Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0255

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-25 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (notifikata fid-dokument numru K(2002) 1142)(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 87, 4.4.2002, p. 53–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2009; Imħassar b' 32009D0300

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/255/oj

    32002D0255

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-25 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (notifikata fid-dokument numru K(2002) 1142)(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    Official Journal L 087 , 04/04/2002 P. 0053 - 0056
    CS.ES Chapter 15 Volume 07 P. 47 - 50
    ET.ES Chapter 15 Volume 07 P. 47 - 50
    HU.ES Chapter 15 Volume 07 P. 47 - 50
    LT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 47 - 50
    LV.ES Chapter 15 Volume 07 P. 47 - 50
    MT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 47 - 50
    PL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 47 - 50
    SK.ES Chapter 15 Volume 07 P. 47 - 50
    SL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 47 - 50


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-25 ta' Marzu 2002

    li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet

    (notifikata fid-dokument numru K(2002) 1142)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2002/255/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għotja tal-eko-tikketta Komunitarja [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 u l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    Billi:

    (1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 l-eko-tikketta Komunitarja tista' tingħata lil prodott li jippossjiedi l-karattersitiċi li jippermettulu li jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib fejn għandhom x'jaqsmu karatteristiċi ambjentali bażiċi.

    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 1980/200 jipprovdi illi l-kriterji speċifiċi ta' l-eko-tikketta għandhom jiġu stabbiliti skond il-gruppi ta' prodotti.

    (3) Il-miżuri pprovvduti f'din id-Deċiżjoni huma msejsa fuq l-abbozz tal-kriterji żviluppati mill-Bord ta' l-Unjoni Ewropea għall-għoti ta' L-Eko-tikketti stabbilit bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000.

    (4) Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat istitwit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 1980/2000,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Sabiex jiġi mogħti l-eko-tikketta Komunitarja skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, televiżjoni jrid jidħol fil-grupp ta' prodotti kif definit fl-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni, u jrid jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi ddikjarati fl-Anness.

    Artikolu 2

    Il-grupp ta' prodotti "televiżjonijiet" għandu jikkomprendi:

    "Tagħmir elettroniku li huwa mains powered li huwa ddisinjat sabiex jirċievi, jiddekowdja u jesibixxi s-sinjali tat-trasmissjoni TV, sewwa jekk analogi u sewwa jekk diġitali, mxandra bis-sinjali mis-satellita, bil-kejbil jew bl-antenna u għandu daqs ta' screen ta' għaxar pulzieri (25 ċentimetru) jew iktar."

    Artikolu 3

    Għal finijiet amministrattivi in-numru tal-kodiċi assenjat lit-televiżjonijiet għandu jkun "022".

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2005. Jekk fil-31 ta' Marzu 2005 ma jkunux ġew adottati l-kriterji rriveduti, din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2006.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Marzu 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Margot Wallström

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    IL-QAFAS

    Il-miri tal-kriterji

    Dawn il-kriterji jimmiraw b'mod partikolari illi jippromwovu:

    - it-tnaqqis tal-ħsara lill-ambjent jew tar-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-użu ta' l-enerġija (iż-żieda fis-sħana globali, l-aċidifikazzjoni, it-tnaqqis tar-riżorsi li ma jiġġeddux) billi jitnaqqas il-konsum ta' l-enerġija,

    - it-tnaqqis tal-ħsara lill-ambjent li għandha x'taqsam ma' l-użu tar-riżori naturali billi jiġu inkoraġġiti l-użu mill-ġdid, il-kapaċità għar-riċiklaġġ u l-kapaċità taż-żamma ta' televiżjoni,

    - it-tnaqqis tal-ħsara jew tar-riskji lill-ambjent li għandhom x'jaqsmu ma' l-użu ta' sustanzi ta' riskju billi jitnaqqas l-użu ta' dawn is-Sustanzi.

    Il-kriterji jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta' l-aħjar prattika (l-użu ottimu ta' l-ambjent) u jtejbu l-konoxxenza ambjentali tal-konsumaturi. Bara minn hekk, il-għoti tal-marki lill-komponenti tal-plastik jinkorġġixxi r-riċiklaġġ.

    Il-kriterji huma ffissati fil-livelli li jippromwovu t-tikkettjar tat-televiżjonijiet li jiġu prodotti b'impatt ambjentali baxx.

    Il-ħtiġiet ta' l-istima u l-verifika

    Il-ħtiġiet speċifiċi ta' l-istima u l-verifika huma indikati f'kull wieħed mill-kriterji.

