IL-KRITERJI MANDATORJI

    Iridu jitwettqu l-kriterji kollha f'din it-taqsima.

    L-ENERĠIJA

    1. L-elettriku minn sorsi li jistgħu jiġġeddu

    Mill-inqas 22 % ta' l-elettriku għandu jiġi minn sorsi ta' l-enerġija li jistgħu jiġġeddu, kif iddefinit fid-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar il-promozzjoni ta' l-elettriċit prodotta minn sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu fis-suq intern ta' l-elettriċit [1].

    Dan il-kriterju japplika biss għall-akkommodazzjoni turistika li għandha aċċess għal suq li joffri l-enerġija ġġenerata minn sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jforni dikjarazzjoni minn għand il-fornitur ta' l-enerġija (jew kuntratt miegħu) li tindika/jindika n-natura tas-sors/i ta' l-enerġija li jiġġedded/jiġġeddu, il-perċentwal ta' l-elettriku fornit li jkun ġej minn sors li jiġġedded, u indikazzjoni tal-perċentwal massimu li jista’ jiġi fornit. Skond id-Direttiva 2002/77/KE, is-sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu għandhom ifissru s-sorsi li jiġġeddu ta' l-enerġija mhux fossili (mir-riħ, mix-xemx, mill-mewġa ġeotermali, mill-frugħ u l-mili tal-baħar, mill-enerġija ta' l-ilma, mill-bijomassa, mill-gassijiet tal-barrieri miżbla, mill-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ u mill-bijogassijiet).

    2. Il-faħam u ż-żjut tqal

    Ma għandhom jiġu wżati bħala sors ta' l-enerġija l-ebda żjut li jkun fihom kontenut tal-kubrit ogħla minn 0,2 % u l-ebda faħam.

    Dan il-kriterju japplika biss għall-akkommodazzjoni turisika li għandha sistema indipendenti tas-sħana.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, fejn jindika n-natura tas-sorsi ta' l-enerġija wżati.

    3. L-elettriku għas-sħana

    Mill-inqas 22 % ta' l-elettriku wżat għas-sħana tal-kmamar u għall-misħun sanitarju għandhom ikunu minn sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu, kif iddefinit fid-Direttiva 2001/77/KE.

    Dan il-kriterju japplika biss għall-akkommodazzjoni turistika li għandha sistema indipendenti tas-sħana u għandha aċċess għal suq li joffri l-enerġija ġġenerata minn sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju fejn jindika n-natura u l-ammonti tas-sorsi ta' l-enerġija wżati għas-sħana flimkien ma’ dokumentazzjoni dwar il-bajli (il-ġeneraturi tas-sħana) użati jekk, ikun hemm minnhom.

    4. L-effiċjenza tal-bajli

    L-effiċjenza ta' kull bajla ġdida (ġeneratur tas-sħana) mixtrija matul iż-żmien ta' l-għotja ta' l-eko-tikketta għandha tkun mill-inqas 90 %, kif imkejla skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta' l-effiċjenza għall-bajli l-ġodda ta' l-ilma li jaħdmu bil-karburanti likwidi jew tal-gass [2], jew skond in-normi u r-regolamenti rilevanti għall-prodott għal dawk il-bajli mhux koperti b'din id-Direttiva.

    Il-bajli tal-misħun li jaħdmu bin-nar tal-karburanti likwidi jew tal-gass kif iddefinit fid-Direttiva 92/42/KEE għandhom jikkonformaw ma’ l-i standards ta' l-effiċjenza kif iddikjarati fid-Direttiva.

    L-effiċjenza tal-bajli eskluża mid-Direttiva 92/42/KEE għandha tikkonforma ma’ l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant u mal-leġislazzjoni nazzjonali u lokali dwar l-effiċjenza.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tekniku minn għand dawk responsabbli mill-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tal-bajla li jindika l-effiċjenza. Id-Direttiva 92/41/KE tiddefinixxi l-effiċjenza utli (espressa f’%) bħala l-proporzjon bejn il-ħruġ tas-sħana trasmessa lill-ilma tal-bajla u l-prodott tal-valur kalorifiku nett fi pressa kostanti tal-karburant u l-konsum espress bħala kwantit ta' karburant għal kull unit tal-ħin.

    L-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/42/KEE jeskludi l-bajli li ġejjin: il-bajli tal-misħun kapaċi li jaħdmu bin-nar ta' karburanti differemti inklużi l-karburanti solidi; it-tagħmir għat-tħejjija insantanja tal-misħun; il-bajli ddisinjati sabiex jaħdmu bin-nar minn karburanti li l-proprjetajiet tagħhom jiddifferixxu b'mod apprezzabbli mill-proprjetajiet tal-karburanti likwidi u tal-gass imqegħdin fis-suq b'mod komuni (il-gass ta' l-iskart industrijali, il-bijogass, eċċ.); cookers u t-tagħmir fil-biċċa l-kbira ddisinjati sabiex isaħħnu d-djar li fihom ikunu stallati u, bħala funzjoni sussidjarja, ifornu l-misħun għas-central heating u l-misħun sanitarju.

    5. Il-kondizzjonament ta' l-arja

    Kull sistema ta' kondizzjonament ta' l-arja mixtrija matul il-perjodu taż-żmien ta' l-għoti ta' l-eko-tikketta għandu jkollha mill-inqas l-effiċjenza tal-Klassi B ta' l-enerġija kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE tat-22 ta' Marzu 2002 li timplimenta d-Direttiva 92/75/KEE rigward il-għoti tat-tikketta ta' l-enerġija tal-kondizzjonaturi ta' l-arja [3], jew li jkollha effiċjenza korrispondenti ta' l-enerġija.

    Nota:

    Dan il-kriterju ma japplikax għall-kondizzjonaturi ta' l-arja li huma jew tagħmir li jista’ juża wkoll sorsi oħra ta' l-enerġija, jew għat-tagħmir mill-arja għall-ilma u mill-ilma għall-ilma, jew l-unitajiet bi ħruġ (qawwa tat-tkessiħ) ta' iktar minn 12-il kW.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tekniku minn għand it-tekniċi professjonali responsabbli istallazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tas-sistema tal-kondizzjonament ta' l-arja.

    6. L-iżolazzjoni tat-twieqi

    It-twieqi kollha tal-kmamar għandu jkollhom grad għoli b'mod xieraq ta' iżolazzjoni termali skond il-klima lokali, u għandhom jipprovdu grad xieraq ta' iżolazzjoni mill-ħsejjes.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tiegħu nnifsu jekk suffiċjenti jew dikjarazzjoni minn għand tekniku professjonali li tindika l-konformit ma’ dan il-kriterju.

