EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0352

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' April 2002 dwar ir-reviżjoni tal-Manwal Komuni

ĠU L 123, 9.5.2002, p. 47–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0810

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/352/oj

32002D0352



Official Journal L 123 , 09/05/2002 P. 0047 - 0048


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-25 ta' April 2002

dwar ir-reviżjoni tal-Manwal Komuni

(2002/352/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 790/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi biex jitwettqu spezzjonijiet u sorveljanza mal-konfini [1],

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju u r-Renju ta' l-Isvezja,

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jitħassru ċerti disposizzjonijiet tal-Manwal Komuni [2] li huma żejda għal attivitajiet ta' kontroll mal-konfini u li jiġu emendati ċerti disposizzjonijiet oħra sabiex titqies dik ir-revoka.

(2) L-Istati Membri indikaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li ċerti l-Annessi għall-Manwal Komuni li jikkonsistu minn listi ta' tagħrif fattwali, li għandu jiġi provvdut lilhom bi qbil mar-regoli li japplikaw korrentement, ukoll ma jeħtieġux li jkomplu jiffurmaw parti mill-Manwal Komuni.

(3) Bi qbil ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessi mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Ladarba din id-Deċiżjoni timmira biex jibqa' jinbena il-Acquis ta' Schengen skond id-disposizzjonjiet tat-Titolu IV ta' Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bi qbil ma' l-Artikolu 5 tal-Protokoll msemmi, id-Danimarka se tiddeċiedi f'perjodu ta' sitt xhur wara li l-Kunsill adotta din id-Deċiżjoni jekk hux se tbiddilha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(4) Rigward ir-Repubblika ta' l-Irlanda u r-Renju tan-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet tal-Acquis ta' Schengen li jidħlu taħt l-erja riferita fl-Artikolu1, punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti biex jiġi applikat il-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li għandu x'jaqsam ma' l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta' Schengen [3].

(5) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda annessat mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Istati Membri msemmija fuq mhumiex qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u għalhekk mhumiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Parti I tal-Manwal Komuni huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(a) f'punt 1.2, it-tieni sentenza għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"Il-qsim mhux awtorizzat ta' konfini esterni f'postijiet oħra għajr postijiet fejn jinqasam konfini jew kultant f'ħinijet ta' ftuħ għajr dawk fissati jista' jwassal għal kastig skond il-penali provduti mill-liġi nazzjonali.";

(b) punt 1.3 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Bħala eċċezzjoni, dawn li ġejjin jistgħu jaqsmu konfini esterni f'postijiet oħra għajr postijiet awtorizzati fejn jinqasam il-konfini u barra mill-ħinijiet fissati:

- persuni li għalihom isir provvediment għal permessi xierqa skond ftehimijiet bilaterali fuq traffiku lokali mal-konfini, magħrufa fl-Italja bħala "traffiku lokali mal-konfini"; "jew traffiku ta' eskursjoni";.

- baħħara li jitilgħu l-art bi qbil mal-punt 6.5.2.";

(ċ) f'punt 1.3.1, l-aħħar sentenza għandha titħassar;

(d) punt 1.3.3 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Derogi mid-disposizzjonijiet ta' punt 1.2 f'konnessjoni ma' traffiku lokali mal-konfini – magħruf fl-Italja bħala "traffiku lokali mal-konfini" jew "traffiku ta' eskursjoni"– jingħataw bi qbil ma' ftehim bilaterali konkluż mill-Istati Membri ma' Stati terzi ġirien tagħhom."

2. L-Annessi 2 u 3 tal-Manwal Komuni għandhom jitħassru.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Ġunju 2002.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-25 ta' April 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Rajoy Brey

[1] ĠU L 116, tas-26.4.2001, p. 5.

[2] Riferit fl-Anness A mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/435/KE, skond SCH/Com-ex (99) 13 (ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 1), parti minnu deklassifikat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/751/KE tat-30 ta' Novembru 2000 (ĠU L 303, tat-2.12.2000, p. 29) u l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 334/2002 tat-18 ta' Frar 2002 (ĠU L 53, tat-23.2.2002, p. 7).

[3] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 31.

--------------------------------------------------

Top