    Meta approprjat, jistgħu jintużaw metodi oħra tat-testijiet għajr dawk indikati minn kull wieħed mill-kriterji jekk l-ekwivalenza tagħhom tiġi aċċettata mill-korp kompetenti li jistma l-applikazzjoni.

    Meta possibbli t-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji akkreditati kif jixraq jew laboratorji li jissodisfaw il-ħtiġiet espressi fl-istandard EN ISO 17025 u li huma kompetenti biex iwettqu t-testijiet rilevanti.

    Meta approprjat, il-korpi kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

    Il-korpi kompetenti huma rrakkommandati li jqisu l-implimentazzjoni ta' skemi rikonoxxuti tal-ġestjoni ambjentali, bħalma huma l-EMAS, (l-Iskema għall-Eko-Ġestjoni u l-Verifika) jew l-ISO 14001, meta jistmaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw it-tħaris tal-kriterji f'dan l-Anness (nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati dawn l-iskemi ta' ġestjoni).

    IL-KRITERJI

    1. L-iffrankar ta' l-enerġija

    (a) It-televiżjoni (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-prodott") għandu jkollu swiċċ tat-tifi li jkun imqiegħed fil-faċċata tat-televiżjoni u jkun jidher biċ-ċar.

    (b) Il-konsum passiv [1] tal-waqfien ta' stennija tat-televiżjoni għandu jkun ta' ≤ 1,0 watt.

    (ċ) Għat-televiżjonijiet li jkollhom riċevitur/dekodiċitatur diġitali integrat (IRD), il-konsum attiv tal-waqfien ta' stennija [2] tat-televiżjoni għandu jkun ta' ≤ 9,0 watts.

    (d) fejn:

    It-televiżjoni għandu jkollu indiċi ta' effiċjenza fl-enerġija bil-mod li jħaddem is-sistema meta jkun mixgħul (EEIon) li tkun iktar baxxa minn 65 % tal-konsum tal-kaxxa bażi għal televiżjoni ta' dan il-format. L-indiċi ta' l-effiċjenza fl-enerġija bil-mod li jħaddem is-sistema meta jkun mixgħul (EEIon) għandu jiġi dderivat mill-ekwazzjoni:

    EEI

    = P

    /P

    Il-Pon huwa l-konsum imkejjel ta' l-enerġija tat-televiżjoni bil-mod li jħaddem is-sistema meta jkun mixgħul;

    Il-Pon,bc huwa l-konsum imkejjel ta' l-enerġija tal-kaxxa bażi tat-televiżjoni bil-mod li jħaddem is-sistema meta jkun mixgħul; Dan jiġi kkalkolat billi tintuża l-formola li ġejja:

    +++++ TIFF +++++

    fejn:

    - iċ-ċifra diġitali hija ugwali għal 1 jekk it-televiżjoni jkollu l-proċessar diġitali biex jifli l- istampa, u 0 jekk ma jkollux dan il-proċessar

    - il-format huwa ugwali għal 0,80 għal screen standard (proporzjon tad-dehra ta' 4:3), u 0,87 għal screen wiesa' (proporzjon tad-dehra ta' 16:9),

    - id-daqs tal-i screen huwa l-linja minn kantuniera għall-oħra f'ċm,

    - l-erja tal-i screen hija l-erja ta' l-i screen f'dm2, jiġifieri ugwali għal screensize × 0,48/100 għal screen standard (proporzjon ta' l-istampa ta' 4:3), u screensize × screensize × 0,427/100 għal screen wiesa' (proporzjon ta' l-istampa ta' 16:9),

    - l-idd huwa ugwali għal 1 jekk it-TV jkollu dekodiċitur diġitali integrat għas-sinjali diġitali tax-xandir, inkella jkun ugwali għal 0.

    L-istima u l-verifika:

    l-applikant għandu jipprovdi rapport ta' test li jiddikjara illi l-livell tal-konsum ta' l-enerġija f'kull wieħed minn dawn il-modi ġie mkejjel bl-użu tal-proċedura murija fl-EN 50301 (metodi tal-kejl fuq ir-riċevituri għat-trasmissjoni tax-xandir bit-TV). Ir-rapport għandu jiddikjara l-konsum imkejjel ta' l-enerġija f'kull mod, il-konsum kalkolat bil-kaxxa bażi fil-mod mixgħul, u l-perċentwal ikkalkolat tal-konsum tal-kaxxa bażi fil-mod mixgħul.

    2. L-estensjoni tat-tul tal-ħajja

    Il-fabbrikant għandu joffri garanzija kummerċjali li tiżgura illi t-televiżjoni jrid jiffunzjona għal mill-inqas sentejn. Din il-garanzija għandha tkun valida mid-data tal-kunsinna lill-klijent.

