Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0444

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2002 ta' l-11 ta' Marzu 2002 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità u r-Regolament (KE) Nru 2787/2000 u (KE) Nru 993/2001 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 68, 12.3.2002, p. 11–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/444/oj

    32002R0444



    Official Journal L 068 , 12/03/2002 P. 0011 - 0017


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2002

    ta' l-11 ta' Marzu 2002

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità u r-Regolament (KE) Nru 2787/2000 u (KE) Nru 993/2001

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], kifl-aħħar emendat mill-Parlament Ewropew u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2700/2000 [2] (minn hawn 'il quddiem:"il-kodiċi"), u partikolarment l-Artikolu 247 tiegħu,

    Billi:

    (1) Xi definizzjonijiet miġjuba fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 993/2001 [4], jeħtieġu aġġornament.

    (2) Taħt il-politika komuni kummerċjali huwa ta' spiss meħtieġ li tkun emendata l-lista ta' pajjiżi u territorji li jikkwalifikaw għal tariffi awtonomi preferenzjali tal-Komunità u konsegwentement biex tkun emendata l-lista fit-Taqsima 2 ta' Parti I, Titolu IV, Kapitolu 2, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    (3) L-intestatura u l-kliem tat-Taqsima 2 għandhom għalhekk ikunu bbażati mhux fuq lista eżawrjenti ta' dawk il-pajjiżi u territorji, imma fuq referenza ġenerali għall "pajjiżi u territorji benefiċjarji", billi dawn huma debitament elenkati fir-Regolamenti tal-Kunsill li jagħtu l-preferenzi.

    (4) F'ċerti ċirkostanzi huwa possibbli li jkollok oġġetti difettużi msewwija barra t-territorju tal-Komunità mingħajr ma jkun hemm ħlas ta' debitu tad-dwana ma' l-importazzjoni.

    (5) Wara r-rilaxx miċ-ċirkolazzjoni libera, il-prezz miftiehem bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ jistgħu jkunu f'ċerti każijiet għall-modifikazzjoni biex titqies in-natura diffettuża ta' l-oġġetti.

    (6) Konsegwentement, ir-regoli fis-seħħ għandhom jippermettu espressament valur ta' transazzjoni taħt l-Artikolu 29 tal-Kodiċi biex jitqiesu dawk iċ-ċirkostanzi speċjali, b'salvagwardji xierqa u bla ħsara għall-applikazzjoni ta' termini raġonevoli.

    (7) L-iskop ta' l-Artikolu 167(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 kien biex ma jkunux imposti dazji tad-dwana fuq software importat fuq mezzi ta' ġarr. Dak l-oġġettiv minn dakinhar intlaħaq bil-Ftehm fuq il-kummerċ fil-prodotti tat-tekonomoġija ta' l-informatika (ITA), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/359/KE [5]. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-GATT 4.1 tat-12 ta' Mejju 1995, huwa għalhekk mhux aktar meħtieġ li jkunu provduti dispożizzjonijiet speċjali ta' implimentazzjoni għad-determinazzjoni tal-valur tad-dwana tal-mezzi tal-ġarr.

    (8) Il-limitu, speċifikat fl-Artikolu 179(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, għall-presentazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-dettalji rigward il-valur doganali (dikjarazzjoni tal-valur) għandu jittella' għall-10000 EUR biex jitqiesu l-bidliet monetarji u biex ikunu simplifikati l-formalitajiet ta' importazzjoni.

    (9) Ċerti aġġustamenti u tiswijiet huma meħtieġa għad-dispożizzjonijiet fuq l-użu aħħari, partikolarment biex ikunu klassifikati u jkunu allineati mar-regoli tal-proċedura tad-dwana b'impatt ekonomiku.

    (10) Id-dispożizzjonijiet fuq transitu Komunitarju preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 kienu s-suġġett ta' stħarriġ komplet u approfondit li wassal għar-reviżjoni ta' parti sostanzjali tad-dispożizzjonijiet. Minn dakinhar, instab li d-dispożizzjonijiet emendati għandhom ċerti nuqqassijiet, li għandhom bżonn ikunu msewwija.

