Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002E0495

    Pożizzjoni komumi tal-kunsill tal-25 ta’Ġunju 2002 dwar l-Angola u r-revoka tal-Pożizzjoni Komuni 2000/391/PESK

    ĠU L 167, 26.6.2002, p. 9–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/02/2005; Imħassar b' 32005E0082

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2002/495/oj

    32002E0495



    Official Journal L 167 , 26/06/2002 P. 0009 - 0011


    Pożizzjoni komumi tal-kunsill

    tal-25 ta’Ġunju 2002

    dwar l-Angola u r-revoka tal-Pożizzjoni Komuni 2000/391/PESK

    (2002/495/PESK)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2000/391/PESK [1], iddefinixxa l-għanijiet u l-prijoritajiet ta’ l-Unjoni Ewropea fir-rigward l-Angola.

    (2) Fiċ-ċirkustanzi tat-tibdil sostanzjali politiku li saru fl-Angola mill-2000, ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-imsemmija Pożizzjoni Komuni m’għadhomx jintuzaw u jeħtieġ jiġu aġġornati.

    (3) Il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/374/PESK tal-14 ta’ Mejju 2001 konċernanti kunflitt li ma jkunx tħalla jiġri, amministrazzjoni u riżoluzzjoni fl-Afrika [2] u l-Pożizzjoni Komuni 98/350/PESK tal-25 ta’ Mejju 1998 konċernanti drittijiet ċivili, prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u gvernar tajjeb fl-Afrika [3].

    (4) Il-Kunsill adotta l-Pożizzjonijiet Komuni 97/759/PESK [4], 98/425/PESK [5] u 2000/391/PESK bir-rigward ta’ l-Angola u mmira li jipperswadi l-"União Nacional para a Independência Total de Angola" (UNITA) billi taderixxi l-obbligazzjonijiet tagħha fil-process tal-paċi fir-rigward tad-deċizjonijiet rilevanti tas-Siġurtà tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti u partikolarment ir-Riżoluzzjonijiet 864 (1993), 1127 (1997), 1130 (1997), 1173 (1998), u 1176 (1998).

    (5) Kif spjegat fid-dikjarazzjonijiet tal-Presidenza għan-nom ta’ l-Unjoni Ewropea tad- 29 ta’ Mejju u tad-28 ta’Awissu 2001 u fil-konkluzjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali miżmuma fil-11 u fit-12 ta’ Ġunju 2001, l-Unjoni Ewropea nsistiet ripetutament l-appoġġ tagħha għall-isforzi kollha magħmula billi takkwista soluzzjoni politika fuq il-bazi tat-Trattat tal-Paci tal-Bicesse, il-Protokoll ta’ Lusaka u r-rilevanti Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

    Wara l-mewt ta’ Jonas Savimbi, fid-22 ta’Frar 2002, l-Unjoni esprimiet, fid-dikjarazzjonijiet tat-28 ta’ Frar u l-4 ta’ April 2002, kif ukoll fil-konkluzjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona tal-15 u 16 ta’ Marzu u gewwa dawk tal-Kunsill Generali ta’ l-Affarijiet li nzamm fit-13 u 14 ta’ Mejju, is-sodisfazzjon tagħha bl-avviż tal-waqfien ta’ l-isparar magħmula mill-Gvern fit-13 ta’ Marzu u bil-firma formali tal-Gvern ta’ l-Angola u dik ta’ l-UNITA ta’ l-4 ta’April tal-Memorandum ta’ Ftehim li kkomplimenta l-Protokoll ta’ Lusaka għal waqfien ta’ l-isparar u kwistjonijiet pendenti oħra militari. F’dawn id-dikjarazzjonijiet l-Unjoni semmiet ukoll il-bżonn li tindirizza s-sitwazzjoni serja umanitarja, esprimiet ir-rieda tagħha billi tappoġġa l-isforzi tal-poplu ta’ l-Angola biex twassal għal paċi sħiha, stabbiltà u żvilupp sostenibbli għall-pajjiz.