    7. It-tifi tas-sħana jew tal-kondizzjonament ta' l-arja

    Jekk is-sħana u/jew il-kondizzjonament ta' l-arja ma jintfewx awtomatikament meta jinfetħu t-twieqi, għandu jkun hemm disponibbli tagħrif li jinkiseb b'mod ħafif li jfakkar lill-klijent sabiex jagħlaq it-tieqa/twieqi jekk is-sħana jew il-kondizzjonament ta' l-arja jkunu mqabbda.

    Dan il-kriterju japplika biss għall-akkommodazzjoni turisika li għandha s-sħana u/jew il-kondizzjonament ta' l-arja.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mat-test tat-tagħrif (jekk japplika).

    8. It-tifi tad-dwal

    Jekk ma jkunx hemm swiċċ awtomatiku għat-tifi tad-dawl/dwal fil-kamra, irid ikun disponibbli b'mod ħafif tagħrif lill-klijenti li jitlobhom jitfu d-dwal meta joħorġu mill-kamra.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mal-proċeduri tat-tagħrif.

    9. Bozoz tad-dawl ta' enerġija effiċjenti

    (a) Fi żmien sena mid-data ta' l-applikazzjoni, mill-inqas 60 % tal-bozoz tad-dawl fl-akkommodazzjoni għandu jkollhom effiċjenza ta' l-enerġija tal-Klassi A kif iddefiniti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/11/KE tas-27 ta' Jannar 1998 li implimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward il-għoti tat-tikketta lill-enerġija tal-bozoz tad-dawl tad-djar [4]. Dan ma għandhux japplika għall-bozoz tad-dawl li l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom ma jippermettux lill-bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija.

    (b) Fi żmien sena mid-data ta' l-applikazzjoni, mill-inqas 80 % tal-bozoz tad-dawl li jkunu lokati fejn x'aktarx li jinxtiegħlu għal iktar minn ħames sigħat kuljum għandu jkollhom l-effiċjenza ta' l-enerġija tal-Klassi A kif iddefinit bid-Direttiva 98/11/KE. Dan ma għandux japplika għall-bozoz tad-dawl li l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom ma jippermettux is-sostituzzjoni b'bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit għaż-żewġ partijiet ta' dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni tal-klassi ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija għall-bozoz tad-dawl differenti wżati.

    10. Il-kontroll ta' l-arloġġ li jżomm il-ħin tas-sauna

    L-unitajiet kollha tas-sauna għandu jkollhom il-kontroll ta' arloġġ li jżomm il-ħin.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tekniku minn għand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-istallazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi.

    L-ILMA

    11. Is-sors ta' l-ilma

    L-akkommodazzjoni għandha tiddikjara lill-aworit ta' l-ilma r-rieda tagħha li taqleb għal sors differenti ta' l-ilma (p.e. l-ilma tal-vit, l-ilma tal-wiċċ) jekk l-istudji dwar il-pjan tal-protezzjoni ta' l-ilma lokali juru evidenza ta' impatt ambjentali għoli mill-użu tas-sors korrenti ta' l-ilma.

    Dan il-kriterju japplika biss jekk l-akkommodazzjoni turistika ma tkunx qiegħda tirċievi l-ilma minn pajp tal-mejnijiet.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni bħal ta' hawn fuq, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa li tinkludi r-riżultati ta' l-istudji tal-pjan tal-protezzjoni ta' l-ilma lokali (jekk ikun hemm minnhom), indikazzjoni dwar l-azzjoni meħtieġa li trid tittieħed, u dokumentazzjoni ta' l-azzjonijiet rilevanti meħuda.

    12. Il-pressa ta' l-ilma tal-viti u d-doċoċ

    Il-pressa ta' l-ilma tal-viti u d-doċoċ ma għandhiex taqbeż it-12-il litru kull minuta.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ spjega dwar kif l-akkommondazzjoni twettaq il-kiterju, u d-dokumentazzjoni rilevanti kif xieraq.

    13. It-tifdil ta' l-ilma fil-kamra tal-banju u l-kamar tat-twaletta

    Għandu jkun hemm tagħrif adegwat fil-kamra tal-banju u fil-kmamar tat-twaletta lill-klijenti dwar kif jgħinu lill-akkommodazzjoni tiffranka l-ilma.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mat-tagħrif rilevanti lill-klijent.

    14. Il-kontenituri ta' l-iskart fil-kmamar tat-twaletta

    Kull waħda mill-kmamar tat-twaletta għandu jkollha kontenitur xieraq għall-iskart u l-klijent għandu jiġi mistieden li juża l-kontenitur ta' l-iskart minflok it-toilet għall-iskart xieraq.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni tat-tagħrif lill-klijent.

    15. It-tindif tal-vaski ta' l-urina bil-pressa ta' l-ilma

    Il-vaski ta' l-urina għandu jkollhom tindif bil-pressa awtomatika jew bl-idejn hekk illi mhux iktar minn ħames vaski għandhom jitnaddfu flimkien.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjonif rilevanti dwar il-vaski ta' l-urina stallati.

    16. It-tnixxija

    Il-personal għandu jiġi mħarreġ li jiċċekkja kuljum għal tnixxijiet li jidhru bil-għajn u li jieħu l-azzjoni xierqa kif meħtieġ. Il-klijenti għandom jiġu mistiedna li jgħarrfu lill-personal dwar kull tnixxija.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti dwar is-suġġetti koperti f'dan it-taħriġ, u kopja tat-tagħrif indirizzat lill-klijenti.

    17. Il-bdil tax-xugamani u l-lożor

    Il-klijent għandu jiġi mgħarraf dwar il-politika ambjentali ta' l-akkommodzzoni turistika li biha l-lożor u x-xugamani għandhom jinbidlu fuq it-talba tiegħu jew tagħha, jew fin-nuqqas ta' dan darba fil-ġimgħa għall-akkommodazzjoni ta' klassi baxxa, u darbtejn fil-ġimgħa għall-akkommodazzjoni ta' klassi ogħla.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti dwar kif jiġi mgħarraf il-klijent.

    18. It-tisqija tal-pjanti u l-ġonna

    Il-fjuri u l-ġonna għandhopm normalment jissaqqew qabel l-aqwa tax-xemx jew wara nżulha meta l-kondizzjonijiet reġjonali jew klimatiċi jagħmlu dan xieraq.

    L-istima u l-verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li jħares dan il-kriterju.

    19. It-trattament ta' l-ilma ta' l-iskart

    L-ilma kollu ta' l-iskart għandu jiġi ttrattat.

    Jekk ma tkun possibbli l-ebda għaqda ma’ l-impjant lokali tat-trattament tad-drenaġġ, l-akkommodazzjoni turistika għandu jkollha s-sistema tagħha tat-trattament li tissodisfa l-ħtiġiet tal-leġislazzjoni rilevanti lokali, nazzjonali jew Ewropea.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar il-għaqda ma’ l-impjant lokali tat-trattament tad-drenaġġ jew is-sistema ta' l-akkommodazzjoni nfisha dwar it-trattament ta' l-ilma ta' l-iskart kif xieraq.