    (11) Għall-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti l-oħra fil-Konvenzjoni fuq proċedura komuni ta' transitu, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/415/KEE [6], għandu jkun żgurat li tingħata garanzija xierqa meta operazzjoni tat-transitu dwar l-oġġetti tal-Komunità tinvolvi t-territorju tagħhom. Il-garanzija għandha tkun ikkalkolata bħallikieku l-oġġetti ma kienux tal-Komunità.

    (12) Fejn il-prinċipal jixtieq juża ċ-ċertifikat komprensiv ta' garanzija għall-oġġetti kollha, il-kriterji dwar l-użu ta' garanzija komprensiva għall-oġġetti li jinvolvu riskju akbar ta' frodi għandhom japplikaw għall-oġġetti kollha.

    (13) Biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tad-dwana ġewwa l-Komunità, għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar d-dazji ta' importazzjoni li għandhom ikunu imposti fuq l-oġġetti ta' importazzjoni li jirċievu trattament favorevoli tat-tariffa minħabba l-użu aħħari tagħhom. Dan għandu jsir għar-raġunijiet ta' kjarifika. Id-dħul għandu jkollu effett retroattiv minħabba li dispożizzjonijiet simili kienu ġa jeżistu sat-30 ta' Ġunju 2001, l-aktar fl-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 228/91 [7], li kienu mħassra bir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, u fl-Artikolu 585a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 qabel ma kien emendat bir-Regolament (KE) Nru 993/2001.

    (14) L-Artikolu 859 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu lista ta' każijiet fejn l-ebda debitu tad-dwana ma huwa impost, ukoll jekk waħda mis-sitwazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 204(1)(a) jew (b) tal-Kodiċi.

    (15) Dik il-lista għandha tkun adattata biex tkopri każijiet ta' nuqqas ta' ħarsien ma' obbligi applikabbli għall-oġġetti taħt proċedura tat-transitu tal-Komunità, fejn dawk l-oġġetti huma preżentati intatti fl-uffiċċju ta' destinazzjoni.

    (16) Il-lista għandha tkopri wkoll każijiet ta' nuqqas ta' konformità ma' ċerti regoli fuq trasferimenti, applikabbli għall-oġġetti mqiegħda taħt proċedura sospensiva jew għall-oġġetti li jibbenefikaw minn trattament favorevoli minħabba l-użu aħħari tagħhom, meta dawk l-oġġetti jaslu fid-destinazzjoni speċifika tagħhom.

    (17) Billi l-emenda ta' l-Artikolu 859 hija marbuta mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 993/2001, li ilha tapplika mill-1 ta' Lulju 2001, huwa xieraq li ssir emenda applikabbli mill-istess data.

    (18) Biex tkun razzjonalizzata l-ġestjoni ta' l-iskadenzi għall-eżami ta' applikazzjonijiet għat-tneħħija ta' l-entry wara l-isdoganament fil-kontijiet taħt l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi jew għall-ħlas mill-ġdid jew remissjoni tad-dazju taħt l-Artikolu 239 tiegħu, is-sospenzjoni tal-perjodu għall-eżami ta' dawn l-applikazzjonijiet meta l-persuna konċerta hija konsultata skond l-Artikolu 872a jew 906a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandha tkun ta' xahar fil-kazijiet kollha

    (19) Biex tkun zgurata interpretazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet dwar l-indikazzjoni ta' l-uffiċċju tad-destinazzjoni għall-kontroll ta' l-użu u/jew id-destinazzjoni ta' l-oġġetti, jeħtieġ li jkun speċifikat l-uffiċċju fejn l-oġġetti għandhom ikunu preżentati għall-kontroll tal-ħruġ ta' l-oġġetti mit-territorju doganali tal-Komunità.

