Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0235

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2002 li temenda d-Deċiżjoni Nru 97/245/KE, Euratom fejn tistabbilixxi l-arranġamenti għat-trasmissjoni mill-Istati Membri għall-Kummissjoni ta' ċertu nformazzjoni taħt is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet. (notifikata bid-dokument numru K(2002) 416)

    ĠU L 79, 22.3.2002, p. 61–65 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D2366

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/235/oj

    32002D0235



    Official Journal L 079 , 22/03/2002 P. 0061 - 0065


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-13 ta' Marzu 2002

    li temenda d-Deċiżjoni Nru 97/245/KE, Euratom fejn tistabbilixxi l-arranġamenti għat-trasmissjoni mill-Istati Membri għall-Kummissjoni ta' ċertu nformazzjoni taħt is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet.

    (notifikata bid-dokument numru K(2002) 416)

    (2002/235/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom tal-31 ta' Ottubru 1994 fuq is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet [1], u partikolarment l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 fuq is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet [2], li timplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom partikolarment l-Artikolu 8(2) tiegħu,

    Billi:

    (1) Fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1355/96 [3], il-Kunsill adotta disposizzjonijiet mfassla biex itejbu ċertu partijiet ta' l-arranġamenti li l-Istati Membri jirraportaw lill-Kummissjoni fuq l-azzjonijiet li huma ħadu biex jiksbu lura riżorsi proprji, partikolarment fejn frodi u irregolaritajiet huma nvoluti.

    (2) Fuq dik il-bażi, l-Kummissjoni adottat Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom fl-20 ta' Marzu 1997 fejn tistabbilixxi l-arranġamenti għat-tixrid ta' informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi proprji [4].

    (3) Għal raġunijiet ta' effettività ta' ġestjoni u ta' spejjeż, l-użu tas-sorsi ta' informazzjoni disponibbli għandhom ikunu razzjonaliżżati billi ssir konċentrazzjoni b'mod partikolari fuq informazzjoni fir-rigward każi ta' frodi u irregolaritajiet li huma rapreżentattivi f'termini ta' impatt.

    (4) Għandhom jittieħdu passi biex tiġi sfruttata l-esperjenza akwistata fit-tixrid ta' talbiet għal tħassir u biex titjieb il-preżentazzjoni tal-forma użata għal dak il-għan.

    (5) Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma konsistenti ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Konsulenza fuq riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000,

    ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness VI tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom hawnhekk qed jiġi mibdul permezz ta' l-Anness 6 il-ġdid li hu anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Marzu 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Michaele Schreyer

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 293, 12.11.94, p. 9.

    [2] ĠU L 130, tal-31.5.2000, p. 1.

    [3] ĠU L 175, 13.07.96, p. 3.

    [4] ĠU L 97, 12.04.97, p. 12.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    ANNESS VI

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    "

    --------------------------------------------------

    Top