    (6) Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta Riżoluzzjoni 1268 (1999), fuq it-twaqqif ta’ uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti fl-Angola (UNOA), u estenda l-mandat tiegħu tliet darbiet permezz ta’ ittra mill-President tas-Sigurità tal-Kunsill lill-Segretarju Generali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-okkazzjoni tal-15 ta’ Lulju 2002.

    (7) Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta Riżoluzzjoni 1404 (2002), estenda il-mandat tal-monitur tal-mekkanizmu fuq is-sanzjonijiet kontra l-UNITA għal perjodu ieħor ta’ sitt xhur, li jispiċċa fid-19 ta’ Ottubru 2002, u Riżoluzzjoni 1412 (2002) tas-16 ta’ Mejju 2002 billi, reġgħet affermat ir-Rizoluzzjonijiet 696 (1991), 864 (1993) u r-riżoluzzjonijiet kollha sussegwenti, u partikolarment Riżoluzzjoni 1127 (1997), u reġgħat fakkret id-dikjarazzjoni tal-Presidient tagħha tat-28 ta’ Marzu 2002 liema, partikolarment, esprimiet irrieda li tikkunsidra eżenzjonijiet xierqa u specifici mill, u emendamenti għal, mizuri imposti minn paragrafu 4 (a) tar-Riżoluzzjoni 1127 (1997), iddecidiet li l-mizuri imposti mill paragrafi 4(a) u (b) ta’ dik ir-Riżoluzzjoni, li jiġu sospizi għal perjodu ta’ 90 gurnata.

    (8) Fit-22 ta’ Novembru 1996 il-Kunsill adotta Riżoluzzjoni fuq l-assistenza ta’ tneħħija ta’mini, tirrakkomanda li, barra minn ghajnuna umanitarja, fondi għal intervenzjoni għat-tneħħija tal-mini ta’ l-art, għandhom jiġu allokati lill-pajjizi benefiċjarji liema awtoritajiet jieqfu milli juzaw aktar il-mini ta’ l-art kontra l-bnedmin; adottat ukoll, fid-28 ta’Novembru 1997, Azzjoni Konġunta 97/817/PESK fuq mini ta’ l-art kontra l-bnedmin [6].

    (9) Azzjoni mill-Komunità hija meħtieġa sabiex tapplika ċerti mizuri,

    ADOTTAT DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

    Artikolu 1

    L-Unjoni Ewropea ser issegwi l-għanijiet li ġejjin fir-rigward ta’ l-Angola:

    (a) li tappoġġa l-proċess tal-paċi, rikonċiljazzjoni nazzjonali u demokrazija fl-Angola billi tippromovi gvernar tajjeb u kultura ta’ tolleranza fost il-partiti politici kollha u s-setturi tas-socjetà ċivili;

    (b) li tappoġġa soluzzjoni politika sostenibli fl-Angola fuq il-bazi tal-Protokoll ta’ Lusaka w ir-rilevanti Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, permezz ta’ djalogu politiku bil-parteċipazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti;

    (ċ) tinsisti li l-Gvern u l-UNITA jkomplu bl-implimentazzjoni sħiha tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Memorandum ta’ Ftehim iffirmat fl-4 ta’April 2002 li tikkonkludi l-Protokoll ta’ Lusaka, tenfasizza l-importanza ta’ qsim immedjat u effettiv, disarmament, dimobilizzazzjoni u riintegrazzjoni soċjali tal-forzi militari tal-UNITA permezz ta’ programmi soċjali adegwatament iffinanzjati:

    (d) tinkoraġġixxi l-isforzi ta’ l-UNITA biex torganizza ruħħa bhala partit politiku, li turi r-rieda tagħha li z-zomm il-ligi, u li tinkoraġġixxi l-Gvern jiffaċilita dan il-proċess fid-dikjarazzjoni tat-13 ta’ Marzu 2002;