    20. Il-pjan ta' l-ilma ta' l-iskart

    L-akkommodazzjoni għandha tistaqsi lill-amministrazzjoni lokali għall-pjan tagħha dwar l-ilma ta' l-iskart u, jekk ikun hemm wieħed, issegwih.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi l-ittra lill-ġestjoni lokali ta' l-ilma dwar l-ilma ta' l-iskart fejn jitlobha l-pjan lokali tad-disinn ta' l-ilma ta' l-iskart u t-tweġiba rċevuta. Jekk ikun hemm pjan, l-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni dwar il-passi meħuda sabiex jiġi segwit.

    ID-DETERĠENTI U D-DIŻINFETTANTI

    21. Id-diżinfettanti

    Id-diżinfettanti għandhom jintużaw biss meta meħtieġ sabiex jikkonformaw mal-ħtiġiet iġjeniċi legali.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni dwar fejn u meta jintużaw id-diżinfettanti.

    22. It-taħriġ tal-personal dwar l-użu tad-deterġenti u d-diżinfettanti

    Il-personal għandu jiġi mħarreġ li ma jaqbiżx l-ammont irrakkommandat tad-deterġent u d-diżinfettant kif indikat fuq il-pakkeġġ.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dettalji tat-taħriġ rilevanti.

    L-ISKART

    23. Is-separazzjoni ta' l-iskart mill-klijenti

    Għandhom jiġu pprovvduti reċipjenti adegwati sabiex jippermettu lill-klijenti li jisseparaw l-iskart skond is-sistemi lokali jew nazzjonali. Tagħrif disponibbli biċ-ċar fil-kmamar għandu jitlob lill-klijenti jisseparaw l-iskart tagħhom.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dettalji tar-reċipjenti u kopja tas-sinjali/tagħrif.

    24. L-iskart riskjuż

    Il-personal għandu jissepara l-iskart riskjuż kif elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li tieħu l-post tad-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' l-iskart skond l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar l-iskart riskjuż [5] u l-emendi sossegwenti tagħha, u għandu jitfittex disponiment xieraq minnu. Dan jinkludi t-toners, il-linka, it-tagħmir tar-refriġerazzjoni, il-batteriji u l-farmaċewtiċi.

    Jekk l-awtorit lokali ma tipprovdix għad-disponiment mill-iskart tar-riskju, l-applikant għandu jipprovdi, kull sena, dikjarazzjoni mill-awtorit lokali illi ma jeżisti l-ebda skart tar-riskju fis-sistema tad-dispoinment minnu fejn ikun jaħdem.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ lista ta' l-iskart riskjuż prodott mill-akkommondazzjoni turistika, u indikazzjoni tal-mezzi li bih jitqandel, jiġi sseparat, miġbur u dispost minnu, inkludi kopji tal-kuntratti rilevanti ma’ partijiet terzi. Meta xieraq, l-applikant għandu jipprovdi kull sena d-dikjarazzjoni korrispondenti minn għand l-awtorit lokali.

    25. Is-separazzjoni ta' l-iskart

    Il-personal għandu jissepara l-iskart f'kategoriji li jkunu jistgħu jitqandu separatament mill-faċilitajiet lokali jew nazzjonali tal-ġestjoni ta' l-iskart. Jekk l-amministrazzjoni lokali ma toffrix il-ġbir separat ta' l-iskart u/jew id-disponiment minnu, l-akkommodazzjoni għandha tiktbilhom fejn turihom ir-rieda tagħha li tissepara l-iskart, u tesprimi t-tħassib tagħha rigward in-nuqqas tal-ġbir separat jew tad-disponiment minnu.

    It-talba lill-awtoritajiet lokali sabiex jipprovdu l-ġbir ta' l-iskart separat u/jew id-disponiment minnu għandha ssir kull sena.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni dwar il-kategoriji differenti ta' l-iskart aċċettati mill-awtoritajiet lokali, u l-proċeduri għall-ġbir, is-separazzjoni, it-tqandil u d-disponiment minn dawn il-ktegoriji ġewwa l-akkommodazzjoni turistika, u/jew il-kuntatti rilevanti ma’ aġenziji privati. Meta xieraq, l-applikant għandu jipprovdi kull sena d-dikarazzjoni korrispondenti lill-awtorit lokali.

    26. It-trasport ta' l-iskart

    Jekk l-awtoritajiet lokali tal-ġestjoni ta' l-iskart ma jiġbrux l-iskart mill-akkommodazzjoni jew minn maġenbha, din ta' l-aħħar għandha tiżgura t-trasport ta' l-iskart tagħha lejn is-sit xieraq, filwaqt li tnaqqas it-trasport kemm jista’ jkun.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni tas-siti xierqa, l-arranġamenti tat-trasport u d-distanzi involuti.

    27. Il-prodotti li jintremew wara l-użu

    Għajr jekk meħtieġ bil-liġi, l-ebda wieħed mill-podotti li jintremew wara l-użi li ġejjin ma għandu jiġi wżat fil-kmamar jew fir-ristoranti:

    - l-oġġetti tat-twaletta "ta’ porzjon ta' darba" jew ta' "użu ta' darba" (bħalma huma x-xampù, is-sapun, il-brieret tad-doċoċ, eċċ.),

    - il-kikkri, il-platti, u l-pożati.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni fejn jintużaw dawn il-prodotti li jistgħu jintremew wara l-użu u l-leġislazzjoni li teħtieġ dan.

    SERVIZZI OĦRA

    28. Il-projbizzjoni tat-tipjip fiż-żoni komuni

    Għandha tkun disponibbli taqsima mingħajr tipjip fiż-żoni komuni.

    L-istima u l-verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li jħares dan il-kriterju.

    29. It-trasport pubbliku

    Għandu jkun disponibbli mingħajr xkiel tagħrif lill-klijenti u lill-personal dwar kif jintlaħqu l-akkommodazzjoni u destinazzjonijiet oħra bit-trasport pubbliku. Meta ma jeżisti l-ebda trasport pubbliku xieraq, għandu xorta waħda jiġi pprovvdut it-tagħrif dwar mezzi oħra tat-trasport preferibbilment ambjentali.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ kopji tal-materjal disponibbli ta' tagħrif.

    IT-TMEXXIJA ĠENERALI

    L-applikanti ma’ Sistema tal-Ġestjoni Ambjentali rreġistrata taħt ir-Regolament ta' l-EMAS jew attestata skond l-OSI 14001 iwettqu awtomatikament il-kriterji ġenerali mandatorji tal-ġestjoni elenkati eżattament hawn taħt. F'dan il-każ, il-mezzi tal-verifika tal-konformit ma’ dawn il-kriterji mandatorji maniġerjali huma r-registrazzjoni ta' l-EMAS jew l-attestat ta' l-OSI 14001.