    (20) Ir-rati standard ta' rendiment għandhom ikunu kkalkolati minn ċerti prodotti ewlenin li jikkumpensaw fuq il-bażi tal-koeffiċjenti korrispondenti miġjuba fl-Anness E tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2000 tat-13 ta' Lulju 2000 li jippreskrivi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' l-għoti ta' rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta' oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji, u l-kriterju għall-iffissar ta' l-ammont ta' dawn ir-rifużjonijiet [8] kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1563/2001 [9]. Bidliet korollarji għandhom isiru għall-ċerti prodotti sekondarji li jikkompensaw.

    (21) L-Anness 111 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom ikunu emendati biex iqisu l-introduzzjoni tal-valuta waħdanija mill-1 ta' Jannar 2002.

    (22) Id-dispożizzjonijiet transitorji fuq is-sistema ta' transitu komputerizzat, preskritt fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2787/2000 [10] u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 993/2001, m'għandhomx jgħoddu għall-awtorizzazzjonijiet li jagħtu status ta' konsinjatur awtorizzat jew konsenjat awtorizzat fir-rigward ta' simplifikazzjoniiet ma' ċerti simplifikazzjonijiet għal ċerti mezzi tat-trasport.

    (23) Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 2787/200 u (KE) Nru 993/2001 għandhom għalhekk ikunu emendati minħabba f'hekk.

    (24) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej;

    (a) Punt 3 huwa mibdul b'li ġej:

    "3. Kumitat tfisser:

    il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikoli 247a u 248a tal-Kodiċi;"

    (b) Punt 10 huwa mibdul b'li ġej:

    "10. Trattar ifisser:

    it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;".

    2. L-intestatura tat-Taqsima 2 tal-Parti I, Titolu IV, Kapitolu 2, hija mibdula b'li ġej:

    "Pajjiżi jew territorji benefiċjarji lil għalihom japplikaw miżuri ta' tariffa preferenzjali adottati unilateralment mill-Komunità għal ċerti pajjiżi jew territorji"

    .

    3. Il-parti introduttorja ta' l-Artikolu 98(1) tinbidel b'li ġej:

    "1. Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet rigward il-miżuri tat-tariffa preferenzjali adottati unilateralment mill-Komunità għal ċerti pajjiżi, gruppi ta' pajjiżi jew territorji (minn hawn 'il quddiem msemmija bħala "pajjiżi jew territorji benefiċjarji".), bl-eċċezzjoni ta' dawk msemmija fit-Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu u l-pajjiż jew territorji lil hinn mill-baħar assoċjati mal-Komunità, il-prodotti li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati bħala prodotti li joriġinaw f'pajjiż jew territorju benefiċjarju:".

    4. Fl-Artikoli 98 u 123, "repubblika benefiċjarja" jew "repubbliki benefiċjarji" huma mibdula, kif xieraq, "bpajjiż jew territorju benefiċjarju" jew "pajjiżi jew territorji benefiċjarji".

    5. Il-parti introduttorja ta' l-Artikolu 110(1) hija mibdula b'li ġej:

    "1. Prodotti li joriġinaw fit-tifsira ta' din it-taqsima għandhom ikunu eliġibbli, ma' l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, biex jibbenefikaw mill-preferenzi tat-tariffa msemmija fl-Artikolu 98, sakemm ikunu ġew trasportati direttament lejn il-Komunità fit-tifsira ta' l-Artikolu 107, wara sottomissjoni taċ-ċertifikat EUR.1 maħruġ mill-awtoritajiet governattivi kompetenti ta' pajjiż jew territorju benefiċjarju, bil-kondizzjoni 87 pajjiż jew territorju benefiċjarju:".

    6. L-Artikolu 145 jinbidel b'li ġej:

    "L-Artikolu 145

    1. Meta oġġetti dikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera huma parti minn kwantità akbar ta' l-istess oġġetti mixtrija f'transazzjoni waħda, il-prezz attwalment mħallas jew pagabbli għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 29(1) tal-Kodiċi għandu jkun il-prezz rappreżentat bil-proporzjon tal-prezz totali li l-kwantità hekk iddikjarata ikollha fir-rigward tal-kwantità totali mixtrija.

    It-tqassim tal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli għandu japplika wkoll fil-każ ta' telf ta' parti ta' konsenja jew meta l-oġġetti li qed ikunu valutati ikun ġew mħassra qabel d-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera.

