Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0857

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru ta' l-2002 li tniżżel kondizzjonijiet speċfiċi għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mis-Surinam (notifikat taħt numru K(2002) 4092)Test b'relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 301, 5.11.2002, p. 19–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/857/oj

    32002D0857



    Official Journal L 301 , 05/11/2002 P. 0019 - 0023


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-29 ta' Ottubru ta' l-2002

    li tniżżel kondizzjonijiet speċfiċi għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mis-Surinam

    (notifikat taħt numru K(2002) 4092)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2002/857/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju ta' l-1991 li tistabbilixxi kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 97/79/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 11.1 tagħha,

    Billi:

    (1) Spezzjoni ġiet maħruġa f'isem il-Kummissjoni fis-Surinam sabiex jiġu verifikati l-kondizzjonijiet taħt liema prodotti tas-sajd huma prodotti, Imħażna u distribwiti fil-Komunità.

    (2) Il-ħtiġijiet fil-leġislazzjoni tas-Surinam dwar spezzjonijiet ta' saħħa u kontroll ta' prodotti tas-sajd jistgħu jkunu kkunsidrati ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE.

    (3) B'mod partikolari, id-"Dipartiment tas-Sajd (DS) tal-Ministeru ta' l-Agrikultura, Maniġġjar ta' l-Annimali u Sajd" huwa kapaċi li jivverifika b'mod effettiv l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni fis-seħħ.

    (4) Huwa adegwat li jkunu stabbiliti regoli dettaljati li jikkonċernaw iċ-ċertifikat ta' saħħa li għandu, taħt id-Direttiva 91/493/KEE, jakkumpanja kunsinni ta' prodotti tas-sajd importati fil-Komunità mis-Surinam. B'mod partikolari dawk ir-regoli għandhom jispeċifikaw it-tifsira ta' mudell ta' ċertifikat, il-ħtiġijiet minimi għal dak li jirrigwarda l-lingwa jew lingwi li bihom għandha tkun miktuba u l-istat tal-persuna li għandha s-setgħa li jiffirmha.

    (5) Il-marka li għandha tkun miżjuda mal-pakketti tal-prodotti tas-sajd għandha tagħti l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta' approvazzjoni/reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment, bastimenti li jiffabrikaw, il-ħażna kiesħa jew friżer ta' oriġini, ħlief għal ċerti prodotti ffriżati.

    (6) Huwa neċessarju wkoll li tkun imtella' lista ta' stabbilimenti approvati, bastimenti li jiffabrikaw, jew ħażniet kiesħa, u lista ta' bastimenti friżers mgħammra in konformità mal-ħtiġijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE tas-16 ta' Ġunju ta' l-1992 li tniżżel ir-regoli minimi ta' iġjene applikabbli għal prodotti tas-sajd maqbuda abbord ċerti bastimenti in konformita' ma' l-Artikolu 3(1) (a) (I) tad-Direttiva 91/493/KEE [3]. Dawn il-listi għandhom ikunu mtella' fuq bażi ta' komunikazzjoni mid-DS lill-Kummissjoni. Hija għalhekk ir-responsabbiltà tad-DS li jassigura konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 91/493/KEE.

    (7) Id-DS ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali għal dak li jirrigwarda konformità' mar-regoli stabbiliti f'Kapitolu V ta' l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE għal dak li jirrigwarda l-kontroll ta' prodotti tas-sajd, u jirrigwarda t-twettiq ta' ħtiġijiet iġjeniċi ekwivalenti għal dawk stabbiliti minn dik id-Diretitva.

    (8) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma in konformità' ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-"Dipartiment tas-Sajd (DS) tal-Ministeru ta' l-Agrikultura, Maniġġjar ta' l-Annimali u Sajd" għandu jkun l-awtorità kompetenti fis-Surinam sabiex jivverifika u jiċċertifika konformità tal-prodotti tas-sajd mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

    Artikolu 2

    1. Prodotti tas-sajd importati fil-Komunità mis-Surinam għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti f'paragrafi 2, 3 u 4.

    2. Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata b'ċertifikat ta' saħħa oriġinali nnumerat, mimli, ffirmat, iddatat u li fih folja waħda in konformità mal-mudell fl-Anness I.

    3. Il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati, bastimenti li jiffabrikaw jew ħażniet kiesħa jew minn bastimenti friżers reġistrati mniżżla fl-Anness II.

    4. Ħlief fil-każ ta' prodotti tas-sajd iffriżati fil-balk u maħsuba għall-manifattura ta' ikel ippreservat, il-pakketti kollha għandu jkollhom il-kelma "SURINAM" u n-numru ta' approvazzjoni/reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment, bastiment li jiffabbrika, ħażna kiesħa jew bastiment friżer ta' oriġini b'ittri li ma jitħassrux.

    Artikolu 3

    1. Iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 2(2) għandu jkun miktub għall-inqas b'lingwa waħda uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn il-verifiki ġew maħruġa.

    2. Iċ-ċertifikat għandu jkollu l-isem, il-kapaċità u l-firma tar-rappreżentant tad-DS u t-timbru ta' dan l-aħħar uffiċjal b'kulur differenti minn dak tat-timbri l-oħra.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-20 ta' Diċembru ta' l-2002.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Ottubru 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta’ l-24.09.91, p. 15.

    [2] ĠU L 24, tat-30.01.98, p. 31.

    [3] ĠU L 187, tas-07.07.92, p. 41.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    LISTA TA' STABBILIMENTI U BASTIMENTI

    Categorie Legend:

    PP Pjanta ta' Proċessar.

    Nru ta' approvazzjoni | Isem | Pajjiż Reġjun | Kategorija |

    SUR/597/001 | Sail Ltd | PARAMARIBO | PP |

    SUR/597/002 | Sujafi Co. Ltd | PARAMARIBO | PP |

    SUR/597/003 | Guiana Seafoods NV | COMMEWIJNE | PP |

    SUR/597/004 | Seafood Industries Suriname NV | PARAMARIBO | PP |

    SUR/597/101 | Omicron Seafood NV | PARAMARIBO | PP |

    SUR/597/102 | Caribbean Seafoods NV | DUISBURG PARAMARIBO | PP |

    SUR/597/104 | Suvveb NV | BETHESDA PARAMARIBO | PP |

    SUR/597/105 | NV Doroe | PARAMARIBO | PP |

    SUR/597/107 | Bera Fisheries NV | PARAMARIBO | PP |

    SUR/597/108 | Parhum NV | LIVORNO PARAMARIBO | PP |

    SUR/597/112 | Holsu NV | DOMBURG DISTRICT WANICA | PP |

    SUR/597/114 | NV Unity | LIVORNO PARAMARIBO | PP |

    SUR/597/115 | Deep Sea Atlantic NV | DISTRICT WANICA | PP |

    --------------------------------------------------

    Top