    30. Il-manutenzjoni u s-servisjar ġenerali

    It-tagħmir kollu wżat sabiex jipprovvdi s-servizz ta' l-akkommodazzjoni turistika għandu jkun isservisjat u mantenut skond il-liġi u meta meħtieġ xorta oħra, u x-xogħol għandu jitwettaq mill-personal ikkwalifikat biss.

    Rigward it-tagħmir inkluż fil-kriterji, il-manager ta' l-akkommodazzjoni għandu jkollu dikjarazzjoni bil-miktub mit-tekniku dwar il-frekwenza li biha l-liġi teħtieġ kontrolli ta' manutenzjoni.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ lista tat-tagħmir u l-persuni/kumpaniji li jwettqu l-manutenzjoni.

    31. Il-manutenzjoni u s-servisjar tal-bajli

    (a) Il-manutenzjoni u s-servisjar tal-bajli għandhom jitwettqu mill-inqas darba fis-sena, jew iktar spiss jekk hekk meħtieġ bil-liġi jew mill-ħtieġa, minn persuni professjonali kkwalifikati kif xieraq, billi jsegwu s-CEI u l-i standards nazzjonali meta dawn japplikaw, jew skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant.

    (b) Għandhom jitwettqu darba fis-sena t-testijiet tal-livelli ta' l-effiċjenza li jridu jintlaħqu, kif iddefiniti bid-Direttiva 92/42/KEE jew fil-leġislazzjoni nazzjonali jew skond l-indikazjonijiet tal-fabbrikant, u li l-emisjonijiet ikunu ġewwa l-limiti legali. Jekk it-testijiet tal-manutenzjoni juru illi ma ġewx sodisfatti l-kondizzjonijiet ta' hawn fuq, għandhom jittieħdu minnufih miżuri korrettivi.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit maż-żewġ partijiet ta' dan il-kriterju, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-bajli u l-programm tal-manutenzjoni tagħhom, u dettalji dwar il-persuni/kumpaniji li jwettqu l-manutenzjoni, u x'jiġi kkontrollat matul il-manutenzjoni.

    32. Il-fissar tal-politika u l-programm ta' azzjoni

    Il-ġestjoni għandu jkollha politika ambjentali u għandha tfassal prospett sempliċi dwar il-politika ambjentali u programm preċiż ta' azzjoni sabiex tiżgura l-applikazzjoni tal-politika ambjentali.

    Il-programm ta' azzjoni għandu jidentifika l-bersalji dwar it-twettiq tax-xogħol ambjentali fejn jirrigwarda l-enerġija, l-ilma, il-kimiċi u l-iskart li għandhom jiġu ffissat kull sentejn, filwaqt li jiqiesu l-kriterji bil-għażla. Għandu jidentifia l-persuna li taġixxi bħala l-manager ambjentali ta' l-akkommodazzjoni u li tkun responsabbli li tieħu kull azzjoni meħtieġa u li tilħaq il-bersalji. Għandhom jiġu mistiedna u jiġu meqjusa l-kummenti u l-ilmenti.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ kopja tal-politika ambjentali, il-prospett tal-politika u l-programm ta' azzjoni u l-proċeduri sabiex iqisu l-input mill-klijenti.

    33. It-taħriġ tal-personal

    L-akkommodazzjoni turistika għndha tipprovdi tagħrif u taħriġ lill-personal inklużi proċeduri bil-miktub jew manwali, sabiex tiżgura l-applikazzjoni tal-miżuri ambjentali u tqajjem il-kuxjenza dwar imġiba li tiffavorixxi l-ambjnet. Għandu jiġi pprovvdut taħriġ adegwat lill-personal il-ġdid kollu fi żmien erba’ ġimgħat mill-bidu ta' l-impjieg u għall-personal kollu mill-inqas darba fis-sena.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dettalji tal-programm tat-taħriġ, il-kontenutr tiegħu, u indikazzjoni dwar liema mill-personal irċieva t-taħriġ, liema taħriġ u meta.

    34. It-tagħrif lill-klijenti

    L-akkommodazzjoni turistika għandha tipprovdi tagħrif lill-klijenti, inklużi lill-parteċipanti fil-konferenzi, dwar il-politika ambjentali tagħha, l-azzjonijiet meħuda u l-eko-tikketta ta' l-UE. It-tagħrif għandu jingħata lill-klijenti b'mod attiv mar-reġistrazzjoni u l-avviżi li jistiednu lill-klijenti jappoġġjaw il-miri ambjentali għandhom ikunu viżibbli għall-klijenti, b'mod speċjali fil-kmamar tagħhom.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ kopji tat-tagħrif u l-avviżi pprovvduti lill-klijenti.

    35. L-informazzjoni dwar il-konsum ta' l-enerġija u ta' l-ilma

    L-akkommodazzjoni turistika għandu jkollha proċeduri għll-ġbir u l-monitoraġġ ta' l-informazzjoni dwar il-konsum ġenerali ta' l-enerġija (kWh), il-konsum ta' l-elettriku (kWh), l-enerġija wżata għas-sħana (kWh), u l-konsum ta' l-ilma (litri).

    L-informazzjoni għandha tinġabar ma’ kull kont irċevut, jew mill-inqas kull tliet xhur, u għandha wkoll tiġi espressa bħala konsum għal-kull waqfa matul il-lejl u għal kull m2 taż-żona fuq ġewwa. L-akkommodazzjoni għandha tirrapporta r-riżultati ta' kull sena lill-Korp Kompetenti li jkun għamel l-istima ta' l-applikazzjoni.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-proċeduri. Ma’ l-applikazzjoni l-applikant għandu jippovdi l-informazzjoni għall-konsum elenkat hawn fuq għal mill-inqas it-tliet xhur ta' qabel (jekk tkun diġa disponibbli), u minn dak in-nhar' il quddiem għandu jipprovdi din l-informazzjoni kull sena għas-sena ta' qabel.

    36. Il-ġbir ta' informazzjoni oħra

    L-akkommodazzjoni turistika għandu jkollha l-proċeduri sabiex tiġbor u timmonitorja l-informazzjoni dwar il-konsum tal-kimiċi (grammi tas-sustanza niexfa) u l-volum ta' l-iskart prodott (litri u/jew kg ta' skart mhux magħżul)

    L-informazzjoni għandha tinġabar mill-inqas kull sitt xhur, u għandha wkoll tiġi espressa bħala konsum jew produzzjoni għal kull waqfa matul il-lejl u għal kull m2 taż-żona fuq ġewwa. L-akkommodazzjoni għandha tirrapporta r-riżultati ta' kull sena lill-korp kompetenti li jkun għamel l-istima ta' l-applikazzjoni.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-proċeduri. Ma’ l-applikazzjoni l-applikant għandu jippovdi l-informazzjoni għall-konsum elenkat hawn fuq għal mill-inqas is-sitt xhur ta' qabel (jekk tkun diġa disponibbli), u minn dak in-nhar' il quddiem għandu jipprovdi din l-informazzjoni kull sena għas-sena ta' qabel. L-applikant għandu jispeċifika s-servizzi offruti u jekk il-ħwejjeġ maħmuġa jitnaddfux fuq il-post.