    (e) li tappoġġa l-intenzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex iz-zomm taħt għajnejha s-sanzjonijiet imponuti fuq l-UNITA bir-rigward l-implimentazzjoni tal-Memorandum ta’ Ftehim li jikkumplimenta l-Protokoll ta’ Lusaka:

    (f) li tinkoraġġixxi l-Gvern ta’ l-Angola iżomm elezzjonijiet generali ħielsa w imparzjali fi zmien qasir possibli darba li l-kondizzjonijiet huma milħuqa, li tirrispetta totalment l-istat tad-dritt u gustizzja gewwa t-territorju kollhu ta’ l-Angola, li tippromovi u tipproteġi d-drittijiet ċivili u li tħaddan il-funzjoni tas-società ċivili sabiex tikkontribwixxi għal rikonċiljazzjoni u tibni l-proċess ta’ demokrazija fil-pajjiz;

    (g) li ssostni l-Gvern ta’ l-Angola jintensifika l-isforzi biex ittaffi s-sitwazzjoni umanitarja verament gravi u tiffavurixxi azzjonijiet ta’ tneħħija ta’ mini, riintegrazzjoni soċjali u jikkolonizza mill-gdid dawk in-nies kollha li nternament gew spostati u r-refuġjati, fl-istruttura ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet stqarruti fid-dikjarazzjoni tal-Gvern tat-13 ta’ Marzu 2002 u tikkrea l-kondizzjonijiet li jippermettu l-Komunità internazzjonali tagħti l-għajnuna tagħha f’dan ir-rigward;

    (h) li tkompli ssostni lill-Gvern biex jimplimenta amministrazzjoni trasparenti tar-riżorsi pubbliċi u rendikont totali, b’ konsiderazzjoni speċjali għall-kontijiet tas-settur taż-żejt, għal benefiċcju tan-nies ta’ l-Angola kollha Li tappoġġa l-insegwiment sod ta’ politika generali tal-makro-ekonomija li torjenta fuq il-faqar biex b’hekk tassigura prospetti aħjar għat-tnaqqis tal-faqar, tkabbir ekonomiku u żvilupp sostenibbli għall-pajjiz;

    (i) li tinkoraġġixxi koperazzjoni u ftehim fost il-pajjizi tar-reġjun bil-mira li timmeljora s-sigurtà reġjonali u żvilupp ekonomiku.

    Artikolu 2

    Sabiex tkompli bl-għanijiet hawn fuq imsemmija, l-Unjoni Ewropea ser:

    (a) tikkonduċi djalogu politiku regolari ma’ l-awtoritajiet ta’ l-Angola kif previst fit-Trattat ta’ Cotonou;

    (b) tappoġġa, fl-istruttura tagħha tal-Politika Barranija u Sigurtà Komuni, inizjattivi li jikkontribwixxu ghal soluzzjoni politika sostenibbli fl-Angola skond l-għanijiet indikati fl-Artikolu 1(a) u b’konsultazzjoni mas-Segretarju Generali tan-Nazzjonijiet Uniti, it-troika tal-Pajjizi Osservaturi, l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti u Organizazzjonijiet ta’ l-Afrika reġjonali u sub-reġjonali;

    (ċ) taġixxi skond id-decizjoni meħuda mill-UNSC fir-Riżoluzzjoni 1412 (2002) li tissospendi l-projbizzjoni tas-safar minn Ufficjali Anzjani ta’ l-UNITA għal perjodu ta’ 90 gurnata:

    (d) timplementa totalment bla dewmien it-tneħħija ta’ sanzjonijiet fir-rispett ta’ l-UNITA mill-UNSC wara implimentazzjoni posittiva mill-Memorandum ta’ Ftehim;

    (e) toffri li tassisti l-isforzi mill-Gvern ta’ l-Angola biex isaħħah l-istituzzjonijiet demokratici u tippratika sa biex tippermetti li iżżomm elezzjonijiet presidenzali li jkunu ħielsa u b’mod ġust leġislattivament u li tassigura rispett għad-drittijiet umani, l-istat tad-dritt u soċjetà ċivili indipendenti;