    2. Wara r-rilaxx ta' l-oġġetti għaċ-ċirkolazzjoni libera, aġġustament magħmul mill-bejjiegħ, għall-benefiċċju tax-xerrej, tal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli għall-oġġetti jistgħu ikunu kkunsidrati għad-determinazzjoni tal-valur tad-dwana skond l-Artikolu 29 tal-Kodiċi, jekk jintwera għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana li:

    (a) l-oġġetti kienu diffettużi fil-mument imsemmi bl-Artikolu 67 tal-Kodiċi;

    (b) il-bejjiegħ għamel l-aġġustament fil-qadi ta' obbligu ta' garanzija provdut fil-kuntratt tal-bejgħ, konkluż qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' l-oġġetti;

    (ċ) in-natura difettuża ta' l-oġġetti ma kinietx ikkunsidrata diġa fil-kuntratt tal-bejgħ rilevanti.

    3. Il-prezz attwalment mħallas jew pagabbli għall-oġġetti, aġġustat skond il-paragrafu 2, jista' jitqies biss jekk dak l-aġġustament sar f'perjodu ta' 12-il xahar wara d-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għad-dħul f'ċirkolazzjoni libera ta' l-oġġetti."

    7. Il-Kapitolu 5 tat-Titolu V tal-Parti I huwa mħassar.

    8. Fl-Artikolu 179(1)(a), il-kliem "EUR 5000" huwa mibdul bil-kliem "EUR 10000".

    9. Fl-Artikolu 292, il-paragrafu 7 li ġej jiżdied:

    "7. L-applikant għandu jkun infurmat bid-deċiżjoni biex tinħareġ awtorizzazzjoni, jew bir-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni kienet rifjutata, fi żmien tletin ġurnata mid-data meta l-applikazzjoni kienet preżentata jew mid-data meta kull informazzjoni pendenti jew addizzjonali mitluba kienet irċevuta mill-awtoritajiet doganali.

    Dak il-perjodu m'għandux japplika fil-każ ta' awtorizzazzjoni waħdanija ħlief jekk tinħareġ taħt il-paragrafu 6."

    10. L-Artikolu 293 huwa emendat kif ġej:

    (a) Il-Paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

    (i) Punt (ċ) huwa mibdul b'li ġej:

    "(ċ) tfisser mezzi u metodi ta' identifikazzjoni u ta' superviżjoni tad-dwana, inkluż arranġamenti għal:

    - ħażna komuni, għal liema japplikaw mutatis mutandis l-Artikolu 534(2) u (3),

    - ħażna mħallta ta' prodotti soġġetti għas-superviżjoni ta' l-użu aħħari li jaqa' u 29 tan-Nomenklatura Maqgħuda jew ta' dawn il-prodotti bi żjut grezz li jaqgħu ġewwa l-kodiċi NM 270900."

    (ii) It-tieni subparagrafu li ġej huwa miżjud:

    "Meta l-oġġetti msemmija fit-tieni inċiż tal-punt (ċ) ta' l-ewwel subparagrafu ma jkollhomx l-istess kodiċi NM ta' tmien ċifri, l-istess kwalità kummerċjali u l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi, il-ħażna mħallta tista' titħalla biss fejn it-taħlita sħiħa għandha tgħaddi minn trattament msemmi fin-Noti Addizzjonali 4 u 5 sal-Kapitolu 27 tan-Nomenklatura Maqgħuda."

    (b) Fil-paragrafu 4, it-tieni paragrafu li ġej jiżdied:

    "Il-perjodu ta' validità m'għandux jaqbeż tliet snin mid-data meta tiġi fis-seħħ l-awtorizzazzjoni, ħlief meta hemm raġunijiet tajba debitament sostanzjati."

    11. L-Artikolu 296(2) huwa emendat kif ġej:

    (a) Fil-punt (a), it-tieni sentenza hija mħassra.

    (b) Fil-punt (b), l-ewwel subinċiż tad-disa' inċiż huwa mibdul b'li ġej:

    "—

    "

    .