    37. It-tagħif dwar l-eko-tikketta

    Il-Kaxxa 2 ta' l-eko-tikketta għandu jkun fiha t-test li ġej:

    - il-miżuri meħuda għat-tifdil ta' l-enerġija u ta' l-ilma,

    - il-miżuri meħuda għat-tnaqqsia ta' l-iskart,

    - it-titjib ġenerali ta' l-ambjent.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi kampjun ta' l-appoġġi li fuqhom juża t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju.

    IL-KRITERJI BIL-GĦAŻLA

    Il-ħtiġiet tal-punti miksuba

    Kif indikat fit-titolu ta' kull wieħed mill-kriterji f'din it-taqsima, il-kriterji kollha bil-għażla ġew mogħtija punti mirbuħa. In-numru tal-kriterji mħarsa jrid jikkorrespondi ma’ total ta' 16,5 punti.

    Il-punti kollha meħtieġa għandhom jiġu miżjuda b'punt għal kull waħda mit-tliet faċilitajiet addizzjonali offruti li ġejjin li huma taħt il-ġestjoni jew il-pussess tas-servizz ta' l-akkommodazzjoni turistika: is-servizzi ta' l-ikel, l-attivitajet tal-kondizzjoni tajba tas-saħħa u ż-żoni tal-ħdura.

    Is-servizzi ta' l-ikel jinkludu l-kolazzjon ta' filgħodu. L-attivitajiet tal-kondizzjoni tas-saħħa jinkludu s-saunas, il-pixxini u dawk il-faċilitajiet l-oħra kollha li jkunu jinsabu fl-artijiet ta' l-akkommodazzjoni. Iż-żoni tal-ħdura jinkludu l-parkijiet u l-ġonna miftuħa għall-klijenti.

    L-ENERĠIJA

    38. Il-ġenerazzjoni ta' l-elettriku fotovoltajku u bir-riħ (2 punti)

    L-akkommodazzjoni turistika għandu jkollha ġenerazzjoni elettrika b'sistema fotovoltajka jew bl-enerġija tar-riħ li tissupplixxi jew għad trid tissupplixxi mill-inqas 20 % tal-konsum ġenerali ta' l-elettriku fis-sena.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar is-sistema fotovoltajka jew bil-qawwa tar-riħ u informazzjoni kemm dwar il-potenzjal tagħhom u kemm dwar ir-riżultat attwali.

    39. Is-sħana minn sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu (1,5 punti)

    Mill-inqas 50 % ta' l-enerġija totali wżata sabiex issaħħan jew il-kmamar jew il-misħun sanitarju għandhom jiġu minn sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dkjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma l-informazzjoni dwar l-enerġija kkunsmata fis-sħana tal-kmamar u l-misħun u d-dokumentazzjoni li turi li mill-inqas 50 % ta' din l-enerġija jiġu minn sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu.

    40. L-effiċjenza ta' l-enerġija tal-bajli (punt 1)

    L-akommodazzjoni turistika għandu jkollha bajla ta' erba’ stilel kif iddefinit bl-Artikolu 5 tad-Dirdtiva 92/42/KE.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ rapport mit-tekniċi professjonali responsabbli mill-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tal-bajla.

    41. L-emissjonijiet NOx tal-bajli (1,5 punti)

    Il-bajla għandha tkun tal-klassi 5 tan-norma EN 297 prA3 li tirregola l-emissjonijiet tan-NOx, u għandhja toħroġ inqas minn 70 mg NOx/kWh.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ rapport mit-tekniċi professjonali responsabbli mill-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tal-bajla.

    42. Is-sħana distrettwali (punt 1)

    Is-sħana ta' l-akkommodazzjoni turistika għandha tiġi pprovvduta mis-sħana distretwali.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni li turi l-konnessjoni mas-sħana distrettwali.

    43. Is-sħana u l-enerġija magħquda (1,5 punti)

    L-elettriku kollu u s-sħana kollha ta' l-akkommodazzjoni għandhom jiġu pprovvduti minn impjant li jgħaqqad is-sħana ma’ l-enerġija.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar l-impjant tas-sħana u l-enerġija magħquda.

    44. Il-pompa tas-sħana (1,5 punti)

    L-akkommodazzjoni turistika għandu jkollha pompa tas-sħana li tipprovdi s-sħana u/jew il-kondizzjonament ta' l-arja.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar il-pompa tas-sħana.

    45. L-irkupru tas-sħana (2 punti)

    L-akkommodazzjoni turistika għandu jkollha sistema ta' 1 (punt 1) jew 2 (2 punti) tal-kategoriji li ġejjin: is-sistemi tar-refriġerazzjoni, il-ventilaturi, il-maġni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, il-magni tal-ħasil tal-platti, il-pixxina/i, l-ilma sanitarju ta' l-iskart.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar is-sistemi ta' l-irkupru tas-sħana.

    46. Ir-regolazzjoni termali (1,5 punti)

    It-temperatura f'kull waħda mill-kmamar għandha tkun irregolata b'mod individwali.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar is-sistemi termoregolatorji.

    47. L-iżolazzjoni tal-bini eżistenti (2 punti)

    Il-bini għandu jkollu iżolazzjoni 'l fuq mill-ħtiġiet minimi nazzjonali, hekk illi jiġi żgurat tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' l-enerġija.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju mingħand it-tekniku xieraq ta' l-enerġija,, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar l-iżolazzjoni u l-ħtiġiet minimi nazzjonali.

    48. Il-kondizzjonament ta' l-arja (1,5 punti)

    Is-sistema ta' kondizzjonament ta' l-arja għandu jkollha mill-inqas l-effiċjenza tal-Klassi A ta' l-enerġija kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE tat-22 ta' Marzu 2002 li timplimenta d-Direttiva 92/75/KEE rigward il-għoti tat-tikketta ta' l-enerġija tal-kondizzjonaturi ta' l-arja tad-djar [6], jew li jkollha effiċjenza korrispondenti ta' l-enerġija.