    Id-disponibbiltà tal-partijiet elettroniċi kompatibbli li jinbidlu għandha tkun garantita għal 7 snin minn meta tieqaf il-produzzjoni.

    L-istima u l-verifika:

    l-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dawn il-ħtiġiet.

    3. It-teħid lura u r-riċiklaġġ

    Il-fabrikant għandu joffri, mingħajr ħlas, li jieħu lura l-prodott għar-riċiklaġġ, u kull komponent li jiġi mibdul, għajr għall-oġġetti kontaminati mill-utenti.

    B'żieda ma' dan, il-prodott għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

    (a) il-fabbrikant għandu jiċekkja l-iżmantellament ta' l-unità tas-sistema u jipprovdi rapport dwar l-iżmantellament li għandu jkun magħmul disponibbli għal partijiet terzi fuq talba. Fost ħwejjeġ oħra, ir-rapport għandu jikkonferma illi l-konnessjonijiet huma:

    - ħfief biex jiġu misjuba u jintlaħqu malajr,

    - standardizzati kemm jista' jkun,

    - aċċessibbli għall-għodda disponibbli b'mod komuni;

    (b) il-materjali inkompatibbli u ta' riskju għandhom jkunu jistgħu jiġu mifruda;

    (ċ) 90 % (fil-volum) tal-materjali tal-plastik u tal-metall fil-post fejn ikun imqiegħed il-makkinarju u tax-chassis għandhom ikunu teknikament jistgħu jiġu riċiklati;

    (d) 90 % (fil-volum) tal-ħġieġ użat fit-tubu tal-katodu għandu jkun jista' jiġi teknikament riċiklat;

    (e) jekk ikunu jinħtieġu tikketti, dawn għandhom ikunu jistgħu jiġu mifruda jew inerenti;

    (f) il-partijiet tal-plastik:

    - ma għandu jkollhom l-ebda ċomb jew kadmju miżjud intenzjonalment;

    - għandhom ikunu ta' polimeru wieħed jew ta' polimeri kompatibbli, għajr għall-kaxxa tal-kisi, li għandha tikkonsisti minn mhux iktar minn żewġ tipi ta' polimeri li jkunu mifruda minn xulxin;

    - ma għandu jkun fihom l-ebda kisi minn ġewwa ta' metall li ma jistax jiġi mifrud;

    (ġ) il-partijiet tal-plastik itqal minn 50 gramma:

    - ma għandux ikun fihom ir-ritardanti tan-nar li ġejjin:

    L-Isem | In-Nru tas-SAK |

    Id-Dekabromodifenil | 13654-09-6 |

    L-Etere monobromodifenil | 101-55-3 |

    L-Etere dibromodifenil | 2050-47-7 |

    L-Etere tribromodifenil | 49690-94-0 |

    L-Etere tetrabromodifenil | 40088-47-9 |

    L-Etere eptabromodifenil | 32534-81-9 |

    L-Etere eksabromodifenil | 36483-60-0 |

    L-Etere eptabromodifenil | 68928-80-3 |

    L-Etere octabromodifenil | 32536-52-0 |

    L-Etere nonabromodifenil | 63936-56-1 |

    L-Etere dekabromodifenil | 1163-19-5 |

    Il-kloroparaffini b'tul ta' katina ta' atomi 10-13 C, kontenut ta' klorin > 50 % fl-użin | 85535-84-8 |

    - ma għandux ikun fihom sustanzi li jirritardjaw in-nar jew tħejjijiet li jkun fihom sustanzi li huma jew jistgħu jiġu assenjati, mal-waqt ta' l-applikazzjoni, waħda mill-frażijiet tar-riskju R45 (jistgħu jikkawżaw il-kanċer), R46 (jistgħu jikkawżaw ħsara ġenetika ereditarja), R50 (tossiċi ħafna għall-organiżmi akwatiċi), R51 (tossiċi għall-organiżmi akwatiċi), R52 (ta' ħsara għall-organiżmi akwatiċi), R53 (jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fuq skond fit-tul fl-ambjent akwatiku), R60 (jistgħu jagħmlu ħsara lill-fertilità) jew R61 (jistgħu jagħmlu ħsara lit-tarbija mhux mitwielda), kif iddefiniti fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijieti amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-klassifika, il-pakkeġġjar, u t-tikkettjar tas-sustanzi perikolużi [3], u l-emendi sossegwenti tagħha.