    12. L-Artikolu 314c(1)(f), il-kliem "L-Artikolu 816" hu mibdul bil-kliem "L-Artikolu 812".

    13. Fl-Artikolu 317b, il-kliem "fl-Artikoli 444 u 448" huma mibdula bil-kliem "fl-Artikoli 445 u 448".

    14. Fl-Artikolu 324e(5), il-kliem "L-Artikolu 448(4)" huwa mibdul bil-kliem "L-Artikolu 448(5)".

    15. Fl-Artikolu 345(1), l-ewwel subparagrafu huwa mibdul b'li ġej:

    "Il- garanzija individwali għandha tkopri l-ammont sħiħ tad-debitu tad-dwana li x'aktarx ikun impost, kalkolat fuq il-bażi ta' l-ogħla rati applikabbli għall-oġġetti ta' l-istess tip fl-Istat Membru ta' tluq. Għall-finijiet ta' dik il-kalkolazzjoni, l-oġġetti tal-Komunità li jinġarru skond il-Konvenzjoni fuq it-transitu komuni għandhom ikunu trattati bħala oġġetti mhux tal-Komunità."

    16. Fl-Artikolu 359, il-paragrafu 3 huwa mibdul b'li ġej:

    "3. Meta l-oġġetti jinġarru permezz ta' uffiċċju ta' transitu li mhumiex dawk msemmija fil-Kopji Nru 4 u Nru 5 tad-dikjarazzjoni tat-transitu, l-uffiċċju tat-transitu użat għandu jibgħat in-nota tal-parir tat-transitu mingħajr dewmien lill-uffiċċju ta' transitu speċifikat inizjalment, jew jinnotifika l-passaġġ lill-uffiċċju ta' tluq fil-każijjiet u skond il-proċedura miftehma mill-awtoritajiet tad-dwana."

    17. Fl-Artikolu 379(2), it-tielet subparagrafu, is-sentenza li ġejja hija miżjuda:

    "L-oġġetti tal-Komunità li jinġarru jew li ser jinġarru skond il-Konvenzjoni fuq il-proċedura ta' transitu komuni għandhom ikunu trattati bħala oġġetti mhux tal-Komunità."

    18. Fl-Artikolu 281, il-paragrafu 3a li ġej huwa mdaħħal:

    "3a. Il-Paragrafi 1, 2 u 3 japplikaw ukoll fejn applikazzjoni tikkonċerna espliċitament l-użu ta' garanzija komprensiva għaż-żewġ tipi ta' oġġetti fl-Anness 44c u dawk mhux elenkati f'dak l-Anness taħt l-istess ċertifikat tal-garanzija komprensiva."

    19. L-Artikolu 423(3), l-għaxar u l-ħdax-il inċiżi li ġejjin huma miżjuda:

    "— Tulliselvitetty,

    — Tullklarerat."

    20. L-Artikolu 450ċ huwa emendat kif ġej:

    (a) Il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej:

    "1. Fejn ma tkunx ġiet segwita l-proċedura, l-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istat Membru tat-tluq għandhom, fi żmien 12-il xahar mill-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-transitu, jinnotifikaw il-garanti li l-proċedura ma tkunx ġiet segwita."

    (b) Il-paragrafu 1a li ġej huwa mdaħħal:

    "1a. Fejn il-proċedura ma tkunx ġiet segwita, l-awtoritajiet tad-dwana, determinati skond l-Artikolu 215 tal-Kodiċi, għandhom, fi żmien tliet xhur tad-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarzzjoni tat-transitu, jinnotifikaw il-garanti li huwa jew jista' jkun meħtieġ li jħallas id-debitu li jkun obbligat iħallas fir-rigward ta' l-operazzjoni tat-transitu in kwistjoni; in-notifika għandha tiddikjara n-numru u d-data tad-dikjarazzjoni, l-isem ta' l-uffiċċju tat-tluq, l-isem tal-prinċipal u l-ammont involut."

    (ċ) Il-paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

    "2. Il-garanti għandu jkun meħlus mill-obbligi tiegħu jekk xi waħda min-notitiki provduti fil-paragrafi 1 u 1a ma tkunx inħarġitlu qabel ma jagħlaq it-terminu."