    Dan il-kriterju ma japplikax għall-apparat li jitwaħħal li jista’ juża wkoll sorsi oħra ta' l-enerġija, apparat li jitwaħħal mill-arja għall-ilma jew mill-ilma għall-ilma, jew l-unitajiet bi ħruġ (qawwa tat-tkessih) ta' iktar minn 12-il kW.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tekniku mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-istallazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tas-sistema tal-kondizzjonament ta' l-arja.

    49. It-tifi awtomatiku tal-kondizzjonament ta' l-arja (punt 1)

    Għandu jkun hemm sistema awtomatika li titfi l-kondizzjonament ta' l-arja meta jkunu miftuħa t-twieqi.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tekniku minn għand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-istallazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tas-sistema tal-kondizzjonament ta' l-arja.

    50. L-arkitettura bijoklimatika (2 punti)

    L-akkommodazzjoni turistika għandha tiġi mibnija skond il-prinċipji arkitettoniċi bijoklimatiċi.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa.

    51. Ir-refriġeraturi ta' enerġija effiċjenti (punt 1), il-magni tal-ħasil tal-platti (punt 1), il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ (punt 1) u t-tagħmir ta' l-uffiċċji (punt 1)

    (a) (punt 1): Ir-refriġeraturi kollha tad-dar għandhom ikunu ta' l-effiċjenza tal-Klassi A skond id-Direttiva 94/2/KE tal-21 ta' Jannar 1994 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward il-għoti tat-tikketta ta' l-enerġija tar-refriġeraturi ta' l-elettriku tad-djar, il-freezers u t-tagħqidiet tagħhom [7], u l-frigo-bars u l-mini-bars kollha għandhom ikunu mill-inqas tal-klassi Ċ.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-klassi ta' l-enerġija tar-refriġeraturi u l-frigo-bars u l-mini-bars, filwaqt li jindika lil dawk li għandhom eko-tikketa.

    (b) (1punt): Il-magni kollha tal-ħasil tal-platti tad-dar għandhom ikunu ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija tal-klassi A kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE tas-16 ta' April 1997 li timplimenta d-Direttiva 92/75/KEE rigward il-għoti tat-tikketta ta' l-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti tad-djar [8].

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-klassi ta' l-enerġija tal-magni kollha tal-ħasil tal-platti filwaqt li jindika lil dawk li għandhom eko-tikketa.

    Nota:

    il-magni tal-ħasil tal-platti mhux koperti bid-Direttiva 97/17/KE (p.e. il-magni tal-ħasil tal-platti industrijali) ma għandhomx għalfejn jikkonformaw.

    (ċ) (punt 1): Il-magni kollha tal-ħasil tal-platti tad-dar għandhom ikunu ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija tal-klassi A kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE tat-23 ta' Mejju 1995 li timplimenta d-Direttiva 92/75/KEE rigward il-għoti tat-tikketta ta' l-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti tad-dar [9].

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-klassi ta' l-enerġija tal-magni kollha tal-ħasil tal-platti filwaqt li jindika lil dawk li għandhom eko-tikketta.

    Nota:

    il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ mhux koperti bid-Direttiva 95/12/KE (p.e. il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali) ma għandhomx għalfejn jikkonformaw.

    (d) (punt 1) Mill-inqas 80 % tat-tagħmir ta' l-uffiċċji (PCs, monitors, faxes, printers, scanners, magni tal-fotokopji) għandhom jikkwalifikaw għall-istilla ta' l-enerġija kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar programm Komunitarju ta' l-għoti tat-tikketti ta' effiċjenza fl-enerġija lit-tagħmir ta' l-uffiċċji [10].

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li tindika l-kwalifika għall-istilla ta' l-enerġija tat-tagħmir ta' l-uffiċċji, u/jew li tindika dawn il-kompjuterijiet personali jew portatili li għandhom eko-tikketta.

    52. It-tqegħid tar-refriġeratur fil-post (punt 1)

    Ir-refriġeratur/i tal-kċina għandu/hom ikun/u pposizzjonat/i u rregolat/i skond il-prinċipji li jiffrankaw l-enerġija.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju.

    53. It-tifi awtomatiku tad-dwal fil-kmamar tal-klijenti (punt 1)

    Għandhom jiġu stallati sistemi awtomatiċi tat-tifi tad-dwal meta l-klijenti jħallu l-kmamar tagħhom fi 80 % tal-kmamar tal-klijenti.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tekniku minn għand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-istallazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi.

    54. It-tifi awtomatiku tad-dwal ta' barra (punt 1)

    Id-dwal mhux meħtieġa għandhom jintfew awtomatikament.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tekniku minn għand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-istallazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi.

    L-ILMA

    55. L-użu ta' l-ilma tax-xita (1,5 unti) u l-ilma rriċiklat (1,5 punti)

    (a) (1,5 punti): L-ilma tax-xita għandu jinġabar u jiġi wżat għal għanijiet mhux sanitarji u mhux tax-xorb.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ, u l-assigurazzjonijiet xierqa illi l-provvista ta' l-ilma sanitarju u tax-xorb tinżamm separata għal kollox.

    (b) (1,5 punti): L-ilma rriċiklat għandu jinġabar u jiġi wżat għal għanijiet mhux sanitarji u mhux tax-xorb.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ, u l-assigurazzjonijiet xierqa illi l-provvista ta' l-ilma sanitarju u tax-xorb tinżamm separata għal kollox.

    56. Il-pressa ta' l-ilma mill-viti u mir-rjus tad-doċoċ (1,5 punti)

    Il-pressa medja ta' l-ilma mill-viti u mir-rjus tad-doċoċ ma għandhiex taqbeż it-8,5 litri kull minuta.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ.

    57. Il-flushing tat-toilets (1,5 punti)

    Mill-inqas 80 % tat-toilets għandhom jikkunsmaw sitt itri kull fkushing jew inqas.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ.

    58. Il-konsum ta' l-ilma tal-magni tal-ħsil tal-platti (punt 1)

    Il-konsum ta' l-ilma tal-magna tal-ħasil tal-platti (espress bħala W(imkejjel)) għandu jkun iktar baxx jew egwali għall-għatba kif iddefinita bl-ekwazzjoni ta' hawn taħt bl-użu ta' l-istess metodu tat-test EN 50242 u ċ-ċiklu tal-programm kif magħżul għad-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE:

    W(imkejjel) ≤ = (0,625 x S) + 9,25

    fejn:

    il-W(imkejjel) = il-konsum imkejjel ta' l-ilma tal-magna tal-ħasil tal-platti f'litri għal kull ċiklu, espress sa l-ewwel ċifra deċimali,

    il-S = in-numru applikabbli tas-settijiet standard tal-pożati tal-magna tal-ħasil tal-platti.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tekniku minn għand tekniċi professjonali responsabbli mill-fabbrikazzjoni, il-bejgħ jew il-manutenzjoni tal-magni tal-ħasil tal-platti jew xhieda illi l-magni tal-ħasil tal-platti ġew mogħtija l-eko-tikketta Komunitarja.

