Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0245

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 245/2002 tat-8 ta’ Frar 2002 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ipprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli

    ĠU L 39, 9.2.2002, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/245/oj

    32002R0245



    Official Journal L 039 , 09/02/2002 P. 0012 - 0013


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 245/2002

    tat-8 ta’ Frar 2002

    li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ipprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2796/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

    Billi:

    (1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Spanja bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' l-isem "Khaki Ribera del Xúquer" bħala isem ta’ l-oriġini u l-Italja bagħtet lill-Kummissjoni żewg applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' l-ismijiet "Asparago bianco di Cimadolmo" u "Ciliegia di Marostica" bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

    (2) Skond l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet instabu li jilħqu l-ħtiġijiet kollha mniżżla fih u b'mod partikolari li fihom it-tagħrif kollu meħtiegskondArtikolu 4 tiegħu.

    (3) L-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ma ġiet irċevuta mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament rigward l-ismijiet mogħtija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3].

    (4) L-ismijiet għandhom għalhekk jiddaħħlu fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u minn issa 'l quddiem jiġu protetti fil-Komunità kollha bħala denominazzjonijiet ta’ l-oriġini protetti jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

    (5) L-Anness ma’ dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2601/01 [5],

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    L-ismijiet fl-Anness ma’ hawn huma miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2400/96 u mdaħħla bħala denominazzjoni protetti ta’ l-oriġini (DPO) jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" ipprovdut bl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-8 ta’ Frar 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

    [2] ĠU L 324, tal-21.12.00, p. 26.

    [3] ĠU C 113, tat-18.4.2001, p. 7 (Khaki Ribera del Xúquer).ĠU C 125, tas-26.4.2001, p. 2 (Asparago bianco di Cimadolmo).ĠU C 113, tat-18.4.2001, p. 5 (Ciliegia di Marostica).

    [4] ĠU L 327, tat-18.12.96, p. 11.

    [5] ĠU L 345, tad-29.12.01, p. 47.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    Il-Frott u l-ħaxix ta' l-ikel

    SPANJA

    Il-KakiRiberadelXúquer (IOP)

    L-ITALJA

    L-Asparago bianco di Cimadolmo (IĠP)

    Iċ-Ciliegia di Marostica (IĠP)

    --------------------------------------------------

    Top