    21. L-Artikolu 547a li ġej huwa mdaħħal:

    "L-Artikolu 547a

    Id-dazji ta' l-importazzjoni li għandhom ikunu imposti taħt l-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi fuq l-oġġetti ta' importazzjoni eliġibbli, fi żmien meta d-dikjarazzjoni tad-dħul għall-arranġamenti kien aċċettat, għat-trattament favorevoli minħabba l-użu aħħari tagħhom għandhom ikunu kalkolati bir-rata li tikkorresondi għal dan l-użu aħħari. Dan għandu jkun permess biss jekk l-awtorizzazzjoni għal dan l-użu aħħari setgħet ingħatat u jekk il-kondizzjonijiet meħmuża ma' l-għoti ta' trattament favorevoli tat-tariffa kien ikun sodisfatt."

    22. L-Artikolu 859 huwa emendat kif ġej:

    (a) Il-Punt 2 huwa mibdul b'li ġej:

    "2. fil-każ ta' oġġetti mpoġġija fi proċedura ta' transitu, in-nuqqas li jkun sodisfatt obbligu wieħed meħtieġ mill-użu tal-proċedura, meta l-kondizzjonijiet li ġejjin huma mħarsa:

    (a) l-oġġetti mdaħħla għall-proċedura kienu attwalment preżentati intatti fl-uffiċċju ta' destinazzjoni;

    (b) l-uffiċċju ta' destinazzjoni seta' jiżgura li l-oġġetti kienu assenjati trattament jew użu approvat mid-dwana jew tqegħdu f'ħażna temporanja fl-aħħar ta' l-operazzjoni ta' transitu;

    (ċ) meta t-terminu ffissat taħt l-Artikolu 356 ma kienx imħares u l-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu ma japplikax, l-oġġetti kienu madankollu preżentati fl-uffiċċju ta' destinazzjoni fi żmien raġonevoli."

    (b) Il-punt 7 huwa mibdul b'li ġej:

    "7. fil-każ ta' oġġetti jew prodotti trasferiti fiżikament fit-tifsira ta' l-Artikoli 296, 297 jew 511, in-nuqqas li titħares waħda mill-kondizzjonijiet taħt liema jsir it-trasferiment, meta l-kondizzjonijiet li ġejjin huma mħarsa:

    (a) il-persuna konċernata tista' turi, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet tad-dwana, li l-oġġetti jew il-prodotti waslu f'post jew destinazzjoni speċifikati, meta dawk l-Artikoli jenħtieġu dan id-dħul fir-rekords;

    (b) meta terminu magħmul fl-awtorizzazzjoni ma kienx osservat, l-oġġetti jew il-prodotti madankollu waslu f'post jew destinazzjoni speċifikati fi żmien raġonevoli."

    23. Fl-Artikolu 873, it-tielet paragrafu huwa mibdul b'li ġej:

    "Meta l-Kummissjoni nnotifikat il-persuna konċernata bl-oġġezzjonijiet tagħha skond l-Artikolu 872a, il-perjodu ta' disa' xhur għandhom ikunu estiżi b'xahar."

    24. Fl-Artikolu 907, it-tielet paragrafu huwa mibdul b'li ġej:

    "Meta l-Kummissjoni nnotifikat il-persuna li tapplika għall-ħlas lura jew remissjoni ta' l-oġġezzjonijiet tagħha skond l-Artikolu 906a, il-perjodu ta' disa' xhur għandu jkun estiż b'xahar."

    25. Fl-Artikolu 912a(3), il-kliem "L-Artikolu 347(2)" hu mibdul bil-kliem "L-Artikolu 349(1)".

    26. L-Artikolu 912b huwa emendat kif ġej:

    (a) Fil-paragrafu 7, il-kliem "L-Artikolu 349" jinbidel bil-kliem "L-Artikolu 357".

    (b) Il-paragrafu 9 jinbidel b'li ġej:

    "9. L-artikolu 360 għandu japplika mutatis mutandis."