    59. Il-konsum ta' l-ilma tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ (punt 1)

    Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ użati mill-akkommodazzjoni jew mis-servizz tagħha tal-ħasil tal-ħwejjeġ għandhom jużaw 12-il litru ilma jew inqas għal kull kg tal-ħasla imkejla skond l-EN 60456:1999, filwat li jużaw l-istess standard taċ-ċiklu ta' 60 °C għall-ħwejjeġ tal-qoton kif magħżul fid-Direttiva 95/12/KE.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tekniku minn għand tekniċi professjonali responsabbli mill-fabbrikazzjoni, il-bejgħ jew il-manutenzjoni tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ jew xhieda illi l-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ ġew mogħtija l-eko-tikketta Komunitarja. Il-binja ta' l-akkommodazzjoni għandha tipprovdi dokumentazzjoni teknika minn għand il-fornitur tas-servizz tal-ħasil tal-ħwejjeġ tagħha illi l-magna tagħha tal-ħasil tal-ħwejjeġ tikkonforma ma’ dan il-kriterju

    60. It-remperatura u l-pressa ta' l-ilma tal-vit (punt 1)

    Mill-inqas 80 % tal-viti ta' l-ilma għandhom jippermettu regolazzjoni preċiża u minnufih tat-temperatura ta' l-ilma u tal-pressa ta' l-ilma.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ.

    61. L-arloġġi tad-doċoċ li jimmarkaw il-ħin (1punt):

    Id-doċoċ fil-kċejjen jew barra għandu jkollhom sistema li twaqqaf il-mixi ta' l-ilma b'mod awtomatiku wara ċertu ħin jew jekk ma jkunux qegħdin jintużaw.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ.

    IL-KIMIĊI TA' RISKJU

    62. Id-deterġenti (sa 4 punti)

    Mill-inqas 80 % fil-piż tad-deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn u/jew id-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti u/jew id-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ u/jew id-deterġenti ta' l-oġġetti tat-tindif ġenerali wżati mill-akkommodazzjoni turistika għandom ikunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta' l-OSI (punt 1 għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta' deterġenti)

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi informazzjoni u dokumenti (inklużi l-fatturi rilevanti) li jindikaw il-kwantitajiet ta' dawn il-prodotti wżati u l-kwantitajiet li għandhom l-eko-tikketta.

    63. Iż-żebgħa u l-verniċijiet fuq ġewwa (punt 1)

    Mill-inqas 50 % taż-żebgħa ta' fuq ġewwa ta' l-akkommodazzjoni turistika għandha tkun saret b'żebgħa u verniċijiet ta' ġewwa mogħtija l-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketti nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta' l-OSI.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi informazzjoni u dokumenti (inklużi l-fatturi rilevanti) li jindikaw il-kwantitajiet ta' dawn il-prodotti wżati u l-kwantitajiet li għandhom l-eko-tikketta.

    64. Id-dożaġġ tad-diżinfettant tal-pixxina (punt 1)

    Il-pixxina għandu jkollha sistema awtomatika tad-dożaġġ li tuża l-ammont minimu ta' diżinfettant għar-riżultat iġjeniku xieraq.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni teknika li tirrigwarda s-sistema awtomatika tad-dożaġġ.

    65. It-tindif mekkaniku (punt 1)

    L-akkommodazzjoni turistika għandu jkolla proċeduri preċiżi sabiex tuża tindif ħieles mill-kimiċi, bħalma huma l-użu tal-prodotti tal-mikro-fibra jew materjali oħra tad-tindif mhux kimiku jew attivitajiet b'effett simili.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ, jekk rilevanti.

    66. Il-ġonna organiċi (punt 1)

    Iż-żoni tal-ħdura għandhom jiġu ġestiti jew mingħajr ebda użu tal-perstiċidi jew skond il-prinċipji tal-biedja organika, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika tal-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [11] u l-emendi sossegwenti tiegħu, jew kif stabbilit fil-liġijiet nazzjonali jew fi skemi organiċi nazzjonali kkonoxxuti.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ, jekk rilevanti.

    L-ISKART

    67. il-għemil tal-kompost (2 punti)

    L-akkommodazzjoni turistika għandha tissepara l-iskart organiku rilevanti (l-iskart tal-ġnien punt 1; l-iskart tal-kċina punt 1) u għandha tiżgura illi jiġi magħmul kompost skond il-linji gwida ta' l-awtorit lokali (p.e. mill-amministrazzjoni, fuq il-post jew minn aġenzija privata).

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ, jekk rilevanti.

    68. Il-laned tax-xorb li jintremew wara l-użu (2 punti)

    Għajr fejn meħtieġa bil-liġi, il-laned tax-xorb li jistgħu jintremew wara l-użu ma għandhomx jiġu offruti fiż-żoni taħt il-pussess jew il-ġestjoni diretta ta' l-akkommodazzjoni.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni li fihom jintużaw dawn il-prodotti li jistgħu jintremew wara l-użu, jekk ikun hemm minnhom, u l-leġislazzjoni li teħtieġ dan.

    69. Il-pakkeġġjar tal-kolazzjon ta' fil-għodu (2 punti)

    Għajr fejn meħtieġa bil-liġi, ma għandhomx jintużaw pakkeġġi b'doża waħda għall-kolazzjon ta' fil-għodu.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ.

    70. Id-disponiment mix-xaħmijiet/żjut (2 punti)

    Għandhom ikunu stallati separaturi tax-xaħmijiet u x-xaħmijiet u ż-żjut tal-qali bil-għads għandhom jiġu miġbura u ddisponuti minnhom.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ.

    71. L-użu tat-tessuti u l-għamara (2 punti)

    L-għamara, it-tessuti u materjal ieħor użati għandhom jinbigħu jew mogħtija għall-karit jew lil assoċjazjonijiet oħra li jiġbru u jqassmu dan il-materjal mill-ġdid.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ minn għand l-assoċjazzjonijiet.

    SERVIZZI OĦRA

    72. Il-komunikazzjoni u l-edukazzjoni ambjentali (1,5 punti)

    L-akkommodazzjoni turistika għandha tipprovdi lill-klijenti avviżi ta' komunikazzjoni u edukazzjoni ambjentali dwar il-miżuri ta' bijodiversit, il-pajżaġġ u l-konservazzjoni tan-natura.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ.

    73. Il-projbizzjoni tat-tipjip fil-kmmar (1 punt)

    It-tipjip ma għandux ikun permess f'mill-inqas 50 % tal-kmamar.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jindika n-numru u n-natura tal-kmamar u għandu jindika f'liema minn dawn ma għandux isir tipjip.

    74. Il-biċikletti (punt 1)

    Għandhom ikunu disponibbli biċikletti għall-klijenti.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju.

