Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0484

Ir-Regolament (KE) Nru 484/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill a' l-1 ta' Marzu 2002 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 u (KEE) Nru 3118/93 għall-iskopijiet li jistabbilixxi attestazzjoni tax-xufiera

ĠU L 76, 19.3.2002, pp. 1–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/12/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/484/oj

32002R0484



Official Journal L 076 , 19/03/2002 P. 0001 - 0006


Ir-Regolament (KE) Nru 484/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

a' l-1 ta' Marzu 2002

li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 u (KEE) Nru 3118/93 għall-iskopijiet li jistabbilixxi attestazzjoni tax-xufiera

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat 3 [3],

Billi:

(1) Permezz tar-Regolament (KEE) Nru 881/92 [4] it-trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq huwa kkundizzjonat fuq pussess ta' awtorizzazzjoni Komunitarja, jiġifieri dokument uniformi.

(2) In-nuqqas ta' dokument uniformi simili li jiċċertifika l-intitolament ta' xufiera li jsuqu l-vetturi involuti fi trasport bħal dan soġġett għal awtorizzazzjoni tal-Komunità, partikolarment it-trasport internazzjonali kopert bir-Regolament (KEE) Nru 881/92 u l-kabotaġġ kif definit u kif hemm provvediment dwaru fir-Regolament (KEE) Nru 3118/93 [5] li ma jħallix lill-Istati Membri milli jikkontrollaw jekk ix-xufiera minn pajjiżi li mhumiex membri li jkunu mpjegati legalment jew li huma legalment għad-dispożizzjoni ta' trasportatur responsabbli għall-operazzjoni tat-trasport.

(3) Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita attestazzjoni ta' xufier, sabiex tillimita l-iskop ta' dan ir-Regolament għal xufiera li huma ċittadini ta' pajjiżi li mhumiex membri u sussegwentement jiddeċiedu, fuq il-bażi ta' xi assessjar mill-Kummissjoni, jekk jew le dan ir-Regolament għandux ikun estiż.

(4) Dan ir-Regolament iħalli l-leġislazzjoni u d-dispożizzjonijiet statutorji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità li tirregola l-moviment, ir-residenza u l-aċċess għal xi attività bħala persuna mpjegata mhux effettwata.

(5) Il-fatt li hu impossibbli li tikkontrolla jekk xufiera barra minn Stat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur humiex impjegati jew li huma pprovduti legalment waslet għal sitwazzjoni fis-suq fejn xufiera minn pajjiżi li mhumiex membri huma xi drabi mpjegati illegalment u biss għal trasport internazzjonali 'l barra mill-Istat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur b'intenzjoni li jikser il-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni tal-Komunità.

(6) Xufiera bħal dawn impjegati illegalment ħafna drabi jaħdmu f'kundizzjonijiet prekarji u mhumiex imħallsa tajjeb, li tippreġudika s-sigurtà fit-triq.

(7) Ksur sistematiku bħal dan tal-leġislazzjoni nazzjonali wassal għal distorsjoni serja ta' kompetizzjoni bejn trasportatur involut f'dawn il-prattiċi u dawk li jfittxu biss xufiera mpjegati legalment.

(8) Il-korpi awtorizzati jsibuha impossibbli sabiex jikkontrollaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawk ix-xufiera mpjegati illegalment.

(9) Attestazzjoni ta' xufier ma tistax tiġi introdotta b'mod xieraq mill-Istati Membri u tista' għalhekk tkun introdotta aħjar fil-livell ta' Komunità, skond il-prinċipju ta' sussidjarità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx aktar lil hinn milli dak li hu meħtieġ għal dak l-iskop.

(10) L-Istati Membri għandhom bżonn taż-żmien sabiex ikollhom l-attestazzjoni ġdida ta' xufier stampata u ddistribwita u dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika biss wara li żmien biżżejjed ikun ingħata lill-Istati Membri sabiex jaddottaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħha.

(11) Għandu jkun ikkonfermat espressament li l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu vetturi li għalihom joħorġu kopja ċċertifikata vera ta' l-awtorizzazzjoni tal-Komunità li għandha tiġi rreġistrata fit-territorju tagħhom.

(12) Ir-Regolament (KEE) Nru 881/92 għandu jkun emendat skond dan; ir-Regolament (KEE) Nru 3118/93 għandu wkoll ikun emendat sabiex xufiera li huma ċittadini ta' pajjiżi li mhumiex membri għandu jkollhom l-attestazzjoni ta' xufier,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 881/92 huwa hawnhekk emendat hekk kif ġej:

1. fl-Artikolu 2, l-inċiż segwenti għandu jkun miżjud:

"— "xufier"; għandu jfisser il-persuna li ssuq vettura, jew li tinġarr f'dik il-vettura sabiex tkun disponibbli għal sewqan jekk meħtieġ;";

2. L-Artikolu 3 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Trasport internazzjonali għandu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Komunità flimkien mal-attestazzjoni ta' xufier jekk ix-xufier ikun ċittadin ta' pajjiż li mahuwiex membru.";

