This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R1935
Commission Regulation (EC) No 1935/2002 of 29 October 2002 amending for the seventh time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban, and repealing Council Regulation (EC) No 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1935/2002 tad-29 ta' Ottubru 2002 li jemenda għas-seba’ darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1935/2002 tad-29 ta' Ottubru 2002 li jemenda għas-seba’ darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
ĠU L 295, 30.10.2002, p. 11–11
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32002R0881 | Tlestija | anness 1 | 30/10/2002 |
Official Journal L 295 , 30/10/2002 P. 0011 - 0011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1935/2002 tad-29 ta' Ottubru 2002 li jemenda għas-seba’ darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al Qaida u t-Talibani, u jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxu l-esportazzjoni ta' ċertu merkanzija u servizzi lejn l-Afghanistan, isaħħu l-projbizzjoni tat-titjir u jestendu t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Talibani ta' l-Afghanistan [1], kif emendati l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1893/2002 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu, Billi: (1) L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li fuqhom huwa impost it-twaqqif tal-fondi u riżorsi ekonomiċi skond ir-Regolament. (2) Fil-25 ta' Ottubru 2002, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-elenku tal-persuni, l-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi ekonomiċi, u għalhekk, l-Anness I għandu jkun emendat. (3) Biex ikun assigurat illi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-inter tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Ottubru 2002. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9. [2] ĠU C 286, ta' l-24.10.2002, p. 19. -------------------------------------------------- ANNESS L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej: il-persuni ġuridiċi, gruppi jew entitajiet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura "Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet":Jemaah Islamiya (magħruf anki bħala Jema'ah Islamiyah, Jemaah Islamiyah, Jemaah Islamiah, Jamaah Islamiyah, Jama'ah Islamiyah) --------------------------------------------------