    75. Il-fliexken li jistgħu jerġgħu jimtlew (2 punti)

    L-akkommodazzjoni turistika għandha toffri mill-inqas waħda mix-xorbiet li ġejjin fi fliexken li jistgħu jerġgħu jimtlew: ix-xorb mhux alkoliku, l-ilma u l-birra.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ minn għand il-fornituri tal-fliexken,

    76. Il-prodotti tal-karta (sa 2 punti)

    Mill-inqas 50 % tal-karti tat-toilet/sarr u/jew il-karti ta' l-uffiċċju għandhom ikunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja u/jew eko-tikketti nazzjonli jew reġjonali tat-Tip I ta' l-OSI (punt 1 għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta' prodotti tal-karta)

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi informazzjoni u dokumenti (inklużi l-fatturi rilevanti) li jindikaw il-kwantitajiet ta' dawn il-prodotti wżati u l-kwantitajiet li għandhom l-eko-tikketta.

    77. L-oġġetti li jtulu fiż-żmien (sa 3 punti)

    Mill-inqas 10 % ta' kull kategorija ta' oġġetti li jtulu fiż-żmien (bħalma huma l-lożor tas-sodda, ix-xugamani, id-dvalji tal-mejda, il-kompjuterijiet personali, il-kompjuerijiet portatili, it-televiżjonijiet, is-saqqijiet, il-għamara, il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, il-magni tal-ħasil tal-platti, ir-refriġeraturi, il-kisi ta' l-art iebsa, il-bozoz tad-dawl,…) preżenti fl-akkommodazzjoni turistika għandhom ikunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketti oħra nazzjonali jew reġjonli tat-Tip I ta' l-OSI (punt 1 għal kull waħda minn dawn il-kategoriji, sa tliet kategoriji, ta' l-oġġetti li jtulu fiż-żmien).

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi informazzjoni u dokumenti li jindikaw il-kwantitajiet ta' dawn il-prodotti possessi u l-kwantitajiet li għandhom eko-tikketta.

    78. L-ikel organiku (punt 1)

    L-ingredjenti prinċipali ta' mill-inqas żewġ platti ta' l-ikel għandhom ikunu prodotti minn metodi organiċi tal-biedja, kif stabbilit fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ.

    79. Il-prodotti lokali ta' l-ikel (punt 1)

    Għandhom jiġu offruti mill-inqas żewġ prodotti mis-sorsi lokali f'kull ikla, inkluż il-kolazzjon ta' fil-għodu.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta' appoġġ.

    IT-TMEXXIJA ĠENERALI

    80. Ir-reġistrazzjoni ta' l-EMAS (3 punti) jew iċ-ċertifikazzjoni ta' l-OSI (1,5 punti) ta' l-akkommodazzjoni turistika

    L-akkommodazzjoni turistika għandha tkun irreġistrata taħt l-eko-ġestjoni Komunitarja u l-iskema tal-verifika (EMAS) (3 punti) jew iċċertifikata skond l-OSI 14001 (1,5 punti)

    L-istima u l-verifika: L-applikant għndu jipprovdi x-xhieda xierqa tar-reġistrazzjoni fl-EMAS jew l-OSI 14001.

    81. Ir-reġistrazzjoni ta' l-EMAS (1,5 punti) jew iċ-ċertifikazzjoni ta' l-OSI (punt 1) tal-fornituri

    Mill-inqas wieħed mill-fornituri ewliena jew tal-provvedituri tas-servizzi ta' l-akkommodazzjoni turistika għandhom ikunu rreġistrati ma’ l-EMAS (1,5 punti) jew iċċertifikati skond l-OSI 14001 (punt 1).

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi x-xhieda xierqa tar-reġistrazzjoni fl-EMAS jew iċ-ċertrifikazzjoni ta' l-OSI 14001 mingħand mill-inqas wieħed mill-fornituri prinċipali tiegħu.

    82. Il-kwestjonarju ambjentali (punt 1)

    L-akkommodazzjoni għandha tipprovdi lill-klijenti tagħha kwestjonarju li jkopri l-veduti tagħhom dwar l-aspetti ambjentali ta' l-akkommodazzjoni.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi kopja tal-kwestjonarju u jindika l-proċeduri tat-tqassim u l-ġbir tiegħu, u dwar kif iqis it-tweġibiet.

    83. L-arloġġi ta' l-enerġija u ta' l-ilma (punt 1)

    L-akkommodazzjoni għandu jkollha stallata arloġġi ta' l-enerġija u ta' l-ilma hekk li jippermettu l-ġbir ta' l-informazzjoni dwar il-konsum ta' l-attivitajiet jew il-magni differenti.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni twettaq dan il-kriterju, flimkien ma’ analiżi ta' l-informazzjoni miġbura (jekk diġ disponibbli).

    84. Azzjonijiet ambjentali addizzjonali (massimu ta' 3 punti)

    Jew:

    (a) Azzjonijiet ambjentali addizzjonali (sa 1,5 punti kull waħda, sa massimu ta' 3 punti): Il-ġestjoni ta' l-akkommodazzjoni turistika għandha tieħu azzjonijiet addizzjonali sabiex ittejjeb it-twettiq tax-xogħol ambjentali ta' l-akkommodazzjoni turistika u liema ma huma koperti minn ebda wieħed mill-kriterji ta' hawn fuq (jew mandatrorji jew bil-għażla). Il-Korp Kompetenti li jagħmel l-istima ta' l-applikazzjoni għandu jattribwixxi punti lil dawk l-azzjonijiet li ma jaqbżux il-1,5 għal kull azzjoni.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformit ma’ dan il-kriterju, flimkien ma deskrizzjoni sħiħa ta' kull azzjoni addizzjonali li l-applikant jixtieq li titqies;

    jew

    (b) Il-għotti ta' l-eko-tikketta (3 punti): L-akkommodazzjoni turistika għandha tiġi mogħtija waħda mill-eko-tikketti nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta' l-OSI.

    L-istima u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi xhieda xierqa li jkun ingħata eko-tikketta.

    [1] ĠU L 283, tas-27.10.2001, p. 33.

    [2] ĠU L 167, tat-22.6.1992, p. 17.

    [3] ĠU L 86, tat-3.4.2002, p. 26.

    [4] ĠU L 71, tal-10.3.1998, p. 1.

    [5] ĠU L 226, tas-6.9.2000, p. 3.

    [6] ĠU L 86, tat-3.4.2002, p. 26.

    [7] ĠU L 45, tas-17.2.1994, p. 1.

    [8] ĠU L 118, tas-7.5.1997, p. 1.

    [9] ĠU L 136, tal-21.6.1995, p. 1.

    [10] ĠU L 332, tal-15.12.2001, p. 1.

    [11] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top