(b) il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud:

"3. Attestazzjoni ta' xufier għandha tinħareġ minn Stat Membru, bi qbil mal-Artikolu 6, lil trasportatur li:

- huwa detentur ta' awtorizzazzjoni tal-Komunità,

- f'dak l-Istat Membru li legalment jimpjega xufiera li huma ċittadini ta' pajjiżi li mhumiex membri jew li legalment juża xufiera li huma ċittadini ta' pajjiżi li mhumiex membri magħmula għad-dispożizzjoni tiegħu bi qbil mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ vokazzjonali kif stabbilit fl-istess Stat Membru:

- minn liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, u, kif xieraq,

- minn ftehim kollettiv, bi qbil mar-regoli applikabbli f'dak l-Istat Membru.";

3. fl-Artikolu 4 it-test preżenti għandu jsir il-paragrafu 1 u l-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud:

"2. L-attestazzjoni tax-xufier li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 3 tiċċertifika li fil-kuntest tat-trasport bit-triq kopert mill-awtorizzazzjoni tal-Komunità, ix-xufier li hu ċittadin ta' pajjiż li mhuwiex membru li jagħmel trasport bħal dan ikun impjegat fl-Istat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur bi qbil mal-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi u, kif xieraq, ftehim kollettiv, bi qbil mar-regoli applikabbli f'dak l-Istat Membru, dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol u ta' taħriġ vokazzjonali tax-xufiera sabiex jagħmlu operazzjonijiet tat-trasport bit-triq f'dak l-Istat.";

4. il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 5:

"5. Awtorizzazzjoni tal-Komunità għandha tkun maħruġa għall-perjodu ta' ħames snin li jiġġedded.";

5. L-Artikolu 6 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 6

1. L-attestazzjoni tax-xufier li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 3 għandha tkun maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment ta' l-impriża tat-trasport.

2. L-attestazzjoni ta' xufier għandha tkun maħruġa mill-Istat Membru fuq talba ta' min għandu l-awtorizzazzjoni tal-Komunità għal kull xufier li hu ċittadin ta' pajjiż li mhuwiex membru li jimpjegah legalment jew li hu legalment mqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu bi qbil mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi u kif xieraq, il-ftehim kollettiv, bi qbil mar-regoli applikabbli f'dak l-Istat Membru, dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol u tat-taħriġ vokazzjonali tax-xufiera applikabbli f'dak l-istess Stat Membru. Kull attestazzjoni ta' xufier għandha tiċċertifika li x-xufier imsemmi hemmhekk ikun impjegat bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4.

3. L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun konformi mal-mudell muri fl-Anness III, li wkoll jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu tagħha. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex ma jħallux li jsir il-falsifikar ta' l-attestazzjonijiet tax-xufiera. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

4. L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun tappartjeni lit-trasportatur, li jagħmilha għad-dispożizzjoni tax-xufier imsemmi hemmhekk meta dak ix-xufier isuq vettura li tuża l-awtorizzazzjoni tal-Komunità maħruġa lil dak it-trasportatur. Kopja ċċertifikata vera ta' l-attestazzjoni tax-xufier għandha tinżamm fil-bini tat-trasportatur. L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun murija kull meta meħtieġ minn xi uffiċjal ta' l-ispezzjoni awtorizzat.

5. L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun maħruġa għall-perjodu li għandu jkun iddeterminat mill-Istat Membru li joħroġha, soġġetta għal validità massima ta' ħames snin. L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun valida biss sakemm il-kondizzjonijiet li taħthom tkun maħruġa huma sodisfatti. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jassiguraw li jekk dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux jintlaħqu aktar, it-trasportatur għandu jibgħat lura l-attestazzjoni immedjatament lejn l-awtoritajiet li jkunu ħarġuha.";

6. fl-Artikolu 7 it-test preżenti għandu jsir il-paragrafu 1 u l-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud:

"2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment għandhom jivverifikaw regolarment, billi jagħmlu kontrolli kull sena, li jkopru minn ta' lanqas 20 % ta' l-attestazzjonijiet validi f'dak l-Istat Membru, jekk il-kondizzjonijiet li hemm referenza dwahom fl-Artikolu 3(3) li permezz tagħhom l-attestazzjoni tax-xufier tkun inħarġet, ikunu għandhom jiġu sodisfatti.";

7. L-Artikolu 8 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 8

1. Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) jew dawk li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(3) mhumiex sodisfatti, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment għandhom jiċħdu l-applikazzjoni għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni tal-Komunità jew ta' l-attestazzjoni tax-xufier, permezz ta' deċiżjoni li tiddikjara r-raġunijiet għal dan.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni tal-Komunità jew l-attestazzjoni tax-xufier meta d-detentur:

- ma jissodisfax aktar il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) jew dawk li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(3), jew

- ikun forna informazzjoni żbaljata fir-rigward ta' l-informazzjoni meħtieġa għall-ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni tal-Komunità jew ta' l-attestazzjoni ta' xufier.

