This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0165
2003/165/EC: Council Decision of 18 February 2003 concerning the establishment of the Financial Services Committee
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2003 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat għas-Servizzi Finanzjarji
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2003 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat għas-Servizzi Finanzjarji
ĠU L 67, 12.3.2003, p. 17–17
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 067 , 12/03/2003 P. 0017 - 0017
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2003 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat għas-Servizzi Finanzjarji (2003/165/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, 1. IFAKKAR li l-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-3 ta' Diċembru 2002 iddikjara r-rieda tiegħu li jieħu deċiżjoni fuq l-istabbiliment ta' kumitat ġdid bil-għan li jipprovdi konsulenza u superviżjoni għall-Kunsill u għall-Kummissjoni dwar firxa ta' kwistjonijiet tas-suq finanzjarju; 2. JISTABBILLIXXI għalhekk il-Kumitat għas-Servizzi Finanzjarji (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-"Kumitat"), bil-kompiti li ġejjin: - biex jipprovdi riflessjoniji strateġika intersettorjali, separata mill-proċess leġislativ, - biex jgħin jiddefinixxi l-istrateġija b'termini medju u twil għal kwistjonijiet ta' servizzi finanzjarji, - biex jikkonsidra kwistjonijiet sensittivi b'terminu qasir, - biex jassessja l-progress u l-implimentazzjoni, - biex jipprovdi konsulenza politika u superviżjoni kemm fuq kwistjonijiet interni (eż. suq wieħed, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tas-Sevizzi Finanzjarji) kif ukoll fuq kwistjonijiet esterni (eż. WTO); 3. JAQBEL li ġej għall-komposizzjoni, il-Presidenza u l-funzjonijiet tal-Kumitat: - il-Kummissjoni u kull membru tal-Kunsill għandu jaħtar rappreżentant wieħed ta' livell għoli u supplenti wieħed għall-Kumitat; rappreżentant tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-Presidenti tal-kumitati ta' regolaturi tal-Komunità rilevanti jkollhom statut ta' osservatur, - il-Kumitat għandu jkollu President wieħed u Viċi-President wieħed li hu għandu jaħtar minn fost ir-rappreżentati ta' l-Istati Membri; il-President u l-Viċi-President għandhom iservu għal sentejn; l-ewwel President għandu jinħatar mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, - l-Istat Membru li r-rappreżentant tiegħu jinħatar President għandu jkollu rappreżentant addizzjonali wieħed fuq il-Kumitat matul il-kariga tal-President, - il-President u l-Viċi-President, flimkien mar-rappreżentant mill-Kummissjoni, ir-rappreżentant mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill għat-tul tal-kariga tiegħu, rappreżentant mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u rappreżentat mis-Segretarjat tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandhom jikkoperaw mill-qrib bil-għan li jiffaċilitaw ix-xogħol tal-Kumitat, - il-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju sabiex jipprepara pariri għall-Kunsill (Ecofin), waqt li jikkonsidra r-rwol stabbilit tal-Coreper, - il-President tal-Kumitat għandu jkun disponibbli għal skambju regolari ta' veduti fuq żviluppi strategiċi relatati mas-swieq finanzjarji mal-Kumitat ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew, - il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu skond ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, - is-segretarjat għandu jkun provvdut mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill; 4. JINNOTA li l-attivitajiet tal-Kumitat se jkunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni; 5. JIDDEĊIEDI li jirrevedi din id-Deċiżjoni fit-tieni nofs tas-sena 2004. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Frar 2003. Għall-Kunsill Il-President N. Christodoulakis --------------------------------------------------