    (f) toffri li tassisti l-isforzi mill-Gvern biex jirreforma l-ekonomija ta’ l-Angola permezz ta’ koperazzjoni ma’ l-IMF b’koordinazzjoni mal-komunità nternazzjonali, li tgħin il-Gvern fil-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni u l-faqar; tinkoraġġixxi l-Gvern ta’ l-Angola jikkrea l-kondizzjonijiet ta’ maniġment proprju biex tiffirma fit-trattat futur dwar ir-riduzzjoni ta’ faqar u facilità ta’ tkabbir ma’ l-IMF;

    (g) tinsisti ripetutament is-solidarjetà tagħha ma’, u l-impenn lill-, poplu ta’ l-Angola billi tkompli tikkontribwixxi fl-isforzi biex ittaffi s-sitwazzjoni umanitarja u s-sofferenza tal-poplu Angoljan li kienu milquta mill-gwerra, u partikolarment refuġjati u nies li internament ġew spostati, inter alia, billi takkolji l-intenzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej biex tieħu l-mizuri kollha b’rapidità biex timplementa l-fondi kollha disponibbli għall-appoġġ tal-proċess tal-paċi.

    L-Unjoni toffri li tassisti l-Gvern ta’ l-Angola biex tindirizza s-sitwazzjoni umanitarja u l-fażijiet differenti tal-proċess ta’ l-paċi, inkluzi t-tqassim tal-Forzi Militari ta’ l-UNITA, tesprimi l-appoġġ tagħha għall-iddemobilizzazzjoni u riintegrazzjoni tal-programmi li huma neċessarji għal rikostruzzjoni kompluta tal-pajjiz, waqt li jsostni li l-Gvern rapidament jagħmel valutazzjoni preċiza tal-bżonnijiet l-aktar urġenti;

    (h) toffri li tassisti l-Gvern ta’ l-Angola fir-rikostruzzjoni u bini mill-ġdid tal-pajjiz, tinkoraġġixxi l-intenzjoni tagħha biex issejjaħ laqgħa tad-donaturi internazzjonali u tagħti l-importanza xierqa lir-regolamenti tat-trasparenza u responsabbilità fi ħdan ambjent demokratiku, waqt li tistidinha biex talloka r-rizorsi neċessarji biex timplimenta politika soċjali li ttejjeb il-ħajja taċ-ċittadini Angoljani;

    (i) tkun ippreparata li tipparteċipa f’operazzjonijiet ta’ tneħħija ta’ mini, skond ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 1996, waqt li tinkoraġġixxi l-Gvern ta’ l-Angola biex jirratifika l-Konvenzjoni ta’ Ottawa fuq it-tneħħija tal-mini;

    (j) toffri li tassisti l-uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti fl-Angola jwettaq ir-responsabbilitajiet fdati lilu mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

    Artikolu 3

    Il-Kunsill jinnota li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tieħu azzjoni lejn il-kisba ta’ għanijiet u prijoritajiet ta’ din il-Pożizzjoni Komuni, fejn approprjat, minn miżuri rilevanti tal-Komunità.

    Artikolu 4

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi riveduta kull 12-il xahar wara li tiġi adottata.

    Artikolu 5

    Pożizzjoni Komuni 2000/391/PESK hija hawnhekk revokata.

    Artikolu 6

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mill-gurnata ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 7

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fil-25 ta’ Ġunju 2002.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Matas I Palou

    [1] ĠU L 146, tal-21.6.2000, p. 1.

    [2] ĠU L 132, tal-15.5.2001, p. 1.

    [3] ĠU L 158, tas-26.1998, p. 1.

    [4] ĠU L 309, tat-12.11.1997, p. 8.

    [5] ĠU L 190, ta’ l-4.7.1998, p. 1.

    [6] ĠU L 338, tad-9.12.1997, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top