3. Fil-każ ta' ksur serju jew ksur minuri rripetut tar-regolamenti tat-trasport, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur jista', inter alia, temporanjament jew parzjalment jirtira l-kopji ċċertifikati veri ta' l-awtorizzazzjoni tal-Komunità u jista' jirtira attestazzjonijiet tax-xufier. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu ddeterminati b'konsiderazzjoni għas-serjetà tal-ksur kommess minn min jippossjedi l-awtorizzazzjoni tal-Komunità u b'konsiderazzjoni għan-numru totali ta' kopji ċċertifikati veri ta' dik l-awtorizzazzjoni li hu jżomm fir-rigward tat-traffiku internazzjonali.

4. Fil-każ ta' ksur serju jew ksur minuri rripetut dwar xi użu ħażin hu liema hu ta' l-attestazzjonijiet tax-xufiera, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur għandu jimponi sanzjonijiet xierqa, bħal ma huma:

- is-sospensjoni tal-ħruġ ta' l-attestazzjonijiet tax-xufier,

- l-irtirar ta' l-attestazzjonijiet tax-xufier,

- jagħmel il-ħruġ ta' l-attestazzjonijiet tax-xufier soġġett għall-kondizzjonijiet addizzjonali sabiex ikun evitat l-użu ħażin,

- l-irtirar temporanju jew parzjali tal-kopji ċċertifikati veri ta' l-awtorizzazzjoni tal-Komunità.

Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu ddeterminati wara konsiderazzjoni tas-serjetà tal-ksur kommess minn min jippossjedi l-awtorizzazzjoni tal-Komunità.";

8. Fl-Artikolu 9 it-test prezenti għandu jsir il-paragrafu 1 u l-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud:

"2. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li min jipposjedi l-awtorizzazzjoni tal-Komunità jkun jista' jappella kontra xi deċiżjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment li jirrifjuta jew li jirtira l-attestazzjoni tax-xufier jew li jagħmel il-ħruġ ta' l-attestazzjonijiet tax-xufier soġġetta għall-kondizzjonijiet addizzjonali.";

9. fl-Artikolu 11(3) "fl-Artikolu 8(3)" għandha tinbidel bi "fl-Artikolu 8(3) u (4)";

10. l-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

"L-Artikolu 11a

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-konsegwenzi tar-restrizzjoni ta' l-obbligazzjoni li żżomm l-attestazzjoni tax-xufier għal xufiera li huma ċittadini ta' pajjiżi li mhumiex membri u għandha, jekk ikun hemm biżżejjed ġustifikazzjoni biex tagħmel dan, tissottometti proposta għall-emenda ta' dan ir-Regolament.";

11. L-Anness III, kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandu jkun miżjud.

L-Artikolu 2

L-Artikolu 1 tar-Regolamenti (KEE) Nru 3118/93 għandu jkun emendat hekk kif ġej:

1. il-paragrafu 1 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Kull trasportatur bit-triq b' kiri jew qliegħ, li huwa detentur ta' awtorizzazzjoni tal-Komunità li hemm provvediment dwarha fir-Regolament (KEE) Nru 881/92 u li x-xufier tiegħu, jekk ikun ċittadin ta' pajjiż li mhuwiex membru, ikollu l-attestazzjoni tax-xufier bi qbil mal-kundizzjonijiet stabiliti fir-Regolament imsemmi, ikun intitolat, permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, sabiex jopera fuq bażi temporanja servizzi nazzjonali ta' trasport bit-triq għal kiri jew għall-qlieħ, fi Stat Membru ieħor, hawnhekk irreferut rispettivament bħala "kabotaġġ"; u bħala "Stat Membru ospitanti";, mingħajr ma jkollu uffiċċju rreġistrat jew xi stabbiliment ieħor hemmhekk.";

2. is-sub paragrafu li ġej għandu jkun miżjud mal-paragrafu 2:

"Jekk ix-xufier ikun ċittadin ta' pajjiż li mhuwiex membru, għandu jkollu l-attestazzjoni tax-xufier bi qbil mal-kondizzjonijiet stabiliti fir-Regolament (KEE) Nru 881/92."

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri li jieħdu sabiex jimplimentaw dan ir-Regolament.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mid-19 ta' Marzu 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Marzu 2002

Għall-Parlament Ewropew,

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

R. de Miguel

[1] ĠU C 96 E, tas-27.3.2001, p. 207.

[2] ĠU C 193, ta' l-10.7.2001, p. 28.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Mejju 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 (ĠU C 9, tal-11.1.2002, p. 17) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2002.

[4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 tas-26 ta' Marzu dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport ta' merkanzija bit-triq fil-Komunità lejn jew mit-territorju ta' Stat Membru jew li jgħaddi mit-territorju ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri (ĠU L 95, tad-9.4.1992, p. 1). Ir-Regolament kif emendat mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

[5] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93 tal-25 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta' skariġġ bit-triq ġewwa Stat Membru (ĠU L 279, tat-12.11.1993, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top