    27. Fl-Artikolu 912c(2), it-tielet inċiż huwa mibdul b'li ġej:

    "— għall-oġġetti li jitilqu b'mezzi oħra ta' trasport, l-uffiċċju ta' destinazzjoni għandu jkun l-uffiċċju tal-ħruġ msemmi fl-Artikolu 793(2)."

    28. L-Anness 37 huwa emendat skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    29. L-Anness 44a huwa emendat skond l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    30. L-Anness 69 huwa emendat skond l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    31. Fl-Anness 111, punt B.12 tan-Noti fuq in-naħa ta' wara ta' l-

    "Applikazzjoni għall-ħlas mill-ġdid/remissjoni"

    , is-simboli u l-valuti nazzjonali għandhom jinbiddlu b'li ġej:

    "— EUR: euro

    — DKK: Kroner Daniż

    — SEK: Kroner Svediż

    — GBP: Lira Sterlina."

    Artikolu 2

    Fl-Artikolu 4(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 2787/2000, is-sentenza li ġejja hija miżjuda:

    "Dan is-subparagrafu ma japplikax għall-operazzjonijiet ta' transitu magħmula mill-konsenjatur awtorizzat bl-użu ta' proċeduri semplifikati msemmija fl-Artikolu 372(1)(g)."

    Artikolu 3

    Fl-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 993/2001, is-sentenza li ġejja hija miżjuda:

    "Dan is-subparagrafu ma japplikax għall-operazzjonijiet ta' transitu meta l-konsenjat awtorizzat jirċievi oġġetti bl-użu ta' proċedura simplifikata msemmija fl-Artikolu 372(1)(g)."

    Artikolu 4

    1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    2. Il-punti 21 u 22 ta' l_Artikolu 1 għandhom japplikaw b'effett mill-1 ta' Lulju 2001.

    3. Il-punti 12 sa 20 u 25 sa 29 ta' l-Artikolu 1 u l-Artikoli 2 u 3 għandhom japplikaw mill-1 ta' April 2002.

    Id-dispożizzjonijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw għall-operazzjonijiet tat-transitu tal-Komunità li għalihom kienet preżentata dikjarazzjoni ta' transitu qabel l-1 ta' April 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Marzu 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Frederik Bolkestein

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    [2] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

    [3] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

    [4] ĠU L 141, tat-28.5.2001, p. 1.

    [5] ĠU L 155, tat-12.6.1997, p. 1.

    [6] ĠU L 226, tat-13.8.1987, p. 1.

    [7] ĠU L 210, tal-31.7.1991, p. 1.

    [8] ĠU L 177, tal-15.7.2000, p. 1.

    [9] ĠU L 208, ta' l-1.8.2001, p. 8.

    [10] ĠU L 330, tas-27.12.2000, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    L-Anness 37 huma emendati kif ġej:

    1. Fit-Titolu I, taqsima A, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

    "Meta dikjarazzjoni ta' transitu hija proċessata f'uffiċċju tat-tluq b'sistema komputerizzata, kopja tad-dikjarazzjoni għandha ssir f'dak l-uffiċċju."

    2. Fit-Titolu III, taqsima C, it-tieni inċiż huwa mibdul b'li ġej:

    "— meta t-tielet suddivijoni tal-kaxxa 1 ikollha s-simbolu "T", kaxxi 32 (Numru tal-paragrafu), 33 (Kodiċi tal-komodità), 35 (Mass grossa (kg)), 38 (Massa netta (kg)), 40 (Dikjarazzjoni fil-qosor/dokument ta' qabel) u 44 (Informazzjoni addizzjonali, dokumenti prodotti, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-oġġetti tad-dikjarazzjoni tat-transitu użata għandha tinqata' u l-ewwel kaxxa 31 (Pakketti u deskrizzjoni ta' l-oġġetti) ta' dan id-dokument ma jistgħux jintużaw biex jiddaħħlu l-marki, in-numri, in-numru u x-xorta tal-pakketti jew id-diskrezzjoni ta' l-oġġetti. Fl-ewwel kaxxa 31 ta' dan id-dokument, għandha ssir riferenza, kif xieraq, għan-numru tal-folji ta' kontinwazzjoni li jkollhom is-simboli rispettivi T1 bis, T2 bis jew T2F bis."