    - għandu jkollhom għoti tal-marki permanenti li jidentifika l-materjal, skond l-ISO 11469. Esklużi minn dawn il-kriterju huma l-materjali tal-plastik maqlugħa 'l barra u l-gwida tad-dawl tal-wiri fuq il-panewwijiet ċatti.

    L-istima u l-verifika:

    l-applikant u/jew il-fornitur/i tiegħu għandhom jiddikjaraw il-konformità tal-prodott ma' dawn il-ħtiġiet. L-applikant għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti li tistma l-applikazjoni kopja tar-rapport dwar kif jiżżarma.

    4. L-istruzzjonijiet għall-utent

    Il-prodott għandu jinbiegħ bit-tagħrif rilevanti għall-utent, li jipprovdi pariri dwar l-użu xieraq ambjentali tiegħu u, b'mod partikolari:

    (a) tagħrif illi t-televiżjoni għandu jiġi mitfi bl-użu tas-swiċċ tat-tifi fuq it-televiżjoni jekk ħadd ma jkun qiegħed jarah għal xi żmien, billi dan inaqqas il-konsum ta' l-enerġija;

    (b) tagħrif illi l-prodott jkun qiegħed jikkonsma l-elettriku waqt li jkun fi stat ta' waqfien ta' stennija, u kif dan jista' jiġi minimizzat;

    (ċ) tagħrif illi l-enerġija kkunsmata matul l-użu tista' tiġi mnaqqsa b'mod sinifikanti jekk jitnaqqas il-livell tal-qawwa tad-dawl ta' l-istampa, u dan inaqqas l-ispejjeż ġenerali tal-konsum;

    (d) tagħrif dwar il-garanzija u d-disponibbiltà tal-partijiet tal-bdil;

    (e) tagħrif dwar il-fatt illi l-prodott kien iddisinjat sabiex jgħin ir-riċiklaġġ xieraq u ma għandux jiġi mormi;

    (f) parir dwar kif il-konsumatur jista' jagħmel użu mill-offerta tat-teħid lura mill-fabbrikant;

    (g) tagħrif illi l-prodott ġie mogħti l-fjura (l-eko-tikketa ta' l-UE), bi spjega qasira dwar din xi tfisser, flimkien ma' indikazzjoni illi iktar tagħrif dwar l-eko-tikketta jista' jinstab fl-indirizz tal-website: http://europa.eu.int/ecolabel.

    L-istima u l-verifika:

    l-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dawn il-ħtiġiet, u għandu jipprovdi kopja tal-manwal ta' l-istruzzjonijiet lill-awtorità kompetenti li tistma l-applikazzjoni.

    5. Id-dikjarazzjoni dwar l-ambjent

    Dikjarazzjoni dwar l-ambjent għandha takkumpanja l-prodott u għandha tkun disponibbli għall-utent. Dan id-dokumnt għandu jkun skond ir-rakkommandazzjonijiet tar-Rapport tekniku Nru 70 ta' l-ECMA "L-Attributi ambjentali li għandhom x'jaqsmu mal-prodott."

    L-istima u l-verifika:

    l-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dawn il-ħtiġiet, u għandu jipprovdi kopja tad-dikjarazzjoni dwar l-ambjent lill-awtorità kompetenti li tistma l-applikazzjoni.

    6. It-tagħrif li jidher fuq l-eko-tikketta

    Il-Kaxxa 2 ta' l-eko-tikketta għandha tinkludi l-kliem li ġej:

    - Effiċjenza għolja fl-enerġija

    - Iddisinjat sabiex jiffaċilita r-riċiklaġġ.

    L-istima u l-verifika:

    l-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' din il-ħtieġa, u għandu jipprovdi kopja ta' l-eko-tikketta kif tidher fuq il-pakkeġġjar u/jew il-prodott u/jew id-dokumentazzjoni li takkumpanjahom.

    [1] Il-waqfien passiv ta' l-istennija: it-TV huwa konness ma' sors ta' l-enerġija, la jipproduċi ħoss u lanqas stampa, u jkun jistenna għalbiex jiġi sswiċċjat l-mod li jħaddem is-sistema ta' "mitfi", "waqfien attiv ta' stennija" jew "mixgħul" malli jirċievi sinjal dirett jew indirett, p.e. minn kontroll imbiegħed.

    [2] Il-waqfien attiv ta' l-istennija: it-TV huwa konness ma sors ta' l-enerġija, la jipproduċi ħoss u lanqas stampa, u jkun jiskambja/jirċievi l-informazzjoni b'sors minn barra jew minnu.

    [3] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top