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    L-Anness 44a huwa emendat kif ġej:

    1. Fit-Titolu II, punt 2.2., it-tieni subparagrafu huwa mibdul b'li ġej:

    "Meta lista tat-tagħbija takkumpanja dikjarazzjoni ta' transitu, il-lista għandha tinkludi l-informazzjoni mdaħħla fil-kaxxi 31 (Pakketti u deskrizzjoni ta' l-oġġetti), 40 (Dikjarazzjoni fil-qosor/dokument ta' qabel) 44 (Informazzjoni addizzjonali, dokumenti prodotti, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet) u, meta xieraq, 33 (Kodiċi tal-Komodità) u 38 (Massa netta (kg)) tad-dikjarazzjoni tat-transitu."

    2. Fit-Titolu III, il-punt 2, l-ewwel sentenza hija mibdula b'li ġej:

    "Meta lista tat-tagħbija hija użata, kaxxi 15 (Pajjiż ta'spedizzjoni/esportazzjoni), 32 (Numru tal-paragrafu), 33 (Kodiċi tal-Komodità), 35 (Massa grossa (kg)), 38 (Massa netta (kg)), 40 (Dikjarazzjoni fil-qosor/dokument ta' qabel) u, fejn xieraq, 44 (Informazzjoni addizzjonali, dokumenti prodotti, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet) tal-formola tad-dikjarazzjoni ta' transitu għandhom jinqatgħu u l-kaxxa 31 (Pakketti u deskrizzjoni ta' l-oġġetti) ma jistgħux jintużaw biex jidħlu il-marki, in-numri, in-numru u x-xorta tal-pakketti jew deskrizzjoni ta' l-oġġetti."

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    L-Anness 69 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

    1. ir-rati standard tar-rendiment "1,00" u "3,50" fil-kolonna 5, ordni numeriku 15, huma mibdula bi "0,95" u "3,33" rispettivament;

    2. ir-rati standard tar-rendiment "1,00" u "3,50" fil-kolonna 5, ordni numeriku 37, huma mibdula bi "0,98" u "3,42" rispettivament;

    3. ir-rati standard tar-rendiment "1,00" u "3,50" fil-kolonna 5, ordni numeriku 38, huma mibdula bi "0,96" u "3,36" rispettivament;

    4. ir-rati standard tar-rendiment "62,11" u "30,10" fil-kolonna 5, ordni numeriku 56, huma mibdula b'referenza tan-nota fil-qiegħ "(*)" u "29,91" rispettivament;

    5. ir-rati standard tar-rendiment "47,62", "30,10" u "10,00" fil-kolonna 5, ordni numeriku 57 huma mibdula b'referenza tan-nota fil-qiegħ "(*)", "29,91" u "9,95" rispettivament;

    6. ir-rati standard tar-rendiment "62,11" u "30,10" fil-kolonna 5, ordni numeriku 58, huma mibdula b'referenza tan-nota fil-qiegħ "(*)" u "29,91" rispettivament;

    7. ir-rati standard tar-rendiment fil-kolonna 5, ordni numeriku 62, huma mibdula kif ġej: "6,10" bi "6,06"; "2,90" bi "2,88"; "4,50" bi "4,47"; "24,00" bi "23,85"; "19,50" bi "19,38"; "22,70" bi "22,56"; "27,20" bi "27,03"; "3,20" bi "3,18" u "30,10" bi "29,91";

    8. ir-rati standard tar-rendiment "99,00" fil-kolonna 5, ordni numeriku 128, 129 u 130, huma mibdula b'referenza tan-nota fil-qiegħ "(*)";

    9. il-kliem "ex230230 or" fil-kolonna 3, ordni numeriku 14 u 15, huwa mħassar;

    10. il-kliem "ex230240 or" fil-kolonna 3, ordni numeriku 36, 37 u 38, huwa mħassar.

    --------------------------------------------------

    Top